F’isem Ġesù Kristu, ammen.
“Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” Liahona, Lulju 2023.
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Lulju 2023
Meta naħsbu dwar il-barkiet li nirċievu għaliex aħna membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna rridu nixxerjaw l-evanġelju ma’ dawk li nħobbu. Aħna nistgħu nixxerjaw it-testimonjanza li għandna tal-verità permezz ta’ kliemna u l-eżempju tagħna. Aħna nistgħu nitolbu għall-ispirazzjoni biex nagħrfu ma’ min għandna nixxerjaw u x’għandna ngħidu.
Ħobb lill-Oħrajn
Parti importanti ta’ kif nixxerjaw l-evanġelju hija billi nħobbu lill-oħrajn. Meta nuru mħabbitna ma’ oħrajn permezz ta’ azzjonijiet Kristjani, aħna nkunu qed nixxerjaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu—xi drabi mingħajr ma ngħidu kelma. U meta l-oħrajn jkunu jafu li aħna nieħdu ħsiebhom ġenwinament, jafu jkunu iktar miftuħin biex jisimgħu ħsibijietna dwar l-evanġelju. (Ara Gary E. Stevenson, “Ħobb, Ixxerja, Stieden,” Liahona, Mejju 2022, 84–87.)
Ixxerja b’Modi Normali u Naturali
Aħna nistgħu nixxerjaw dak li nħobbu dwar l-evanġelju. Meta nagħmlu dan bħala parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, ma tibqax xi ħaġa stramba jew skomda. Per eżempju, nistgħu nitkellmu ma’ tal-familja u mal-ħbieb dwar x’nagħmlu kull nhar ta’ Ħadd. Jew nistgħu nkellmuhom dwar x’ferħ inħossu meta nservu lill-oħrajn. (Ara Dieter F. Uchtdorf, “Il-Ħidma Missjunarja: Aqsmu mal-Oħrajn Dak li Hemm f’Qalbkom,” Liahona, Mejju 2019, 15–18.)
Stieden Oħrajn biex Jingħaqdu Magħna
Aħna nistgħu nistiednu oħrajn biex jitgħallmu iżjed dwar il- evanġelju. Per eżempju, aħna nistgħu nistednuhom biex jiġu għal-laqgħa jew attività tal-Knisja, jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon, jaraw xi vidjo tal-Knisja, jew jagħmlu żjara flimkien mal-missjunarji. Dawn l-esperjenzi jistgħu jgħinuhom iħossu l-Ispirtu u li jkunu jridu jitgħallmu iktar.
Staqsihom dwar l-Esperjenza Tagħhom
Wara li l-ħbieb jew membri tal-familja jiġu l-knisja jew ikollhom lezzjoni mal-missjunarji, nistgħu nistaqsuhom dwar l-esperjenza tagħhom. Xi tagħlim tal-evanġelju jaf ikun ġdid għalihom, u għalhekk nistgħu nwieġbu l-mistoqsijiet li jaf ikollhom. Aħna nistgħu nuru l-imħabba u s-sapport tagħna għall-isforzi tagħhom li jiġu għand Kristu.
Żid mat-Twemmin Tagħhom
Aħna nistmaw u nirrispettaw it-twemmin ta’ oħrajn, u nippruvaw inżidu mal-fidi li diġà għandhom. Per eżempju, ħabib li sab faraġ fl-iskrittura tal-Bibbja jaf isib faraġ ukoll fit-tagħlim li nixxerjaw mill-Ktieb ta’ Mormon.
Għin lil Membri Ġodda tal-Knisja
Meta n-nies jingħaqdu mal-knisja, aħna nistgħu ngħinuhom iqawwu l-fidi tagħhom. Aħna nistgħu nkunu ħbieb magħhom, inwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom, u nissapportjawhom meta jirċievu xi sejħa. Aħna nistgħu nħeġġuhom ikomplu jimxu wara Ġesù Kristu u jitgħallmu dwar l-evanġelju Tiegħu.
Servu Missjoni Full-Time
Barra li jixxerjaw l-evanġelju fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, il-membri tal-Knisja jistgħu jissejħu biex iservu missjonijiet full-time. Jekk ikunu mħejjin biżżejjed, il-ġuvintur jistgħu jservu sa mill-età ta’ 18-il sena. It-tfajliet u adulti ikbar jistgħu jservu wkoll. Intom tistgħu ssibu aktar informazzjoni fuq ChurchofJesusChrist.org/callings/missionary.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, Lulju 2023. Language. 19045 159