2023
Ġesù Wriena t-Triq
Awwissu 2023


“Ġesù Wriena t-Triq,” Ħabib, August 2023, 4–5.

Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib Messaġġi, Awwissu 2023

Ġesù Wriena t-Triq

Immaġni
Alt text

Illustrazzjonijiet minn Dan Burr

Ġesù Kristu hu Iben Missier fis-Smewwiet. Hu ġie fid-dinja biex jurina kif xi darba aħna nistgħu nerġgħu lura għand Missierna fis-Smewwiet. Ġesù tgħammed. Hu għallem li aħna għandna nitgħammdu wkoll.

Immaġni
alt text

Huwa għallimna kif ngħixu. Hu ħabb u għen lil kulħadd. Hu jridna nimxu warajh.

Immaġni
alt text

Ġesù ħass l-uġigħ kollu tagħna u sofra għad-dnubiet tagħna. Imbagħad Hu miet għalina. Din hi l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Huwa qam mill-mewt. Dak ifisser li Huwa jgħix illum! Grazzi għal Ġesù Kristu, aħna se nerġgħu ngħixu wara li mmutu.

Immaġni
alt text

Ġesù għamel dawn l-affarijiet kollha għalina għax hu jħobbna. Grazzi għal Ġesù, xi darba aħna nistgħu ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet u l-familji tagħna.

Immaġni
alt text

Nistgħu nimxu wara Ġesù billi nitgħammdu. Nistgħu wkoll nimxu warajh kuljum meta nħobbu u ngħinu lill-oħrajn u nħarsu l-kmandamenti tiegħu.

Ipprintja