“L-Awto-Dipendenza Tqawwina,”Liahona, Aww. 2023.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Awwissu 2023
L-Awto-Dipendenza Tqawwina
Li tkun awto-dipendenti tfisser li nkunu nistgħu nieħdu ħsieb il-bżonnijiet tagħna nfusna u tal-familji tagħna. Meta nkunu kapaċi nsostnu lilna nfusna, inkunu f’pożizzjoni aħjar biex inservu lill-Mulej u nieħdu ħsieb lill-oħrajn. Imma awto-dipendenza ma tfissirx li rridu niffaċċjaw l-isfidi tagħna waħedna. Nistgħu nistaqsu għall-għajnuna mingħand ħbieb, familja, membri tal-qasam jew tal-fergħa, u professjonisti meta jkollna bżonn.
Prinċipji ta’ Awto-Dipendenza
Biex issir awto-dipendenti jeħtieġ edukazzjoni, ubbidjenza, u ħidma kontinwa. Aħna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nieħdu ħsieb tagħna nfusna, u nistgħu nistaqsu lill-oħrajn għall-għajnuna meta meħtieġa. Biex tassew inkunu awto-dipendenti, iżda, irridu wkoll nitgħallmu li jeħtieġ li jkollna l-fidi f’Ġesù Kristu. Imbagħad hekk kif naħdmu biex ngħinu lill-oħrajn, Hu se jqawwina.
Awto-Dipendenza Spiritwali
Aħna nistgħu nibnu awto-dipendenza spiritwali billi naħdmu biex inqawwu t-testimonjanza ta’ Ġesù Kristu. Nistgħu nagħmlu dan meta nitolbu, nistudjaw l-iskrittura, nattendu l-knisja, nobdu l-kmandamenti, u nagħmlu affarijiet oħra li jressquna eqreb lejn Kristu. Il-fatt li nafu li Hu huwa lest li jgħinna se jagħtina l-fidi biex nibqgħu b’saħħitna anke meta l-ħajja hija diffiċli.
Awto-Dipendenza Temporali
Awto-dipendenza temporali tinkludi li nkunu kapaċi nieħdu ħsieb il-bżonnijet fiżiċi tagħna nfusna u tal-familja tagħna. Dan jinkludi ikel, post fejn toqgħod, saħħa, u bżonnijiet oħrajn. Nagħmlu dan billi niksbu edukazzjoni tajba, nitgħallmu u nespandu l-abbiltajiet meħtieġa, nistinkaw, nużaw il-ħin tagħna b’mod għaqli, u nimmaniġjaw flusna sew.
Awto-Dipendenza Emozzjonali
Awto-dipendenza emozzjonali hija l-abbiltà li nadattaw għal sfidi emozzjonali b’kuraġġ u fidi. Aħna lkoll niltaqgħu ma’ sfidi u intoppi. Grazzi għall-evanġelju, nafu li nistgħu nagħżlu kif nirrispondu għalihom. Meta nirrispondu b’fidi fil-Mulej inkabbru l-abbiltà tagħna biex niffaċċjaw id-diffikultajiet tagħna b’aktar tama.
Edukazzjoni
Għandna dejjem nitgħallmu. Alla jridna nedukaw lil moħħna u ntejbu l-abbiltajiet tagħna matul din il-ħajja u għal dik li jmiss. Aktar kemm nitgħallmu, aktar nistgħu nkunu ta’ influwenza tajba u aktar nistgħu nipprovdu għalina nfusna, għall-familji tagħna, u għal dawk fil-bżonn.
Barkiet Jinżlu Fuqna Meta Nkunu Awto-Dipendenti
Il-Profeti għallmu li hekk kif intejbu l-awto-dipendenza tagħna, se nkunu mberkin b’aktar tama u paċi. Se nkunu kapaċi ngħinu lill-familji tagħna u lil dawk li għandhom bżonn. U se nkunu mberkin b’aktar opportunitajiet u bl-abbiltà biex inkomplu nimxu ’l quddiem.
Riżorsi tal-Knisja
Il-wited tiegħek jista’ jkun li joffri gruppi ta’ awto-dipendenza. Dawn jistgħu jgħallmuk prinċipji ta’ awto-dipendenza u abbiltajiet bħal li timmaniġġja flusek jew li ssib impjieg aħjar. Tista’ ssib riżorsi relatati fil-Librerija tal-Evanġelju. Agħżel “Kotba u Lezzjonijiet” u mbagħad “Awto-Dipendenza.”
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, August 2023. Language. 19046 159