2023
L-Organizzazzjoni tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu
Ottubru 2023


“L-Organizzazzjoni tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu,” Liahona, Ott. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Ottubru 2023

L-Organizzazzjoni tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu

Immaġni
ritratt impitter ta’ Ġesù Kristu

Il-Mulej Ġesù Kristu, ta’ Del Parson

Ġesù Kristu huwa l-kap tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Hu jispira profeti u appostli biex imexxu l-Knisja llum il-ġurnata, hekk kif għamel fi żmien it-Testment il-Ġdid. Huma jiġu megħjuna minn mexxejja oħra tal-Knisja.

Il-Knisja ta Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Zmien hija l-Knisja tas-Salvatur. Hija “mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka” (Efesin 2:20). Dan ifisser li Hu hu l-aktar persuna importanti f’din il-fondazzjoni. Hu jiggwida lill-Knisja permezz tal-profeti u l-appostli li Hu għażel biex ikunu mexxejja.

Immaġni
L-Ewwel Presidenza

L-Ewwel Presidenza

Il-President tal-Knisja huwa l-profeta ta’ Alla fid-dinja llum. Huwa l-Appostlu għoli u l-unika persuna fid-dinja li jirċievi rivelazzjoni biex jiggwida lill-Knisja kollha. Il-Mulej jispirah biex ikun jaf liema żewġ Appostli jsejjaħ biex iservu bħala l-konsulenti tiegħu. Huma jiffurmaw l-Ewwel Presidenza. Dawn l-irġiel huma profeti, bassara, u rivelaturi.

Il-Kworum tat-Tnax-il Appostlu

Il-membri tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu huma wkoll profeti, bassara, u rivelaturi. Huma msejħa biex ikunu xhieda speċjali ta’ Ġesù Kristu. Huma jivjaġġaw id-dinja biex jgħallmu u jixhdu dwaru. (Ara Doctrine and Covenants 107:23, 33.)

Il-Kwora tas-Sebgħin

Membri tas-Sebgħin huma wkoll imsejħa biex ikunu xhieda ta’ Ġesù Kristu (ara Doctrine and Covenants 107:25). Huma jgħinu lill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu jgħallmu l-evanġelju u jibnu l-Knisja madwar id-dinja.

Immaġni
Mexxejja jikkonsultaw flimkien

Ritratt ta’ Machiko Horii

Mexxejja Lokali

Il-Presidenzi tal-wited jew tad-distrett tiegħek, il-veskovat jew il-presidenza tal-fergħa, il-kworum tal-Presbiteri u l-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev ukoll ġew imsejħa minn Alla. Huma jistgħu jgħinuk titgħallem u tgħix l-evanġelju. Int tista’ titgħallem dwar xi ftit minn dawn is-sejħiet fl-artiklu tal-Evanġelju Bażiku ta’ Marzu 2022, “Inservu fis-Sejħiet tal-Knisja.”

Ipprintja