Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun
Kif il-Messaġġi tal-Konferenza Ġenerali Birkuli Ħajti
Fi żmien meta se tkun ppubblikata din il-ħarġa ta’ Liahona, aħna ħa nkunu qed nantiċipaw Konferenza Ġenerali oħra. Id-Duttrina u Patti jagħtina mudell għal-laqgħat tagħna.
‘meta tkunu miġburin flimkien intom se tagħtu struzzjoni u se tedifikaw lil xuxlin, ħalli tkunu tafu kif għandkom taġixxu u tmexxu lill-knisja tiegħi, … u intom se tintrabtu biex taġixxu bil-qdusija kollha quddiemi.1
Aħna għandna nirċievu i. struzzjoni, ii. edifikazzjoni, u iii. nintrabtu biex naġixxu fuq dak li nkunu smajna.
Xi snin ilu jien tkellimt ma’ ħabib tiegħi li kien attenda laqgħa tal-knisja iktar kmieni dak inhar u staqsejtu kif kienet. It-tweġiba kienet waħda negattiva; apparentament, id-diskorsi kienu fqar u l-laqgħa ma kienet edifikanti xejn. Iktar tard dak inhar jien tkellimt ma’ ħabib ieħor li kien attenda l-istess laqgħa u staqsejtu l-istess ħaġa. ‘Kienet mill-aqwa’ weġibni.
Ta’spiss qgħadt naħseb dawr l-esperjenza ta’ dawn iż-żewġt iħbieb. It-tnejn li huma attendew l-istess laqgħa u semgħu l-istess diskorsi, iżda wieħed kien ħalla l-post b’ġuħ spiritwali u l-ieħor kien ħalla l-post imrejjaq kompletament. Huwa possibbli li s-suġġett tad-diskorsi sempliċiment għamel impatt aħjar fuq it-tieni ħabib tiegħi. Madanakollu, nimmaġina li r-raġuni kienet ħafna iktar minn hekk. It-tieni ħabib tiegħi kien mar spiritwalment imħejji biex jisma’ b’qalb miftuħa u b’xenqa li jaġixxi fuq dak li kienu semgħu.
Ċertament, dawk li jkunu assenjati li jitkellmu jew jgħallmu għandhom iħabirku biex ifittxu l-gwida tal-ispirtu inkwantu s-suġġett, il-kontenut, u l-preżentazzjoni tal-istruzzjoni li ħa jagħtu. Minkejja dan, l-esperjenza tiegħi hija li dawk li jkunu qed jattendu għandhom mill-inqas responsabbiltà ugwali biex iħejju lilhom infushom spritwalment sabiex ikunu jistgħu jiġu edifikati u biex ikollhom ir-rieda biex jaġixxu fuq dak li semgħu.
Meta naqra l-Ktieb ta’ Mormon, jien inħoss il-qawwa kbira tal-kliem ta’ Nefi, tas-Sultan Benjamin, ta’ Alma, Mosija u oħrajn. Fil-Konferenza Ġenerali, l-istess qawwa hija preżenti mill-profeta tagħna, il-President Nelosn u l-uffiċjali ġenerali l-oħra tal-knisja.
Ikkonsidraw biss xi ftit ta’ istruzzjonijiet mill-Konferenza Ġenerali ta’ dawn l-aħħar snin:
“Iżda, għeżież ħuti, wasal żmien meta se nesperjenzaw bosta ħwejjeġ tal-għaġeb. Fil-jiem li ġejjin, se naraw l-akbar manifestazzjonijiet tal-qawwa tas-Salvatur li d-dinja qatt rat. Bejn issa u ż-żmien li fih Huwa jerġa’ lura “b’qawwa u bi glorja kbira,” Huwa se jsawwab numru bla għadd ta’ privileġġi, barkiet, u mirakli fuq il-fidili.”2
“Jien qed nitgħallem li l-Missier fis-Smewwiet huwa iktar interessat fit- tkabbir tiegħi bħala dixxiplu ta’ Ġesù Kristu minn kemm hu interessat fil- konfort tiegħi. Jaf mhux dejjem inkun nixtieq li hu hekk—imma hekk hu!
Li ngħixu b’mod konvenjenti mhux dejjem iġibilna l-qawwa. Il-qawwa li neħtieġu biex nikkumbattu l-pressjoni ta’ żmienna hija l-qawwa tal- Mulej u l-qawwa tiegħu tinstab fil-patti li nagħmlu miegħu.”3
“Xejn ma jiftaħ is-smewwiet daqs it-taħlita ta’ żieda fis-safa, ubbidjenza preċiża, tfittxija bi ħrara, l-ikkunsmar ta’ kuljum ta’ kliem Kristu mill-Ktieb ta’ Mormon, u ħin regolari ddedikat lill-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja.”4
“Is-Salvatur iħobb jirrestawra dak li intom ma tistgħux tirrestawraw; Huwa jħobb ifejjaq il-ġrieħi li intom ma tistgħux tfejqu; Huwa jħobb isewwi dak li kien tkisser b’mod irreparabbli; Huwa jikkompensa għal kull inġustizzja li intom sofrejtu; u Hu jħobb isewwi b’mod permanenti l-qlub miksura.”5
Xi struzzjoni, edifikazzjoni, u stediniet tal-għaġeb biex naġixxu minn dawn d-diskorsi ispirati u mijiet oħra bħalhom. Hekk kif nipparteċipaw fil-Konferenza Ġenerali, sew jekk in persuna, sew jekk virtwalment, u sew jekk billi naqraw jew naraw id-diskorsi wara, jien nistieden lilkom ilkoll biex titħejjew spiritwalmwent biex tkunu edifikati, u jkollkom ir-rieda biex taġixxu fuq dak li tisimgħu. Bħalma s-Sultan Benjamin widdeb lin-nies ta’ żmienu, l-istess il-mexxejja tal-lum jiggwidawna minn dawn iż-żminijiet perikolużi u konfużi, billi jibnulna l-fidi tagħna f’Ġesù Kristu u jistidnuna biex nagħmlu għażliet li jżommuna ‘l bogħod mill-perikli fit-triq tal-patt.