2023
X’Għandek Bżonn Tkun dwar kif Isservi Missjoni ta’ Servizz għal Persuni Aktar Anzjani
Ottubru 2023


Servizz Missjunarju Anzjan

X’Għandek Bżonn Tkun dwar kif Isservi Missjoni ta’ Servizz għal Persuni Aktar Anzjani

Agħżel missjoni ta’ servizz għal persuni aktar anzjani jew fassal missjoni ta’ servizz ta’ missjoni tiegħek stess

Fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nemmnu li għandna nagħatu servizz. Bħala missjunarji aktar anzjani, tistgħu tagħżlu li sservu madwar id-dinja, iżda ħafna missjunarji jagħżlu li jservu u jibqgħu f’pajjiżhom. F’xi sitwazzjonijiet, ikun iktar effettiv li sservi f’pajjiżek jew qrib ta’ fejn toqgħod.

ll-Knisja għandha ‘l fuq minn 27,000 missjunarju aktar anzjan li jservi. Dawn jassistu fil-Komunikazzjoni tal-Knisja, fl-uffiċji tal-missjoni, fiċ-ċentri ta’ distribuzzjoni, fiċ-ċentri ta’ FamilySearch u l-libreriji tal-familja, fil-programmi tal-awto-dipendenza, fil-BYU-Pathway Worldwide, fiċ-ċentri tal-impjiegi u ħafna postijiet oħrajn. Jista’ wkoll ikollok missjoni personalizzata ibbażata fuq il-ħiliet u l-interessi speċifiċi tiegħek.

Il-Knisja qed tniedi sistema madwar id-dinja ta’ Immaniġjar ta’ Missjoni għal Persuni Aktar Anzjani biex tgħin lill-anzjani jsibu, jew inkella joħolqu, opportunità ta’ missjoni ta’ servizz. Taħt id-direzzjoni tal-Presbiteru Robert Gale u Sister Leslie Gale, il-koordinaturi taż-Żona qed jiġu msejħin minn madwar id-dinja biex jgħinuk tagħżel liema missjoni tista’ tkun tajba għalik.

Jekk tista’ sservi barra minn pajjiżek bħala missjunarju fulltime, jeżistu ħafna opportunitajiet u ħtiġijiet. Jekk għandek sfidi ta’ saħħa, bżonnijiet tal-familja, jew impenji oħrajn, missjoni ta’ servizz tista’ tkun l-aqwa triq għalik. Jekk għandek ħiliet speċjali x’toffri, l-aqwa għażla taf tkun li taħdem mal-koordinatur taż-żona tiegħek biex toħloq missjoni propju għalik.

Missjunarji ta’ servizz iservu minn tmien sigħat sa 40 siegħa fil-ġimgħa għal tul ta’ xahrejn sa sentjen sħaħ. Il-missjunarji jistgħu jkunu miżżewġin jew single. Jistgħu jsuqu ammont ta’ mili biex jaslu fil-post tas-servizz tagħhom jew inkella joqogħdu bilqiegħda quddiem il-kompjuter tad-dar tagħhom biex ilestu l-assenjazzjonijiet tagħhom.

Wara li servew missjoni full-time, il-Presbiteru Peter Kopp u Sister Beatrice Kopp ħadmu bħala missjunarji ta’ servizz fil-welfer u awto-dipendenza qrib id-dar tagħhom fl-Isvizzera. Matul dan iż-żmien, huma kisbu testimonjanza soda tal-inizjattiva tal-Knisja dwar l-awto-dipendenza. Dwar il-missjoni ta’ servizz tagħhom, huma qalu, “Peress li konna nafu lil kważi l-mexxejja kollha tal-wited li ssejjaħna biex naħdmu magħhom, kellna aċċess faċli għalihom ilkoll. Kienu lesti jisimgħuna u ħassew l-eċitament tagħna għal din il-parti tal-ħidma.”

Bħala terapista-counsellor ikkwalifikat, il-Presbiteru Robert Durkin kellu missjoni personalizzata. Huwa ġie msejjaħ bħala Koordinatur tal-Evalwazzjoni Pre-missjoni. Huwa kkoordina wkoll il-koordinaturi kollha tal-programm ta’ rkupru mill-vizzji madwar ż-Żoni tal-Ewropa fejn qed jintuża l-programm. Huwa ħarreġ lill-koordinaturi u assigura li r-rekords jiġu aġġornati regolarment.

Huwa u martu servew missjoni full-time fiċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-Missjoni f’Chorley fejn huwa kien fil-presidenza taċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-Missjoni. Wara li mietet, huwa ddeċieda li jservi missjoni oħra. Huwa ried iservi u jgħix l-Ġermanja, u għalhekk kien qed jippjana li jħalli r-Renju Unit u jġorr għal Frankfurt, fejn huwa mbagħad kien iħallas l-ispejjeż tiegħu stess bħala missjunarju ta’ servizz minflok iħallas l-miżati tax-xahar bħala missjunarju. Minħabba l-COVID, huwa baqa’ fir-Renju Unit u temm il-missjoni tiegħu minn daru stess. Huwa jgħid li kien kapaċi jagħmel dak kollu li kien jeħtieġlu jagħmel waqt li baqa’ jgħix f’daru stess. Huwa jħeġġeġ lil oħrajn biex iservu missjoni. Jgħidilhom, “Titilfux l-opportunità. Missjoni hija mod mill-aqwa kif wieħed jersaq eqreb lejn il-Mulej.”

Jekk għandek esperjenza fil-politika lokali, tista’ sservi missjoni f’outreach ewelnija bħala mexxej tal-opinjoni biex tgħin lill-Knisja tibni relazzjonijiet fil-komunità. Jekk tħobb tikteb, tista’ sservi missjoni billi tikteb artikli, u hekk tilħaq il-mezzi ta’ komunikazzjoni fiż-żona lokali tiegħek u ttella’ artikli fuq il-midja soċjali. Jekk int attiv fil-komunità ta’ servizz, tista’ tgħin biex jiġu żviluppati opportunitajiet JustServe biex jittellgħu fuq il-websajt fiż-żona tiegħek. Tista’ anki tgħallem BYU-Pathway Worldwide fl-Afrika waqt li qed tgħix f’darek fl-Ewropa.

Żur il-portal il-ġdid tas-servizz missjunarju fil-websajt tal-Knisja taħt “Servi,” “Agħti Sehmek fil-Volontarjat u Servi,” “Missjoni ta’ Servizz għal Persuni Aktar Anzjani” imbagħad agħżel “Fittex Opportunitajiet” jew agħfas fuq dan il-link seniorservicemissions biex tirrevedi opportunitajiet ta’ servizz ta’ missjoni. Tista’ titkellem ukoll mal-president tal-wited jew il-missjoni tiegħek dwar kif inti tista’ sservi. Hekk kif il-koordinaturi taż-Żona jiġu msejħin, tista’ tkellimhom dwar opportunitajiet, u huma se jgħinuk tiddeċiedi dwar missjoni jew jassistuk biex toħloq il-missjoni tiegħek.

Ipprintja