Liahona
L-Hena Dejjiemi tal-Ħajja tal-Evanġelju
Frar 2024


“L-Hena Dejjiemi tal-Ħajja tal-Evanġelju,”

“Riżorsi għaż-Żgħażagħ u t-Tfal,” Liahona, Frar 2024

Il-Ferħ Dejjiemital-Ħajja tal-Evanġelju

Ferħ dejjiemi jiġi billi nissaportu fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u ngħinu lill-oħrajn jagħmlu l-istess.

Immaġni
Adam u Eva bi Ġnien tal-Għeden fl-isfond

Il-Ġnien tal-Għeden, taʼ Grant Romney Clawson; Il-Ħruġ mill-Ġnien tal-Għeden, taʼ Joseph Brickey

Espressjoni fil-​qosor tal-​iskop taʼ ħajjitna tistaʼ tinstab fit-​tagħlim profetiku taʼ Leħi dwar il-​bidu tal-​ħajja umana fuq l-​art. Fil-Ġnien tal-Għeden, Adam u Eva għexu fi stat ta’ innoċenza. Kieku baqgħu f’dik il-kundizzjoni, kienu jkunu “[bla ma jkollhom] l‑ebda hena, għax ma kienu jkunu jafu bl‑ebda miżerja; ma jwettqux it‑tajjeb, għax ma kienu jkunu jafu bl‑ebda dnub.(2 Nefi 2:23). Għalhekk, kif spjega Leħi, “Adam waqaʼ biex l- irġiel jistgħu jkunu; u l-bnedmin huma, biex ikollhom l-hena” (2 Nefi 2:25;; ara wkollMosè 5:10–11).

Hekk kif nikbru f’dinja li waqgħet, nitgħallmu d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin minn dak li jgħallmuna u minn dak li nesperjenzaw. Aħna “nduqu l-morr, sabiex inkunu nafu napprezzaw it-tajjeb” (Mosè 6:55). Il-ferħ jiġi hekk kif niċħdu l-morr u dejjem aktar ngħożżu u nżommu sod mat-tajjeb.

Insib il-Ferħ

Minħabba l-imħabba perfetta Tiegħu għalina, Missierna fis-Smewwiet huwa ħerqan li jaqsam il-ferħ perfett Tiegħu magħna, kemm issa kif ukoll fl-eternità. Dik kienet il-motivazzjoni Tiegħu f’kollox mill-bidu, inkluż il-pjan glorjuż Tiegħu ta’ ferħ u s-sagrifiċċju ta’ Ibnu l-Waħdieni biex jifdina.

Alla ma jipprovax jimponi ferħ jew hena fuqna, imma jgħallimna kif insibuh. Jgħidilna wkoll fejn ma jistax jinstab il-ferħ—“il-ħażen [mhu u] qatt ma kien ferħ” (Alma 41:10). Huwa bil-kmandamenti Tiegħu li Missierna tas-Smewwiet jurina t-triq tal-ferħ.

Il-President Russell M. Nelson esprimieha b’dan il-mod:

“Iżda hawn hi l-verità kbira: waqt li d-dinja tinsisti li l-poter, il-ġid materjali, il-popolarità, u l-pjaċiri tal-ġisem iġibu l-kuntentizza, mhuwiex il-każ! Ma jistgħux! Dak li jipproduċu mhu xejn ħlief sostitut vojt għall-’istat imbierek u hieni’ ta’ dawk li ’jħarsu l-kmandamenti ta’ Alla’ (Mosija 2:41).

Il-verità hi li hi ħaġa li teżawrik ferm aktar li tfittex il-kuntentizza fejn qatt ma tista’ ssibha! Madankollu, meta intom tgħaqqdu lilkom infuskom mal-madmad ta’ Ġesù Kristu u tagħmlu l-ħidma spiritwali meħtieġa biex tegħlbu d-dinja, Hu, u Hu biss, għandu l-qawwa li jgħollikom ’il fuq mill-ġibda ta’ did-dinja.1

Għalhekk, ferħ dejjiemi jinstab fil-ħarsien tal-kmandamenti ta’ Alla, u l-kmandamenti ta’ Alla jinstabu fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Iżda hija l-għażla tagħna. Jekk fid-dgħufija tagħna nonqsu għal xi żmien milli nżommu l-kmandamenti, xorta nistgħu nduru, niċħdu l-morr, u għal darb’oħra nsegwu t-tajjeb. L-imħabba t’Alla ma tiskużax id-dnub—għax dan ikun każ ta’ ħniena tisraq il-ġustizzja—iżda bl-Espjazzjoni Tiegħu, Ġesù Kristu joffri l-fidwa mid-dnub:

“Amuleki … qal … li l‑Mulej żgur li għandu jiġi biex jifdi lill‑poplu tiegħu, iżda hu mhuwiex se jiġi biex jifdihom fi dnubiethom, iżda biex jifdihomminn dnubiethom.

“U hu ġie mogħti l-qawwa mingħand il-Missier biex jifdi lill-poplu Tiegħu minn dnubietu permezz tal-indiema; għalhekk huwa bagħat l-anġli tiegħu biex jiddikjaraw il-bxara tal-kundizzjoni tal-indiema, li tistieden il-qawwa tal-Feddej, għas-salvazzjoni ta’ ruħhom.” (Ħelaman 5:10-11; enfasi miżjuda).

Ġesù qal:

“Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu.

“Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġwanni 15:10–11).

Dan hu li ħass Leħi fil-ħolma tiegħu hekk kif daq il-frott tas-siġra tal-ħajja—li tirrappreżenta l-imħabba ta’ Alla. Hu qal, “Hekk kif ħadt mill-frott tiegħu, din imliet ruħi b’ferħ kbir ħafna” (1 Nefi 8:12; ara wkoll 11: 21-23)

Leħi żvela wkoll it-tieni mod kif nistgħu nġibu ferħ f’ħajjitna meta qal, “Għalhekk, bdejt nixtieq li l-familja tiegħi tieħu wkoll [mill-frott]” (1 Nefi 8:12).

Immaġni
id waħda tgħaddi frott għal id oħra, bis-siġra fl-isfond

Siġra tal-Ħajja, mta’ Kazuto Uota

Ngħinu lil Oħrajn Isib il-Ferħ

Bħall-poplu tas-Sultan Benjamin, aħna “mimlijin bil-ferħ” meta nirċievu maħfra ta’ dnubietna u nesperjenzaw “paċi tal-kuxjenza” (Mosija 4:3). Aħna nħossuha mill-ġdid meta nħarsu ’l barra u nfittxu li ngħinu lill-membri tal-familja u oħrajn jirċievu dak l-istess ferħ u paċi.

Bħala żagħżugħ, Alma fittex il-kuntentizza f’kull ħaġa kuntrarja għall-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Wara li ġie mċanfar minn anġlu, hu tħabat mhux ftit biex mill-“morr” wasal sat-“tajjeb” permezz tal-indiema “qarib sal-mewt” (Mosija 27:28) u l-grazzja abbundanti tas-Salvatur. Snin wara, Alma ddikjara bi ħġaru lil ibnu Ħelaman:

“O, x’ ferħ qed inħoss, u x’dawl meraviljuż jien rajt quddiemi; iva, ruħi mtliet b’ferħ li jisboq l-uġigħ kollu li esperjenzajt! …

Iva, u minn dak iż‑żmien sal‑ġurnata tal‑lum, jiena ħdimt bla heda, biex inkun nista’ nwassal l‑erwieħ lejn l‑indiema; biex inkun nista’ nwassalhom ħalli jduqu l‑hena mill‑aktar kbira li minnha jiena doqt. …

“Iva, u issa ara, O ibni, il‑Mulej verament jagħtini hena mill‑aktar kbira fil‑frott ta’ ħidmieti;

“Grazzi għall‑kelma [l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu] li huwa żvelali, ħafna kienu li ġew imwielda minn Alla, u daqu dak li doqt jien” (Alma 36: 20. 24–26).

F’okkażjoni oħra, Alma xehed:

“Din hi l-glorja tiegħi, li forsi nista’ nkun strument f’idejn Alla biex inwassal xi ruħ lejn l-indiema; u dan hu l-ferħ tiegħi.

“U araw, meta nara bosta minn ħuti jindmu verament, u jersqu lejn il-Mulej Alla tagħhom, hemmhekk ruħi timtela bil-ferħ” (Alma 29:9–10).

Alma kompla jipproklama l-ferħ kbir li ħass meta oħrajn kellhom suċċess biex iġibu l-erwieħ lejn Kristu:

“Iżda jien ma nifraħx biss bis-suċċess tiegħi, iżda l-ferħ tiegħi hu aktar sħiħ minħabba s-suċċess ta’ ħuti [ulied Mosija], li jinsabu fl-art ta’ Nefi.

“Araw, huma ħadmu bla heda, u pproduċew ħafna frott; u kemm se jkun kbir ħlashom!

“Issa, meta naħseb dwar is-suċċess ta’ dawn ħuti, ruħi toħroġ minni, sewwasew tinfired minn ġismi, u daqstant huwa kbir il-ferħ tiegħi.” (Alma 29: 14–16).

Nistgħu nsibu l-istess ferħ kif inħobbu lill-oħrajn bl-“imħabba safja ta’ Kristu” (Moroni 7:47; ara wkoll vers 48), naqsmu magħhom il-verità rrestawrata, u nistednuhombiex jinġabru mal-poplu tal-patt.

Immaġni
is-Salvatur fil-Ġetsemani

O My Father, ta’ Simon Dewey

Insibu l-Ferħ Qalb it-Tbatija

M’għandniex nibżgħu li l-provi u l-isfidi li inevitabbilment niffaċċjaw fil-mortalità se jipprevenu jew jeqirdu l-ferħ tagħna. Alma kien wieħed li s-servizz diżinteressat tiegħu għal ħaddieħor kien swieh ħafna. Sofra ħabs, perjodi twal ta’ ġuħ u għatx, swat, theddid għal ħajtu, u redikolu u ċaħda ripetuti. U madankollu, kollox kien “jinbela’ fil-ferħ ta’ Kristu” (Alma 31:38). Forsi t-​tbatija taʼ Alma għamlet il-​ferħ li segwa saħansitra akbar.

Il-President Nelson ifakkarna li l-ferħ kellu rwol fit-tbatija tas-Salvatur—“għall-ferħ li tpoġġa quddiemu [Hu] ġarrab is-salib” (Lhud 12:2).

“Aħsbu ftit fuq dan! Sabiex Hu jgħaddi mill-aktar esperjenza kiefra li qatt ġiet esperjenzata fid-dinja, is-Salvatur tagħna beda jiffoka fuq l-hena!

“U x’kienet din l-hena li kellu quddiemu? Bla dubju din kienet tinkludi l-hena li tnaddafna, tfejjaqna u ssaħħaħna; l-hena li Huwa ħallas għad-dnubiet ta’ dawk kollha li jindmu; l-hena li għamilha possibbli għalikom u għalija biex nerġgħu lura d-dar—indaf u denji—biex ngħixu mal-Ġenituri tagħna tas-smewwiet u l-familja tagħna.

Jekk niffokaw fuq il-ferħ li aħna nistgħu niksbu, jew li jistgħu jiksbu dawk li aħna nħobbu, x’nistgħu ngħaddu minnu bħalissa li jidher daqstant kbir, diffiċli, ta’ biża’, inġust jew sempliċiment impossibbli?” 2

Ferħ dejjiemi jiġi billi nissaportu fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u ngħinu lill-oħrajn jagħmlu l-istess. Ferħ dejjiemi jiġi hekk kif nibqgħu fl-imħabba ta’ Alla, nobdu l-kmandamenti Tiegħu u nirċievu l-grazzja tas-Salvatur. Fit-triq tal-evanġelju, hemm ferħ fil-vjaġġ kif ukoll ferħ fl-aħħar. L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa t-triq tal-ferħ ta’ kuljum.

Ipprintja