Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun
Inħallu warajan il-kultura ta’ kuljum biex insibu “il-moħħ ta’ Kristu”
Minkejja jiem ta’ mirakli u tagħlim mirqum, Ġesù jsib lid-dixxipli tiegħu jitlewmu. Mhux wisq qabel, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni jaċċettaw l-istedina ta’ Ġesù biex jingħaqdu miegħu fuq muntanja għolja fejn flimkien jaraw lil Mosè u lil Elija filwaqt li Ġesùhuwa trasfigurat quddiemhom. Ġesù u dawn id-dixxipli magħżula jinżlu l-muntanja u jsibu ġenn sħiħ, għax xi dixxipli oħrajn ma setgħux jilqgħu t-talba ta’ missier anzjuż biex ifejqulu lil ibnu li kien qiegħed imut. Wara li jfarraġ lill-missier, Ġesù jfejjaq lit-tifel ċkejken u mbagħad, iktar tard, jassigura privatament lid-dixxipli tiegħu li huma jistgħu jagħmlu l-istess jekk jiddedikaw lilhom infushom iktar bis-sħiħ għat-“talb u s-sawm”1.
Wara dan kollu, wara li vvjaġġaw flimkien fil-Galilija u waslu f’Kafarnahum, Ġesù staqsa lill-istudenti tiegħu: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?”2 Maħsudin kif kienu biex minn argumenti infantili jiffaċċjaw lill-kobor ta’ Bin il-Bniedem, id-dixxipli jibqgħu bla kliem u bilkemm jifilħu jlissnu s-suġġett tal-argument li kellhom fit-triq: jiġifieri, “fuq min kien l-akbar”3.
Minkejja li jinsabu ma’ Ġesù, dawn id-dixxipli mhux kapaċi jgħixu ħsibijietu jew jemitaw l-għemejjel Tiegħu. Bla ma jirrabja, Ġesù jpoġġi bilqiegħda bil-kalma kollha, isejjaħ lit-tnax biex jersqu lejh, u jispjega: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd”4. Huma u mexjin, x’kien jikkwalifika bħala “l-ikbar” kien deher ovvju, jew għallinqas ċar biżżejjed biex tiġbed lid-dixxipli leali ta’ Ġesù fl-istess dibattitu dwar ‘id-dritt tas-saltna’ li kien ħabbatt tant lill-aħwa ta’ Ġużeppi, Laman u Lemweli, u bosta oħrajn fl-iskrittura u fil-ħajja ta’ kuljum5. Iżda hekk kif Ġesù jixħet id-dawl tiegħu fuq il-kuntest tagħhom, it-termini jinbidlu. Dak li kien jidher importanti ma jibqax jiswa wisq, u dak li kien inviżibbli f’daqqa waħda jiddi.
Huwa u jkellem lill Korintin, Pawl jafferma li “il-fidi tagħkom tinbena … mhux l-għerf ta’ din id-dinja, anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn … imma fuq il-qawwa ta’ Alla”6. Bħala segwaċi tal-Evanġelju Rrestawrat ta’ Ġesù Kristu, aħna nagħrfu li “d-dinja” mhix fiha infisha l-problema. Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iħaddnu “il-verità kollha li Alla jagħti lil uliedu, sew jekk skoperta f’laboratorju xjentifiku, sew jekk miksuba permezz ta’ rivelazzjoni diretta mingħandu”7. Skont it-13 Artiklu tal-Fidi u t-twissija ta’ Pawlu, aħna kemm nemmnu u kemm nittamaw “fil-ħwejjeġ kollha.”
Madanakollu, l-interezzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu turina li jeħtiġilna ninfamtu minn suppożizzjonijiet naturali li nħalluh jgħallimna modi ġodda ta’ kif aħna nkunu, kultura ġdida. “Il-bniedem naturali,” Pawlu jispjega, “ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta’ Alla; għalih huma kollha bluha, ma jistax jifhimhom, għaliex ħadd ma jista’ jgħarbilhom jekk mhux bl-Ispirtu … Min hu dak li jista’ jifhem il-ħsieb tal-Mulej, biex ikun jista’ jgħallmu? Imma aħna, aħna għandna fina l-ħsieb ta’ Kristu”8
F’kull ġenerazzjoni aħna għandna profeti ħajjin biex jiggwidawna u jgħallmuna kif noftmu moħħna mill-ħwejjeġ ta’ kuljum u jkollna “fina l-moħħ ta’ Kristu.” Il-profeta l-ħaj tagħna llum, il-President Russell M. Nelson, jagħmel preċiżament dan. Dawk li jisimgħuh u japplikaw il-parir tiegħu se jsibu li se jitneżżgħu minn attitudnijiet limitanti u jiżviluppaw il-moħħ ta’ Kristu hekk kif iġibu l-paċi9, imantmu l-ispinta spiritwali10, jiddedikaw ħin għall-Mulej11, jattendu t-tempju12, iħallu lil Alla jiddomina lil ħajjithom13, jisimgħuH14, jindmu15, ifittxu u jirċievu r-rivelazzjoni16, u “jaħsbu b’mod ċelestjali” (li fil-fatt “tfisser li ħsibijietna jkunu spiritwali”)17. Aħna niskopru tiġdid tagħna nfusna u ta’ moħħna hekk kif nimpenjaw ruħna fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni billi naslu biex nagħrfu u nħobbu lil Ġesù Kristu, u nagħmlu l-ħidma biex ngħaqqdu lill-ulied kollha ta’ Alla għall-eternità.