2024
Alla Jgħinna u Jħarisna
Awwissu 2024


”Alla Jgħinna u Jħarisna,” Liahona, Aww. 2024.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Awwissu 2024

Alla Jgħinna u Jħarisna

Bħall-Kaptan Moroni, aħna nistgħu nirċievu għajnuna u qawwa divina għall-battalji li niffaċċjaw fil-ħajja.

Il-Kaptan Moroni jgħolli l-istendàrd tal-Libertà

Illustrazzjonijiet ta’ Eric Chow

Meta jiena qrajt għall-ewwel darba l-Ktieb ta’ Mormon, jiena gawdejt l-istorja tal-gwerer bejn in-Nefiti u l-Lamaniti. Ħassejtni affaxxinat bil-fidi, bl-inġenwità, u t-tattiċi użati mill-Kaptan Moroni, kmandant militari li ġie maħtur bħala l-mexxej tal-armati Nefiti kollha meta kellu biss 25 sena. Huwa kien għaqli, b’saħħtu, u xegħel. Huwa kien totalment impenjat lejn il-ħelsien u l-benesseri tal-poplu tiegħu. (Ara Alma 48:11-12.)

Minflok ikkredita lilu nnifsu s-suċċess militari, Moroni attribwixxa s-suċċess lil Alla u l-appoġġ sagru li l-armati tiegħu rċevew minn nisa u mit-tfal li mhumiex kombażi. Huwa qal lil mexxej megħlub tal-għadu: ”Il-Mulej … telaqkom f’idejna. U issa nixtieq li intom tifhmu li … dan minħabba r-reliġjon tagħna u l-fidi tagħna fi Kristu.” Imbagħad Moroni qasam magħna dan l-għarfien profetiku: ”Alla jsostnina, u jħarisna, u jieħu ħsiebna, diment li nibqgħu fidili lejh, u lejn il‑fidi tagħna, u r‑reliġjon tagħna” (Alma 44:3, 4).

Maż-żmien, jiena rrealizzajt li Moroni stabbilixxa prinċipji li nistgħu napplikaw biex jgħinuna niffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja moderna tagħna. Hekk kif aħna neżerċitaw il-fidi f’Ġesù Kristu, is-Salvatur tad-dinja, Huwa jberikna bil-qawwa tiegħu. Iżda biex Huwa jagħmel dan u biex aħna nagħrfu l-barkiet tiegħu, jeħtieġ li nifhmu l-għan tagħna, nistrategwizzaw ruħna għas-suċċess, u nitħejjew għall-battalji metaforiċi li niffaċċjaw, l-istess kif Moroni ħejja għal u ffaċċja l-battalji reali f’ħajtu. Hekk kif nagħmlu dan, Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu jgħinnuna u jħarsuna.

Nifhmu l-Għan Tagħna

Moroni ripetutament fakkar lill-poplu min kienu (werrieta tal-patt Abrahamiku), ta’ min kienu (ulied maħbuba ta’ Alla), u fuq l-kawża li għaliha ġġieldu (familja, fidi, u libertà). Moroni għallem lill-poplu tiegħu li huma kienu qed jiġġieldu għas-sopravivenza tagħhom u għall-ħelsien mill-oppressjoni u l-jasar. B’kuntrast għal dan, l-għedewwa tagħhom ġġieldu għal konvinzjonijiet u qawwa personali tagħhom billi jegħlbu lil ħaddieħor.

Meta xi Nefiti ppruvaw jiksbu l-awtorità għall-qligħ personali, Moroni ċarrat il-mantell tiegħu u kiteb fuq biċċa minnu l-elementi ewlenin tal-messaġġ tiegħu: ”B’tifkira ta’ Alla tagħna, tar‑reliġjon u l‑ħelsien tagħna, u tal‑paċi tagħna, u tan‑nisa tagħna u ta’ wliedna.” Huwa qajjem din il-bandiera, li sejjaħ ”it-titlu tal-libertà,” marbuta mat-tarf ta’ arblu u użah biex ifakkar lill-poplu dwar xiex kienet il-ġlieda u biex iħeġġihom għall-kawża. (Ara Alma 46:12-13, 19-20.)

Fil-battalji spiritwali tal-ħajja, ”il-ġlieda tagħna m’hijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra … l-qawwiet, … ta’ dlamijiet, … [u] kontra l-ispirti ħżiena” (Efesin 6:12). Aħna wkoll, jeħtieġ li nkunu mfakkra dwar x’inhi l-ġlieda. Il-Presbiteru Neal A. Maxwell (1926–2004), li kien membru tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, esprima dan il-ħsieb b’konverżazzjoni elokwenti, għalkemm qasira.

Fl-2004, jiena mort inżur lill-Presbiteru Maxwell fil-kamra tal-isptar tiegħu ftit qabel ma miet. Huwa tant kien ittratta b’imħabba dawk kollha li marru jżuruh jew għenuh. Ħaddiema tas-saħħa daħlu fil-kamra tiegħu u ħarġu jibku. Jiena għidtlu, ”Presbiteru Maxwell, dan huwa verament diffiċli.” Bi tbissima qalli, ”O, Dale, aħna esseri eterni li qed ngħixu f’dinja mortali. Aħna ninsabu barra mill-element tagħna, bħal ħut barra mill-ilma. Huwa biss meta jkollna perspettiva eterna li kollox jibda jagħmel sens.”

M’għandna qatt nieqfu niffokaw fuq dak l-kompost kbir tan-natura divina tagħna u d-destin etern tagħna u l-forzi mxajtan li jopponuna. Għarfien korrett tall-pjan ta’ Missierna tas-Smewwiet jimmotivana biex inkomplu niġġieldu għas-salvazzjoni eterna tagħna u għall-ħelsien tagħna mill-jasar spiritwali.

nies iħejju l-fortifikazzjonijiet

Nistrattralizzaw għas-Suċċess

Tul il-battalji l-armati tiegħu ġġieldu, Moroni strateġizza biex jiżgura s-suċċess. Huwa uża spiji biex jiskopri l-attivitajiet u l-intenzjonijiet tal-għedewwa tiegħu. Hu fittex direzzjoni mingħand il-profeta, Alma. Moroni mbagħad uża dak il-kontribut ispirat fl-attwazzjoni tiegħu lejn il-battalja. Huwa bagħat riżorsi skont il-bżonn, fejn poġġa aktar suldati fi bliet li kienu anqas iffortifikati. Huwa stabbilixxa strateġikament pjanijiet operattivi bbażati fuq informazzjoni aġġornata.

B’hekk huwa kiseb vantaġġi fuq l-armati tal-għadu. Qatt ma kien kuntent b’rebħiet tal-passat; pjuttost, huwa kompla jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu u tal-armati tiegħu biex jiffaċċja l-isfidi futuri.

Aħna nistgħu nużaw approċċ simili biex niffaċċjaw l-antagonisti spiritwali. Nistgħu nibdew billi nagħrfu dak li Satana qed jipprova jagħmel f’ħajjitna. Huwa jipprova jaljenana mill-għan tagħna. Meta niffaċċjaw it-tentazzjoni, għandna nistaqsu lilna nfusna:

  • Dan l-azzjoni min-naħa tiegħi kif tgħaqqad mal- kelma t’Alla?

  • X’inhuma l-konsegwenzi tat-teħid ta’ din l-azzjoni?

  • Din l-azzjoni se tgħinni nwettaq l-għan tiegħi fid-dinja?

Għandna nagħrfu wkoll ir-riżultat eventwali li aħna nċedu anki għal tentazzjoni żgħira. Hekk kif naqgħu għat-tentazzjoni, aħna nikkonsmaw ”velenu ftit ftit” (Alma 47:18), strateġija mill-aktar effettiva użata mill-qawwiet tal-ħażen li tista’ twassal għal riżultati spiritwalment fatali.

Aħna niffortifikaw lilna nfusna kontra t-tentazzjoni ta’ Satana billi nimxu wara d-direzzjoni li nirċievu mingħand il-profeta tagħna tal-aħħar żmien. Li nagħmlu dan jgħinna nżommu perspettiva eterna li permezz tagħha nevalwaw l-għemejjel tagħna. Li nistrattralizzaw kif se niffaċċjaw it-tentazzjonijiet li jqumu f’diversi nħawi ta’ ħajjitna jgħinna nagħżlu l-għażliet aktar tajbin f’dak il-mument. L-istrateġiji u l-approċċi ppjanati minn qabel jgħinuna niddefendu kontra d-distrazzjonijiet mill-għan etern tagħna.

Eżempju ta’ dan hu dak tat-teknoloġija. It-teknoloġija tista’ tkun xabla b’tarf doppju, kemm utli kif ukoll detrimentali, skont kif nużawha. Biex tgħinna nagħmlu għażliet għaqlin dwar l-apparat tagħna, iż-żgħażagħ u l-kbar jistgħu jirreferu għal “Taking Charge of Technology“ u Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ: Gwida għal Biex Tagħmel l-Għażliet. Dawn ifakkruna fl-għan tagħna, jidderiġuna lejn Ġesù Kristu, u jgħinuna nistiednu l-Ispirtu s-Santu f’ħajjitna. L-ippjanar kif, meta, u fejn se nużaw it-teknoloġija se jiffortifikawna kontra t-tattiċi aktar baxxi tad-dinja.

Il-Lamaniti jattakkaw il-fortifikazzjonijiet tan-Nefiti

Inħejju għall-Battalji Metaforiċi

Meta antiċipa l-battalji li ġejjin, Moroni ħejja lill-poplu tiegħu individwalment bil-pettorali, bit-tarki, bl-elmi, u bl-ilbies oħxon. Huwa ħejja lill-poplu tiegħu kollettivament billi ħaddan l-ibliet bil-fortizza,u tegħla’ ħitan tar-ramel mad-dawra kollha madwarhom.

Spiritwalment, aħna nitħejjew individwalment billi nżommu l-kmandamenti ta’ Alla. Aħna nagħmlu u nżommu l-patti ma’ Alla li jfasslu l-qawwa ta’ Ġesù Kristu f’ħajjitna. Aħna ningaġġaw ruħna f’atti personali u privati ta’ devozzjoni, bħat-talb, is-sawm, u l-istudju tal-iskrittura. Aħna wkoll naġixxu bil-fidi, u nwieġbu għad-direzzjoni spiritwali li nkunu rċevejna. Aħna kuxjenzament nitħejjew għas-sagrament u b’mod den nieħdu sehem fis-sagrament. Hekk kif nagħmlu dan, is-Salvatur isir aktar reali f’ħajjitna, l-istess kif Huwa kien reali għal Moroni, li kien sod fil-fidi tiegħu f’Ġesù Kristu. Moroni kien jaf li seta’ jafda fis-Salvatur għad-direzzjoni u l-ħelsien (ara Alma 48:16). Aħna wkoll nistgħu nafdaw f’Ġesù Kristu għad-direzzjoni u l-ħelsien.

Aħna nistgħu nkomplu nħejju billi nsaħħu l-familji tagħna. Missierna tas-Smewwiet organizzana fi familji biex jgħinna nkunu ferħanin u nitgħallmu kif nerġgħu lura għandu. Il-familji tagħna jistgħu jkunu sors ta’ għajnuna għalina. Aħna lkoll nistgħu nħossu l-ferħ u l-imħabba billi niftakru li aħna parti mill-familja kbira ta’ Alla, irrispettivament iċ-ċirkustanzi individwali tal-familji tagħna.

Aħna nistgħu kollettivament niksbu l-qawwa u nitħejjew għall-battalji spiritwali tagħna hekk kif ningħaqdu fil-komunitajiet tal-Qaddisin. L-utied u d-distretti tagħna jipprovdu dan il-post ta’ refuġju u difiża. Aħna nistgħu nsostnu lil xulxin spiritwalment, ngħinu lil xulxin biex iżommu l-kmandamenti ta’ Alla, u nħeġġu lil xulxin biex nafdaw f’Kristu, dejjem u speċjalment fi żminijiet ta’ sfida. Meta niġbru flimkien, aħna nirrealizzaw li aħna ma niġġieldux il-battalji tagħna weħidna. Aħna għandna ħbieb, għalliema, u mexxejja li jistgħu jgħinuna u jipproteġuna. Aħna lkoll aktar b’saħħitna meta nitħejjew flimkien.

Notevolment, Moroni attribwixxi l-ferħ kollu tal-poplu għall-lealtà lejn il-fidi tagħhom f’Alla u r-reliġjon tagħhom. Bħal Moroni, għandna nirrealizzaw li niksbu l-ferħ minħabba Missierna fis-Smewwiet u l-pjan tiegħu, u minħabba Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu. Hekk kif nifhmu l-għan tagħna, nistrattralizzaw ruħna għas-suċċess, u nitħejjew għall-battalji metaforiċi, aħna nirċievu għajnuna u qawwa divina.

Bħal Moroni, jiena naf li Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu jġibu l-akbar ħelsien mill-jasar—ħelsien mill-mewt u mid-dnub. Huma jberkuna bil-qawwa tagħhom meta aħna nħarsu lejhom f’kollox.

Noti

  1. Nieħdu Ħsieb tat-Teknoloġija,“ Librerija tal-Evanġelju.

  2. Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ: Gwida għal Biex Tagħmel l-Għażliet (2022), Librerija tal-Evanġelju.

  3. Ara Russell M. Nelson, “Il-Ferħ u s-Sopravivenza Spiritwali,” Liahona, Nov. 2016, 82