2024
Is-Sempliċità Li tinsab fi Kristu
Awwissu 2024


Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

Is-Sempliċità Li tinsab fi Kristu

F’intervista ftit wara li rċieva s-sejħa tiegħu bħala l-aħħar membru ġdid tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu l-Presbiteru Patrick Kearon qal: “Issa qed nara sempliċità akbar fl-evanġelju milli qatt rajt […]”. Jidher ċar li ma kienx qed jissuġġerixxi li s-sejħa tiegħu kienet se tkun sempliċi. Għall-kuntrarju, huwa tkellem ukoll dwar “ix-xokk u -profondita’ ta’ din is-sejħa”. Fi kliem ieħor, ftit jiem biss wara din is-sejħa sagra biex tkun appostlu ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Presbiteru Kearon iffoka fuq is-sempliċità tal-evanġelju aktar milli l-kumplessità tas-sejħa tiegħu. Dan il-fatt iġiegħli nirrifletti fuq il-lezzjoni “li b’affarijiet żgħar u sempliċi jsiru affarijiet kbar”.

Aħna ngħixu f’dinja ta’ kumplessitàli dejjem qed tikber. F’dawn l-aħħar 25 sena seħħew għadd ta’ bidliet teknoloġiċi u soċjoloġiċi li jaffettwaw lil ħafna minna ta’ kuljum. Filwaqt li d-dinja dejjem kienet kumplessa, l-valangi attwali ta’ informazzjoni li ġejjin fi djarna, inklużi opinjonijiet differenti, inċertezza soċjali u politika, kif ukoll bidliet ambjentali jistgħu xi drabi jidhru kbar. Tħoss li “d-dinja kollha [hija] f’kommossjoni […]”. Allura, x’inhi t-tweġiba tagħna għal din il-kumplessità?

“It-tweġiba għall-iktar mistoqsijiet sempliċi u għall-aktar problemi kumplessi hija dejjem l-istess. It-tweġiba hija Ġesù Kristu. Kull soluzzjoni tinsab fih”. L-Appostlu Pawlu jgħallimna niffukaw fuq “is-sempliċità li hemm fi Kristu”. F’dinja ta’ kumplessità dejjem tikber, Ġesù Kristu jista’ jgħinna nifhmu x’inhu verament l-aktar importanti.

Il-President Nelson fakkarna: “L-avversarju hu għaqli. Għal millenji sħaħ għamel it-tajjeb jidher ħażin u l-ħażin jidher tajjeb. Il-messaġġi tiegħu għandhom it-tendenza li jkunu qawwija, kuraġġużi, u jolqtu l-għajn. […] Madankollu, messaġġi minn Missierna fis-Smewwiet huma differenti b’mod impressjonanti. Jikkomunika sempliċiment, bil-kwiet, u b’tali ċarezza stupenda li ma nistgħux nifhmuh ħażin”.

Għalhekk meta d-dinja tkun qed tgħajjat b’leħen għoli messaġġi mħallta li huma konfużi, kbar u apparentement kumplessi, l-applikazzjoni tas-sempliċità li hemm fi Kristu tfisser li twarrab dawn il-vuċijiet qawwija u, kif jissuġġerixxi l-Presbiteru Uchtdorf, li tagħmel “pass lura, tħares lejn ħajtek minn perspettiva ogħla, u tissimplifika l-għan tiegħek lejn id-dixxipulat. Iffoka fuq id-duttrini bażiċi, il-prinċipji, u l-applikazzjonijiet tal-evanġelju”.

Tgħallimt ir-realtà ta’ dan f’ħajti stess. Meta nittratta l-isfidi fil-familja tiegħi, ix-xogħol, jew is-sejħiet tal-knisja, ħafna drabi nistrieħ fuq is-saħħa tiegħi biss dan ma kienx dejjem ta’ suċċess. Nistaqsi lili nnifsi – “Ġesù x’kien se jagħmel?” jew li nikkunsidra prinċipji sempliċi tal-evanġelju li jistgħu jkunu applikabbli għas-sitwazzjoni attwali tiegħi għenuni nisfrutta l-poteri tas-sema u nittratta dawn l-isfidi b’mod ferm aħjar. Il-problemi mhux bilfors imorru, imma sibt saħħa, tama, u għan fil-ħidma jew fil-ħsibijiet tiegħi. Il-konfużjoni ġiet sostitwita biċ-ċarezza tal-ħsieb u l-iskop.

Il-Presbiteru Ballard spiss fakkarna: “Żommha sempliċi. Huwa f’dik is-sempliċità li ssib […] paċi, ferħ, u hena […]”. Ta’ dan jien nagħti x-xhieda tiegħi.

Noti

  1. “Il-Messaġġ tal-Presbiteru Kearon lill-Midja tal-Aħbarijiet: Iduru lejn is-Sors tal-Paċi — Ġesù Kristu”, 23 ta’ Jannar 2024 – Stqarrija Stampa tal-belt Salt Lake

  2. “Il-Messaġġ tal-Presbiteru Kearon lill-Midja tal-Aħbarijiet: Iduru lejn is-Sors tal-Paċi — Ġesù Kristu”, 23 ta’ Jannar 2024 – Stqarrija Stampa tal-belt Salt Lake

  3. Alma 37:6

  4. Qabbel Rita McGrath, f’Harvard Business Review, 31 ta’ Awwissu, 2011

  5. Duttrina u Patti 45:26

  6. Ryan K. Olson, “It-Tweġiba Hi Ġesù”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2022

  7. 2 Korintin 11:3

  8. Ara Dieter F. Uchtdorf, “Of Things That Matter Most”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2010

  9. Russel M. Nelson, “Isimgħuh”, Konferenza Ġenerali April 2020

  10. Dieter F. Uchtdorf, “Jaħdem B’ Mod Meraviljuż!”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2015

  11. Ara Jeffrey R. Holland, “Il-Prezz—u l-Barkiet—Bħala Dixxipli”, Konferenza Ġenerali April 2014

  12. M. Russel Ballard, “L-Evanġelju Veru, Safi u Sempliċi ta’ Ġesù Kristu”, Konferenza Ġenerali April 2019