“0. Ħarsa ” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“0. Ħarsa Introduttorja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
0.
Ħarsa Introduttorja
0.0
Introduzzjoni
Il-Mulej għallem, “Ħalli kull raġel ikun jaf dmiru, u jaġixxi fl-uffiċċju li fih huwa jinħatar , bil-bżulija kollha” (Duttrina u Patti 107:99). Bħala mexxej fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, int għandek tfittex rivelazzjoni biex tgħinek titgħallem u twettaq id-dmirijiet tas-sejħa tiegħek.
Li tistudja l-iskrittura u t-tagħlim tal-profeti tal-aħħar żmien se jgħinek tifhem u twettaq id-dmirijiet tiegħek. Hekk kif tistudja l-kelma ta’ Alla, inti se tkun iktar miftuħ għall-influenza tal-Ispirtu (ara Duttrina u Patti 84:85).
Int tista’ wkoll titgħallem id-dmirijiet tiegħek billi tistudja l-istruzzjonijiet f’dan il-manwal. Dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jistiednu rivelazzjoni jekk jiġu wżati biex jipprovdu għarfien ta’ prinċipji, polisis, u proċeduri li għandek tapplika waqt li tfittex il-gwida tal-Ispirtu.
0.1
Il-Manwal
Il-Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jipprovdi gwida għal mexxejja ġenerali u lokali tal-Knisja.
It-titli u sottotitli f’dan il-manwal huma nnumerati biex jagħmlu s-suġġetti faċli li wieħed isibhom u jagħmel referenza għalihom. Per eżempju, struzzjoni dwar min jista’ jkun issiġillat fit-tempju hija pprovduta fi 27.3.1. In-numru 27 jirreferi għall-kapitlu, in-numru 3 jirreferi għas-sezzjoni f’dak il-kapitlu, u n-numru 1 jirreferi għal sottosezzjoni.
0.2
Addattament u Riżorsi Fakultattivi
Mhux l-utied u l-oqsma kollha għandhom l-istess ħtiġijiet.
Il-mexxejja jfittxu l-ispirazzjoni dwar liema linji gwida u riżorsi fakultattivi għandhom jużaw biex jiħqu l-ħtiġjiet tal-membri.
0.4
Mistoqsijiet dwar Struzzjonijiet
Meta jinqalgħu mistoqsijiet li mhumiex indirizzati fl-iskrittura, fil-kliem tal-profeti ħajjin, jew inkella f’dan il-manwal, il-membri tal-Knisja għandhom jiddependuifuq il-patti tagħhom ma’ Alla, il-parir tal-mexxejja lokali tagħhom, u l-ispirazzjoni tal-Ispirtu, għal gwida.
Jekk il-mexxejja jkollhom mistoqsijiet dwar l-informazzjoni f’dan il-mamwal jew dwar kwistjonijiet li hu ma jindirizzax, huma għandhom jieħdu l-parir mill-awtorità li tippresedi immedjetament fuqhom.
0.5
Terminoloġija
Ħlief għal meta huwa indikat mod ieħor:
-
It-termini isqof u veskovat f’dan il-manwal jirreferu wkoll għall-presidenti tal-fergħa u l-presidenzi tal-fergħa. It-termini president tal-wited u presidenza tal-wited jirreferu wkoll għall-presidenti tad-distrett u l-presidenzi tad-distrett. Għal sommarju ta’ kif l-awtorità tal-presidenti tad-distrett huma differenti mill-presidenti tal-wited, ara 6.3.
-
Referenzi għall-oqsma u l-utied ġeneralment ukoll japplikaw għall-fergħat, d-distretti, u l-missjonijiet.
-
Referenzi għall-Ħadd japplikaw għal kwalunkwe ġurnata ku fiha Jum il-Mulej huwa osservat lokalment.
-
It-terminu unit jirreferi għall-oqsma u l-fergħat.
-
Referenzi għall-ġenituri ġeneralment japplikaw ukoll għall-kustodji legali.
Is-sejħiet tal-isqof u l-president tal-fergħa mhumiex ekwivalenti fl-awtorità u r-responsabbiltà, u lanqas is-sejħiet tal-president tal-wited u l-president tad-distrett. L-isqof huwa uffiċċju tas-saċerdozju, u l-ordinazzjoni hija awtorizzata biss mill-Ewwel Presidenza Il-presidenti tal-wited huma msejħin mill-Awtoritajiet Ġenerali u mis-Sebgħinijiet tar-Reġjun.
0.6
Kif Nikkuntattjaw lill-Kwartieri Ewlenin tal-Knisj jew l-Uffiċċju Reġjonali
Xi kapitli f’dan il-manwal jinkludu struzzjonijiet biex wieħed jikkuntattja l-kwartieri ewlenin tal-Knisja jew l-uffiċċju reġjonali. L-istruzzjoni biex wieħed jikkuntattja l-kwartieri ewlenin tal-Knisja tapplikal għal dawk fl-Istat Uniti u l-Kanada. L-istruzzjoni biex wieħed jikkuntattja l-uffiċċju reġjonali tapplika għal dawk barra mill-Istat Uniti u l-Kanada.