“3. Prinċipji tas-Saċerdozju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“3. Prinċipji tas-Saċerodzju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
3.
Prinċipji tas-Saċerdozju
3.0
Introduzzjoni
Is-saċerdozju huwa l-awtorità u qawwa ta’ Alla. Permezz tas-saċerdozju, il-Missier fis-Smewwiet iwettaq il-ħidma tiegħu “biex iġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Mosè 1:39). Alla jagħti awtorità u qawwa lill-uliedu fid-dinja biex jgħinu fil-ħidma tiegħu (ara kapitlu 1).
3.2
Barkiet tas-Saċerdozju
Permezz tal-patti u ordinanzi tas-saċerdozju, Alla jagħmel barkiet kbar disponibbli għal uliedu kollha. Dawn il-barkiet jinkludu:
-
Magħmudija u sħubija fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.
-
Id-don tal-Ispirtu s-Santu.
-
Nieħdu sehem fis-sagrament.
-
Awtorità u qawwa biex inservu fis-sejħiet u l-essajments tal-Knisja.
-
Nirċievu barkiet patrijarkali u barkiet saċerdotali oħrajn ta’ fejqan, faraġ, u ta’ gwida.
-
Inkunu dotati bil-qawwa ta’ Alla fit-tempju.
-
Inkunu ssiġillati mal-membri tal-familja għall-eternità.
-
Il-wegħda tal-ħajja eterna.
3.3
Saċerdozju ta’ Melkisedek u Saċerdozju ta’ Aron
Fil-Knisja, is-saċerdozju hu maqsum f’żewġ partijiet: is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u s-Saċerdozju ta’ Aron (ara Duttrina u Patti 107:1).
3.3.1
Saċerdozju ta’ Melkisedek
Is- Saċerdozju ta’ Melkisedek huwa “s-Saċerdozju Mqaddes, wara l-Ordni tal-Iben ta’ Alla” (Duttrina u Patti 107:3). Huwa permezz tal-qawwa li l-ulied ta’ Alla jistgħu jsiru bħalu (ara Duttrina u Patti 84:19–21; 132:19–20).
Permezz ta’ din l-awtorità, il-Mexxejja tal-Knisja jidderieġu u jamministraw ix-xogħol spiritwali kollu tal-Knisja (ara Duttrina u Patti 107:18).
Il-President tal-wited huwa l-qassis il-kbir li jippresedi fil-wited (ara Duttrina u Patti 107:8, 10; ara wkoll kapitlu 6 f’dan il-manwal). L-isqof huwa l-qassis il-kbir li jippresedi fil-qasam (ara Duttrina u Patti 107:17; ara wkoll kapitlu 7 f’dan il-manwal).
Għal informazzjoni dwar l-uffiċċji u r-responsabbiltajiet tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek, ara 8.1.
3.3.2
Saċerdozju ta’ Aron
Is-Saċerdozju ta’ Aron huwa “appendiċi għal … is-Saċerdozju ta’ Melkisedek” (Duttrina u Patti 107:14). Huwa jinkludi l-imfietaħ ta’:
-
L-amministrazzjoni tal-anġli.
-
L-evanġelju tal-indiema.
-
Namministraw f’ordinanzi għal barra, inkluż magħmudija għall-maħfra ta’ dnubiet.
(Ara Duttrina u Patti 13: 1 ; 84:26–27; 107:20.)
L-isqof huwa l-president tas-Saċerdozju ta’ Aron fil-qasam (ara Duttrina u Patti 107:15).
Għal informazzjoni dwar l-uffiċċji u responsabbiltajiet tas-Saċerdozju ta’ Aron, ara 10.1.3.
3.4
Awtorità tas-Saċerdozju
Awtorità tas-saċerdozju hija l-awtorizzazzjoni biex tirrappreżenta lil Alla u taġixxi f’ismu. Fil-Knisja, l-awtorità tas-saċerdozju tiġi eżerċitata taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju.
3.4.1
Imfietaħ tas-Saċerdozju
L-imfietaħ tas-saċerdozju huma l-awtorità li wieħed imexxi l-użu tas-saċerdozju, bħal li jagħti permess biex jitwettqu l-ordinanzi.
3.4.1.1
Dawk Li Jħaddnu l-Imfietaħ tas-Saċerdozju
Il-Mulej jgħaddi lil kull wieħed mill-Appostli tiegħu l-imfietaħ kollha li jippartjenu għas-saltna ta’ Alla fid-dinja. L-Appostlu anzjan ħaj, il-President tal-Knisja, huwa l-uniku persuna fid-dinja awtorizzata li teżerċita dawn l-imfietaħ kollha tas-saċerdozju (ara Duttrina u Patti 81:1–2; 107:64–67, 91–92; 132:7).
Taħt id-direzzjoni tal-President tal-Knisja, mexxejja tas-saċerdozju jingħataw imfietaħ biex ikunu jistgħu jippresedu fl-oqsma tar-responsabbiltajiet tagħhom. Dawn il-mexxejja jinkludu:
-
Presidenti tal-wited u d-distrett.
-
Isqfijiet u presidenti tal-fergħa.
-
Presidenti tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek u Aron.
-
Presidenti tat-tempju.
-
Presidenti tal-missjoni u presidenza taċ-ċentru għat-taħriġ għall-missjunarji.
Dawn il-mexxejja jirċievu mfietaħ tas-saċerdozju meta dawn jiġu distinti għas-sejħiet tagħhom.
L-imfietaħ tas-saċerdozju mhumiex mogħtija lil oħrajn, inkluż kunsilliera ta’ mexxejja tas-saċerdozju lokali jew presidenti tal-organizzazzjonijiet tal-Knisja. Presidenti tal-organizzazzjonijiet tal-Knisja jippresedu taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu mfietaħ tas-saċerdozju (ara 4.2.4).
3.4.1.2
Ordni għall-Ħidma tal-Mulej
L-imfietaħ tas-saċerdozju jiżguraw li l-ħidma ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni tkun imwettqa b’mod ordnat (ara Duttrina u Patti 42:11; 132:8). Dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju jidderieġu l-ħidmal tal-Mulej fi ħdan l-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom. Din l-awtorità li tippresedi hija valida biss għar-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sejħa tal-mexxej. Meta mexxejja tas-saċerdozju jiġu eżonerati mis-sejħiet tagħhom, ma jibqgħux iħaddnu dawn l-imfietaħ.
3.4.2
Għoti u Ordinazzjoni tas-Saċerdozju
Taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, is-Saċerdozju Aaroniku u s-Saċerdozju Melkisedeku huma mogħtija lil membri tal-Knisja rġiel (ara Duttrina u Patti 84:14-17). Wara li s-saċerdozju xieraq jingħata, il-persuna tiġi ordnata għal uffiċċju f’dak is-saċerdozju, bħal djaknu jew presbiteru. Dak li jħaddan is-saċerdozju jeżerċita s-saċerdozju skont id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ dak l-uffiċċju (ara Duttrina u Patti 107:99).
Għal aktar informazzjoni dwar għoti u ordinazzjoni tas-saċerdozju, ara 8.1.1 u 18.10.
3.4.3
Niddelegaw l-Awtorità tas-Saċerdozju biex Iservi fil-Knisja
3.4.3.1
Niddistingwu
Meta rġiel u nisa jiġu distinti taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, huma jingħataw awtorità minn Alla biex jaġixxu f’dik is-sejħa. Meta jiġu eżonerati minn xi sejħa, ma jkollhomx aktar l-awtorità assoċjata magħha.
Il-membri kollha tal-Knsija li huma distinti biex iservu jingħataw awtorità divina u responsabbiltà biex jaġixxu fis-sejħiet tagħhom. Per eżempju:
-
Mara li tiġi msejħa u distinta mill-isqof bħala president tas-Soċjetà tas-Solliev tal-qasam tingħata awtorità biex tidderiġi x-xogħol tas-Soċjetà tas-Solliev fil-qasam.
Dawk kollha li jiġu msejħa u huma distinti jservu taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jippresedu fuqhom (ara 3.4.1.2).
3.4.3.2
Essajnment
Mexxejja tal-Knisja li jippresedu jistgħu jiddelegaw l-awtorità permezz ta’ essajnment. Meta rġiel u nisa jirċievu dawn l-essajnments, jinagħtaw l-awtorità minn Alla biex jieħdu azzjoni. Per eżempju:
-
L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu jiddelegaw l-awtorità lis-Sebgħinijiet li jkunu assenjati biex jamministraw żoni u biex jippresedu konferenzi tal-wited.
-
L-awtorità hija delegata lill-membri tal-Knisja biex iservu bħala aħwa li jimministraw.
L-awtorità li hija delegata permezz ta’ essajnment hija limitata għar-responsabbiltajiet speċifiċi u d-durazzjoni tal-essajnment.
3.4.4
Neżerċitaw l-Awtorità tas-Saċerdozju bis-Sewwa
Din l-awtorità tista’ tiġi użata bis-sewwa biss (ara Duttrina u Patti 121:36). Hija eżerċitata b’persważjoni, sabar fit-tul, ġentilezza, umiltà, imħabba, u qalb tajba (ara Duttrina u Patti 121:41-42).
Dawk li jeżerċitaw awtorità tas-saċerdozju ma jisfurzawx ir-rieda tagħhom fuq oħrajn. Ma jużawhiex għall-egoiżmu.
3.5
Qawwa tas-Saċerdozju
Il-qawwa tas-saċerdozju hija l-qawwa li biha Alla jbierek lil uliedu. Il-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla tgħaddi għal membri kollha tal-Knisja—nisa u rġiel—hekk kif iżommu l-patti li għamlu miegħu. Il-membri jagħmlu dawn il-patti hekk kif jirċievu ordinanzi tas-saċerdozju. (Ara Duttrina u Patti 84:19-20.)
Il-barkiet tal-qawwa tas-saċerdozju li l-membri jistgħu jirċievu jinkludu:
-
Gwida għall-ħajjithom.
-
Ispirazzjoni biex ikunu jafu kif iservu lil membri tal-familja u oħrajn.
-
Qawwa biex jissaportu u jegħlbu l-isfidi.
-
Doni tal-Ispirtu biex ikabbru l-abbiltajiet tagħhom.
-
Rivelazzjoni biex ikunu jafu kif jissodisfaw il-ħidma li huma ordanti, distinti għalija, jew imqabbda jagħmlu.
-
Għajnuna u qawwa biex isiru aktar bħal Ġesù Kristu u l-Missier fis-Smewwiet.
3.5.1
Patti
Patt huwa wegħda sagra bejn Alla u uliedu. Alla jagħti l-kundizzjonijiet għall-patt, u uliedu jaqblu li jobdu dawk il-kundizzjonijiet. Alla jwiegħed li jbierek lil uliedu hekk kif huma jissodisfaw il-patti.
Dawk kollha li jissaportu sal-aħħar billi jżommu l-patti tagħhom jirċievu ħajja eterna (ara 2 Nefi 31:17-20; Duttrina u Patti 14:7).
Ġenituri, mexxejja tal-Knisja, u oħrajn jgħinu lill-individwi jippreparaw biex jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanzi tal-evanġelju. Huma jassiguraw li l-persuna tifhem il-patti li hi tagħmel. Wara li persuna tagħmel patt, jgħinuha iżżommu. (Ara Mosija 18:8–11, 23–26.)
3.5.2
Ordinanzi
Ordinanza hija att sagru mwettaq mill-awtorità tas-saċerdozju.
F’ħafna ordinanzi, individwi jagħmlu l-ordinanzi ma’ Alla. Eżempji jafu jinkludu magħmudija, is-sagrament, id-dotazzjoni, u l-ordinanza tal-issiġillar taż-żwieġ.
Ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni huma essenzjali għal ħajja eterna. Għal aktar informazzjoni, ara 18.1.
3.6
Is-Saċerdozju u d-Dar
Membri kollha tal-Knisja li jżommu l-patti tagħhom—nisa, irġiel, u tfal—huma mberkin bil-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla fid-djar tagħhom biex isaħħu lilhom infushom u lill-familji tagħhom (ara 3.5). Il-qawwa tagħhom tassisti membri biex jagħmlu xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni ta’ Alla fil-ħajja personali u fil-familji (ara 2.2).
Irġiel li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jagħtu barkiet tas-saċerdozju lil membri tal-familja biex jipprovdu direzzjoni, fejqan, u kumdità. Meta jkun hemm bżonn, membri tal-Knisja jistgħu wkoll ifittxu dawn il-barkiet minn membri tal-familja estiża, aħwa li jimministraw, jew mexxejja tal-Knisja lokali.