“1. Il-Pjan ta’ Alla u l-Irwol Tiegħek fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjon,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“1. Xogħol ta’ Salvazzjoni u Eżaltazzjoni,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
1.
Il-Pjan ta’ Alla u l-Irwol Tiegħek fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
1.0
Introduzzjoni
Inti ġejt imsejjaħ biex isservi fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. Grazzi għas-servizz tiegħek. Int se tbierek il-ħajjiet u tesperjenza l-hena hekk kif isservi b’fedeltà.
Dan il-manwal se jgħinek titgħallem prattiċi tas-servizz Kristjan u tifhem ir-responsabbiltajiet tiegħek. Int se tkun l-aktar effettiv meta timxi paripassu mas-servizz fil-Knisja max-xogħol ta’ Alla l-Missier u Ibnu, Ġesù Kristu.
1.1
Il-Pjan ta’ Ferħ t’Alla
Il-Missier fis-Smewwiet ipprovda l-pjan ta’ ferħ biex inkunu nistgħu ngawdu l-barkiet kollha tiegħu. Il-ħidma u l-glorja tiegħu hija li “jġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Mosè 1:39).
Ġesù Kristu huwa fiċ-ċentru ta’ dan il-pjan ta’ Alla. Minħabba l-imħabba infinita tal-Missier fis-Smewwiet għalina, Hu bagħat lil ibnu biex jifdina mid-dnub u l-mewt permezz tas-sagrifċċju tiegħu bi tpattija (araĠwanni 3:16). Peremezz tal-Espjazzjoni tiegħu, Ġesù Kristu jagħmel ċert li kull wieħed u waħda minna li twelidna f’din id-dinja se jirxoxta u jikseb l-immortalità. L-Espjazzjoni tiegħu tagħmilha wkoll possibbli għalina li nitnaddfu mid-dnub u jkollna qlubna mibdula biex inkunu nistgħu nirċievu ħajja eterna u niksbu l-milja tal-ferħ.
Biex nirċievu l-ħajja eterna, jeħtieġ li “nersqu lejn Kristu u nipperfezzjonaw ruħna fih” (Moroni 10:32).
1.2
Il-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
Hekk kif nersqu lejn Kristu u ngħinu lil ħaddieħor jagħmel l-istess, aħna nipparteċipaw fix-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni ta’ Alla. Dan ix-xogħol huwa ggwidat minn żewġ kmandamenti kbar biex inħobbu lil Alla u lil ġirien (ara Mattew 22:37.-39).
Ix-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni jiffoka fuq erba’ responsabbiltajiet maħtura b’mod divin.
Dan il-manwal se jgħinek tifhem dawn l-erba’ aspetti tax-xogħol ta’ Alla. L-Ispirtu s-Santu se jiggwidak hekk kif int tagħmel li-parti tiegħek biex twettaqhom (ara 2 Nefi 32:5).
1.2.1
Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Li ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu tinkludi:
-
Neżerċitaw il-fidi fi Kristu, nindmu kuljum, nagħmlu patti ma’ Alla hekk kif nirċievu l-ordinanzi ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni, u nibqgħu sħaħ sal-aħħar billi nżommu dawk il-patti (ara 3.5.1).
-
Nitgħallmu u ngħallmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu fid-dar u fil-knisja.
-
Insiru awto-dipendenti billi nipprovdu għalina nfusna u għall-familji tagħna, kemm spiritwalment u temporanjament.
1.2.2
Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn
Li nieħdu ħsieb ta’ dawk fil-bżonn tinkludi:
-
Inservu u nimministraw lil individwi, familji, u komunitajiet.
-
Naqsmu riżorsi ma’ ħaddieħor, inkluż assistenza fil-Knisja, ma’ dawk li huma fil-bżonn.
-
Ngħinu lill-oħrajn isiru awto-dipendenti.
1.2.3
Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju
Li nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju tinkludi:
-
Nipparteċipaw f’xogħol missjunarju u nservu ta’ missjunarji.
-
Ngħinu membri ġodda tal-Knisja u dawk li qed jirritornaw jimxu ‘l quddiem lejn it-triq tal-patt.
1.2.4
Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità
Ngħaqqdu flimkien lill-familji għall-eternità tinkludi:
-
Nagħmlu patti hekk kif nirċievu l-ordinanzi tat-tempju tagħna.
-
Niskopru l-antenati mejtin tagħna u nwettqu ordinanzi għalihom fit-tempju biex huma jkunu jistgħu jagħmlu patti ma’ Alla.
-
Immorru t-tempju regolarment, fejn hu possibbli, biex inqimu lil Alla u nwettqu ordinanzi għal uliedu.
1.3
L-Għan tal-Knisja
Ġesù Kristu stabbilixxa l-Knisja tiegħu biex jippermetti individiwi u familji biex jagħmlu x-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni (ara Efesin 4:11-13; ara wkoll 2.2 f’dan il-manwal). Biex ngħinu fit-twettiq ta’ dan l-għan divin, il-Knisja u l-mexxejja tagħha jipprovdu:
-
L-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju.
-
Patti u ordinanzi.
-
Direzzjoni profetika.
-
Skrittura.
-
Sapport biex nitgħallmu u ngħallmu l-evanġelju.
-
Opportunitajiet ta’ servizz u tmexxija.
-
Komunità ta’ Qaddisin.
1.3.1
L-Awtorità u l-Imfietaħ tas-Saċerdozju
Permezz tas-saċerdozju, Alla jwettaq ix-xogħol tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. L-awtorità u l-imfietaħ tas-saċerdozju meħtiġin biex titmexxa l-ħidma ta’ Alla fid-dinja ġew irrestawrati mill-Profeta Joseph Smith (ara Duttrina u Patti 110:11-16; 112:30). Dawn l-imfietaħ huma miżmuma mill-mexxejja tal-Knisja llum. Huma jsejħu u jawtorizzaw oħrajn biex jassistu fix-xogħol ta’ Alla (ara Duttrina u Patti 107:8, 65-67).
1.3.2
Patti u Ordinanzi
Fil-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet, aħna nagħmlu patti hekk kif nirċievu l-ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni, bħal magħmudija (ara Ġwanni; ara wkoll kapitlu 18 f’dan il-manwal). Dawn il-patti u l-ordinanzi huma essenzjali għalina biex insiru aktar bħal Alla u nirritornaw biex ngħammru fil-preżenza tiegħu (ara Duttrina u Patti 84:19-20).
1.3.3
Direzzjoni Profetika
Permezz tal-profeti magħżula tiegħu, Alla jikxef il-verità u jipprovdi gwida ispirata u twissijiet (ara Amos 3:7; Duttrina u Patti 1:4). Din il-gwida tgħinna nidħlu u nibqgħu fil-patt li jwassalna sal-ħajja eterna.
1.3.4
Skrittura
Taħt id-direzzjoni tal-profeti u l-appostli tal-Mulej, il-Knisja tipprovdi u tippriserva l-kelma ta’ Alla hekk kif insibuha fl-iskrittura mqaddsa. L-iskrittura tixhed lil Krsitu, tgħallem l-evanġelju tiegħu, u tgħinna neżerċitaw il-fidi tagħna fih (ara Ġakobb 7:10-11; Ħelaman 15:7).
1.3.5
It-Tagħlim tal-Evanġelju u s-Sapport tat-Tagħlim
Il-Knisja tissapportja individwi u familji fir-responsabbiltajiet tagħhom biex jitgħallmu l-veritajiet tal-Evanġelju u jgħallmu dawn il-veritajiet lil membri tal-familja u oħrajn (ara Duttrina u Patti 88:77-78, 118.; ara wkoll 2.2.3 f’dan il-manwal).
1.3.6
Opportunitajiet ta’ Servizz u Tmexxija
Permezz tas-sejħiet u l-essajments fil-Knisja, Alla jagħti lil membri opportunitajiet li jservu u li jmexxu. Il-Knisja tipprovdi struttura biex tgħin tieħu ħsieb lil membri fil-bżonn u biex tagħti serħan umanitarju lil oħrajn (Mosija 18:27-29).
1.3.7
Komunità ta’ Qaddisin
Bħala komunità ta’ Qaddisin, il-membri tal-Knisja jinġabru regolarment biex iqimu lil Alla u biex jiftakru fis-Salvatur billi jieħdu sehem fis-sagrament (ara Moroni 6:4-6; Duttrina u Patti 20:77). Il-membri jieħdu ħsieb ukoll (ara Efesin 2:19).
1.4
L-irwol Tiegħek fil-Ħidma ta’ Alla
Bħala mexxej tal-Knisja, int imsejjaħ li tgħallem u tissapportja lil dawk li sservi hekk kif huma jinvolvu ruħhom fix-xogħol tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara 1.2). Int responsabbli biex twettaq is-sejħa tiegħek u “tgħallem … Il-kelma ta’ Alla bid-diliġenza” (Ġakobb 1:19). Il-ħidma tagħkom fid-dielja tal-Mulej iġġibilkom hena kbira (ara Ġakobb 5:70-72).
Li jkollok fehma ċara tal-ħidma ta’ Alla, ta’ dak li jistiednek tagħmel, u tal-għan tal-Knisja tiegħu se jgħinek tiffoka fuq l-isforzi biex tressaq l-erwieħ lejn Kristu.
Irreferi ta’ spiss għall-prinċipji f’dan il-kapitlu. Bl-għajnuna tat-talb fittex biex tkun taf kif tista’ tgħin biex twassal l-għan ta’ Alla fil-ħajja ta’ dawk li jservu. Alla se jidderiġik permezz tas-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu.