Manwali u Sejħiet
3. Prinċipji tas-Saċerdozju


“3. Prinċipji tas-Saċerdozju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“3. Prinċipji tas-Saċerodzju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

familja miexja qrib tempju

3.

Prinċipji tas-Saċerdozju

3.0

Introduzzjoni

Is-saċerdozju huwa l-awtorità u qawwa ta’ Alla. Permezz tas-saċerdozju, il-Missier fis-Smewwiet iwettaq il-ħidma tiegħu “biex iġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Mosè 1:39). Alla jagħti awtorità u qawwa lill-uliedu fid-dinja biex jgħinu fil-ħidma tiegħu (ara kapitlu 1).

3.2

Barkiet tas-Saċerdozju

Permezz tal-patti u ordinanzi tas-saċerdozju, Alla jagħmel barkiet kbar disponibbli għal uliedu kollha. Dawn il-barkiet jinkludu:

  • Magħmudija u sħubija fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

  • Id-don tal-Ispirtu s-Santu.

  • Nieħdu sehem fis-sagrament.

  • Awtorità u qawwa biex inservu fis-sejħiet u l-essajments tal-Knisja.

  • Nirċievu barkiet patrijarkali u barkiet saċerdotali oħrajn ta’ fejqan, faraġ, u ta’ gwida.

  • Inkunu dotati bil-qawwa ta’ Alla fit-tempju.

  • Inkunu ssiġillati mal-membri tal-familja għall-eternità.

  • Il-wegħda tal-ħajja eterna.

3.3

Saċerdozju ta’ Melkisedek u Saċerdozju ta’ Aron

Fil-Knisja, is-saċerdozju hu maqsum f’żewġ partijiet: is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u s-Saċerdozju ta’ Aron (ara Duttrina u Patti 107:1).

3.3.1

Saċerdozju ta’ Melkisedek

Is- Saċerdozju ta’ Melkisedek huwa “s-Saċerdozju Mqaddes, wara l-Ordni tal-Iben ta’ Alla” (Duttrina u Patti 107:3). Huwa permezz tal-qawwa li l-ulied ta’ Alla jistgħu jsiru bħalu (ara Duttrina u Patti 84:19–21; 132:19–20).

Permezz ta’ din l-awtorità, il-Mexxejja tal-Knisja jidderieġu u jamministraw ix-xogħol spiritwali kollu tal-Knisja (ara Duttrina u Patti 107:18).

Il-President tal-wited huwa l-qassis il-kbir li jippresedi fil-wited (ara Duttrina u Patti 107:8, 10; ara wkoll kapitlu 6 f’dan il-manwal). L-isqof huwa l-qassis il-kbir li jippresedi fil-qasam (ara Duttrina u Patti 107:17; ara wkoll kapitlu 7 f’dan il-manwal).

Għal informazzjoni dwar l-uffiċċji u r-responsabbiltajiet tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek, ara 8.1.

3.3.2

Saċerdozju ta’ Aron

Is-Saċerdozju ta’ Aron huwa “appendiċi għal … is-Saċerdozju ta’ Melkisedek” (Duttrina u Patti 107:14). Huwa jinkludi l-imfietaħ ta’:

  • L-amministrazzjoni tal-anġli.

  • L-evanġelju tal-indiema.

  • Namministraw f’ordinanzi għal barra, inkluż magħmudija għall-maħfra ta’ dnubiet.

(Ara Duttrina u Patti 13: 1 ; 84:26–27; 107:20.)

L-isqof huwa l-president tas-Saċerdozju ta’ Aron fil-qasam (ara Duttrina u Patti 107:15).

Għal informazzjoni dwar l-uffiċċji u responsabbiltajiet tas-Saċerdozju ta’ Aron, ara 10.1.3.

3.4

Awtorità tas-Saċerdozju

Awtorità tas-saċerdozju hija l-awtorizzazzjoni biex tirrappreżenta lil Alla u taġixxi f’ismu. Fil-Knisja, l-awtorità tas-saċerdozju tiġi eżerċitata taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju.

3.4.1

Imfietaħ tas-Saċerdozju

L-imfietaħ tas-saċerdozju huma l-awtorità li wieħed imexxi l-użu tas-saċerdozju, bħal li jagħti permess biex jitwettqu l-ordinanzi.

3.4.1.1

Dawk Li Jħaddnu l-Imfietaħ tas-Saċerdozju

Il-Mulej jgħaddi lil kull wieħed mill-Appostli tiegħu l-imfietaħ kollha li jippartjenu għas-saltna ta’ Alla fid-dinja. L-Appostlu anzjan ħaj, il-President tal-Knisja, huwa l-uniku persuna fid-dinja awtorizzata li teżerċita dawn l-imfietaħ kollha tas-saċerdozju (ara Duttrina u Patti 81:1–2; 107:64–67, 91–92; 132:7).

Taħt id-direzzjoni tal-President tal-Knisja, mexxejja tas-saċerdozju jingħataw imfietaħ biex ikunu jistgħu jippresedu fl-oqsma tar-responsabbiltajiet tagħhom. Dawn il-mexxejja jinkludu:

  • Presidenti tal-wited u d-distrett.

  • Isqfijiet u presidenti tal-fergħa.

  • Presidenti tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek u Aron.

  • Presidenti tat-tempju.

  • Presidenti tal-missjoni u presidenza taċ-ċentru għat-taħriġ għall-missjunarji.

Dawn il-mexxejja jirċievu mfietaħ tas-saċerdozju meta dawn jiġu distinti għas-sejħiet tagħhom.

L-imfietaħ tas-saċerdozju mhumiex mogħtija lil oħrajn, inkluż kunsilliera ta’ mexxejja tas-saċerdozju lokali jew presidenti tal-organizzazzjonijiet tal-Knisja. Presidenti tal-organizzazzjonijiet tal-Knisja jippresedu taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu mfietaħ tas-saċerdozju (ara 4.2.4).

3.4.1.2

Ordni għall-Ħidma tal-Mulej

L-imfietaħ tas-saċerdozju jiżguraw li l-ħidma ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni tkun imwettqa b’mod ordnat (ara Duttrina u Patti 42:11; 132:8). Dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju jidderieġu l-ħidmal tal-Mulej fi ħdan l-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom. Din l-awtorità li tippresedi hija valida biss għar-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sejħa tal-mexxej. Meta mexxejja tas-saċerdozju jiġu eżonerati mis-sejħiet tagħhom, ma jibqgħux iħaddnu dawn l-imfietaħ.

3.4.2

Għoti u Ordinazzjoni tas-Saċerdozju

Taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, is-Saċerdozju Aaroniku u s-Saċerdozju Melkisedeku huma mogħtija lil membri tal-Knisja rġiel (ara Duttrina u Patti 84:14-17). Wara li s-saċerdozju xieraq jingħata, il-persuna tiġi ordnata għal uffiċċju f’dak is-saċerdozju, bħal djaknu jew presbiteru. Dak li jħaddan is-saċerdozju jeżerċita s-saċerdozju skont id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ dak l-uffiċċju (ara Duttrina u Patti 107:99).

Għal aktar informazzjoni dwar għoti u ordinazzjoni tas-saċerdozju, ara 8.1.1 u 18.10.

3.4.3

Niddelegaw l-Awtorità tas-Saċerdozju biex Iservi fil-Knisja

3.4.3.1

Niddistingwu

Meta rġiel u nisa jiġu distinti taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju, huma jingħataw awtorità minn Alla biex jaġixxu f’dik is-sejħa. Meta jiġu eżonerati minn xi sejħa, ma jkollhomx aktar l-awtorità assoċjata magħha.

Il-membri kollha tal-Knsija li huma distinti biex iservu jingħataw awtorità divina u responsabbiltà biex jaġixxu fis-sejħiet tagħhom. Per eżempju:

  • Mara li tiġi msejħa u distinta mill-isqof bħala president tas-Soċjetà tas-Solliev tal-qasam tingħata awtorità biex tidderiġi x-xogħol tas-Soċjetà tas-Solliev fil-qasam.

Dawk kollha li jiġu msejħa u huma distinti jservu taħt id-direzzjoni ta’ dawk li jippresedu fuqhom (ara 3.4.1.2).

3.4.3.2

Essajnment

Mexxejja tal-Knisja li jippresedu jistgħu jiddelegaw l-awtorità permezz ta’ essajnment. Meta rġiel u nisa jirċievu dawn l-essajnments, jinagħtaw l-awtorità minn Alla biex jieħdu azzjoni. Per eżempju:

  • L-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu jiddelegaw l-awtorità lis-Sebgħinijiet li jkunu assenjati biex jamministraw żoni u biex jippresedu konferenzi tal-wited.

  • L-awtorità hija delegata lill-membri tal-Knisja biex iservu bħala aħwa li jimministraw.

L-awtorità li hija delegata permezz ta’ essajnment hija limitata għar-responsabbiltajiet speċifiċi u d-durazzjoni tal-essajnment.

3.4.4

Neżerċitaw l-Awtorità tas-Saċerdozju bis-Sewwa

Din l-awtorità tista’ tiġi użata bis-sewwa biss (ara Duttrina u Patti 121:36). Hija eżerċitata b’persważjoni, sabar fit-tul, ġentilezza, umiltà, imħabba, u qalb tajba (ara Duttrina u Patti 121:41-42).

Dawk li jeżerċitaw awtorità tas-saċerdozju ma jisfurzawx ir-rieda tagħhom fuq oħrajn. Ma jużawhiex għall-egoiżmu.

3.5

Qawwa tas-Saċerdozju

Il-qawwa tas-saċerdozju hija l-qawwa li biha Alla jbierek lil uliedu. Il-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla tgħaddi għal membri kollha tal-Knisja—nisa u rġiel—hekk kif iżommu l-patti li għamlu miegħu. Il-membri jagħmlu dawn il-patti hekk kif jirċievu ordinanzi tas-saċerdozju. (Ara Duttrina u Patti 84:19-20.)

Il-barkiet tal-qawwa tas-saċerdozju li l-membri jistgħu jirċievu jinkludu:

  • Gwida għall-ħajjithom.

  • Ispirazzjoni biex ikunu jafu kif iservu lil membri tal-familja u oħrajn.

  • Qawwa biex jissaportu u jegħlbu l-isfidi.

  • Doni tal-Ispirtu biex ikabbru l-abbiltajiet tagħhom.

  • Rivelazzjoni biex ikunu jafu kif jissodisfaw il-ħidma li huma ordanti, distinti għalija, jew imqabbda jagħmlu.

  • Għajnuna u qawwa biex isiru aktar bħal Ġesù Kristu u l-Missier fis-Smewwiet.

3.5.1

Patti

Patt huwa wegħda sagra bejn Alla u uliedu. Alla jagħti l-kundizzjonijiet għall-patt, u uliedu jaqblu li jobdu dawk il-kundizzjonijiet. Alla jwiegħed li jbierek lil uliedu hekk kif huma jissodisfaw il-patti.

Dawk kollha li jissaportu sal-aħħar billi jżommu l-patti tagħhom jirċievu ħajja eterna (ara 2 Nefi 31:17-20; Duttrina u Patti 14:7).

Ġenituri, mexxejja tal-Knisja, u oħrajn jgħinu lill-individwi jippreparaw biex jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanzi tal-evanġelju. Huma jassiguraw li l-persuna tifhem il-patti li hi tagħmel. Wara li persuna tagħmel patt, jgħinuha iżżommu. (Ara Mosija 18:8–11, 23–26.)

3.5.2

Ordinanzi

Ordinanza hija att sagru mwettaq mill-awtorità tas-saċerdozju.

F’ħafna ordinanzi, individwi jagħmlu l-ordinanzi ma’ Alla. Eżempji jafu jinkludu magħmudija, is-sagrament, id-dotazzjoni, u l-ordinanza tal-issiġillar taż-żwieġ.

Ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni huma essenzjali għal ħajja eterna. Għal aktar informazzjoni, ara 18.1.

3.6

Is-Saċerdozju u d-Dar

Membri kollha tal-Knisja li jżommu l-patti tagħhom—nisa, irġiel, u tfal—huma mberkin bil-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla fid-djar tagħhom biex isaħħu lilhom infushom u lill-familji tagħhom (ara 3.5). Il-qawwa tagħhom tassisti membri biex jagħmlu xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni ta’ Alla fil-ħajja personali u fil-familji (ara 2.2).

Irġiel li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jagħtu barkiet tas-saċerdozju lil membri tal-familja biex jipprovdu direzzjoni, fejqan, u kumdità. Meta jkun hemm bżonn, membri tal-Knisja jistgħu wkoll ifittxu dawn il-barkiet minn membri tal-familja estiża, aħwa li jimministraw, jew mexxejja tal-Knisja lokali.