“10. Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“10. Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
10.
Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron
10.1
Għan u Organizzazzjoni
10.1.1
Għan
L-għan ta’ kworum huwa li jgħin lil dawk li jħaddnu s-saċerdozju jaħdmu flimkien biex iwettqu l-ħidma tas-salvazzjoni u eżaltazzjoni.
10.1.2
Tema tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron
“Jien iben għażiż ta’ Alla, u Hu għandu għalija ħidma x’nagħmel.
“B’qalbi, ħilti, moħħi, u saħħti kollha, jien se nħobb lil Alla, inħares il-patti tiegħi, u nuża s-saċerdozju Tiegħu biex inservu oħrajn, billi nibdew f’darna stess.
“Hekk kif infittex biex inservi, neżerċizza il-fidi, u nitjieb kull jum, jien se nikkwalifika biex nirċievi l-barkiet tat-tempju u l-hena dejjiema tal-evanġelju.
“Jien se nitħejja biex insir missjunarju diliġenti, raġel miżżewweġ leali, missier li jħobb billi nkun dixxiplu veru ta’ Ġesù Kristu.
“Jien se ngħin biex id-dinja titħejja għar-ritorn tas-Salvatur billi nistieden lil kulħadd jiġi għand Kristu u jirċievi l-barkiet tal-Espjazzjoni Tiegħu.
10.1.3
Kwora
10.1.3.1
Kworum tad-Djakni
Il-ġuvintur jingħaqdu mal-kworum tad-djakni minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu rdnati djakni jekk huma mħejjijin u denji.
Id-dmirijiet tad-djakni huma deskritti f’ Duttrina u Patti 20:57-59; 84:111. Dmirijiet oħra jinkludu li jgħaddu s-sagrament u li jassistu lill-isqof “jamministra l-affarjiet temporali kollha” (Duttrina u Patti 107:68).
10.1.3.2
Kworum tal-Għalliema
Il-ġuvintur jingħaqdu l-kworum tal-għalliema minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 14-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu ordnati għalliema jekk huma mħejjijin u denji.
L-għalliema għandhom l-istess dmirijet bħad-djakni. Huma jħejju wkoll is-sagrament u jservu bħala aħwa rġiel tal-ministeru. Dmirijiet addizzjonali huma deskritti f’Duttrina u Patti 20:53–59; 84:111.
10.1.3.3
Kworum tal-Qassisin
Il-ġuvintur jingħaqdu fil-kworum tal-qassisin minn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 16-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu ordnati qassisin jekk huma mħejjijin u denji.
Il-qassisin għandhom l-istess dmirijiet bħad-djakni u l-għalliema. Dmirijiet addizzjonali huma deskritti fi Duttrina u Patti 20:46–52, 73–79.
10.1.4
Mfietaħ tas-Saċerdozju
Għal iktar informazzjoni dwar dawn l-imfietaħ, ara 3.4.1.
10.1.5
Naddattaw il-Qwora għal Ħtiġijiet Lokali
F’qasam jew fergħa bi ftit ġuvintur, il-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jiltaqgħu flimkien għal struzzjoni u attivitajiet.
10.2
Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
10.2.1
Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
10.2.1.2
Tagħlim tal-Evanġelju
Il-laqgħat tal-kworum isiru fit-tieni u r-raba’ Ħadd tax-xahar. Idumu 50 minuta. Immexxi membru tal-presidenza tal-kworum (jew wieħed mill-assistenti tal-isqof fil-kworum tal-qassisin). Huwa jmexxi l-kworum billi jaqra t-tema u jagħtu pariri lil xulxin dwar assenjazzjonijiet, dmirijiet, u suġġetti oħrajn.
Membru tal-kworum jew mexxej adult imbagħad imexxi l-istruzzjoni tal-evanġelju.
10.2.1.3
Servizz u attivitajiet
Is-servizzi u l-attivitajiet għandhom jibnu testimonjanzi, isaħħu lill-familji, irawmu l-unità fil-kworum, u jipprovdu opportunitajiet biex jitbierku oħrajn.
Xi servizz u attivitajiet għandhom jinkludu kemm ġuvintur u anki tfajliet, speċjalment għal żgħażagħ akbar.
Attivitajiet Annwali Barra mill-attivitajiet regolari taż-żgħażagħ, kull sena l-ġuvintur jistgħu wkoll jipparteċiipaw f’dawn li ġejjin:
-
Kamp tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron (ara Kamp tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron).
-
Konferenza taż-żgħażagħ tal-qasam jew il-wited jew konferenza Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ (GħSŻ).
10.2.1.4
Żvilupp Personali
Fl-isforzi tagħhom biex isiru iktar bħas-Salvatur, iż-żgħażagħ huma mistednin ifasslu objettivi biex jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment (ara Luqa 2:52).
Għal aktar informazzjoni, ara ChildrenandYouth.ChurchofJesusChrist.org.
10.2.2
Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jassistu lill-isqof biex “jamministra l-ħwejjeġ kollha temporali” (Duttrina u Patti 107:68). Huma għandhom ikollhom opportunitajiet regolari biex iservu lill-oħrajn fil-familja u mal-familja, matul attivitajiet taż-żgħażagħ, u meta jkunu waħedhom.
10.2.2.1
Nimministraw
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jirċievu assenjazzjonijiet minn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 14-il sena. Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 21.
10.2.3
Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron għandhom id-dmir li “jistiednu lil kulħadd biex jersqu lejn Kristu” (Duttrina u Patti 20:59).
Il-ġenituri u l-mexxejja jinkuraġġixxu lill-ġuvintur biex jiħejjew ħalli jservu missjonijiet full-time u biex ixxerrdu l-evanġelju matul ħajjithom.
10.2.4
Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jgħinu b’diversi modi biex il-familji jingħaqdu għall-eternità.
-
Jonoraw lill-ġenituri tagħhom u jkunu ta’ eżempju ta’ għixien Kristjan fid-dar tagħhom.
-
Iħejju lilhom infushom biex jirċievu l-ordinazi tat-tempju, inkluż żwieġ etern.
-
Jidentifikaw dawk l-antenati li jeħtieġu l-ordinanzi tat-tempju (ara FamilySearch.org).
-
Jipparteċipaw f’magħmudijiet u konfermi għall-mejtin għal kemm-il darba jippremettu ċ-ċirkustanzi.
10.3
Veskovat
Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija li jieħu ħsieb lill-ġuvintur u lit-tfajliet fil-qasam tiegħu. Huwa jitgħallem isimhom u jifhem iċ-ċirkustanzi tad-dar tagħhom. Huwa jattendi l-attivitajiet tagħhom u l-laqgħat tal-Ħadd regolarment,
L-isqof ghuwa l-president tal-kworum tal-qassisin.
L-ewwel kunsillier fil-veskovat għandu r-responsabbiltà tal-kworum tal-għalliema. It-tieni kunsillier għandu r-responsabbiltà tal-kworum tad-djakni.
Il-veskovat għandu dawn ir-responsabbiltajiet addizzjonali tal-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron:
-
Jiltaqa’ ma’ kull ġuvni mill-inqas darbtejn fis-sena (ara 31.3.1).
-
Ngħinu Ġuvintur biex Jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek
-
Jissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron.
Il-konsulenti u l-ispeċjalisti tal-kworum jgħinu f’dawn ir-responsabbiltajiet skont kif ikunu mitlubin.
10.4
Mexxejja tal-Kworum taż-Żgħażagħ
10.4.1
Insejħu, Insostnu, u Niddistingwu
L-isqof isejjaħ qassis jew tnejn biex ikunu l-assistenti tiegħu fit-tmexxija tal-kworum tal-qassisin.
Membru tal-veskovat isejjaħ id-djakni u l-għalliema presidenti tal-kworum. Meta jkun hemm biżżejjed irġiel li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron sabiex iservu, dawn il-ġuvintur bl-għajnuna tat-talb jikkonsidraw membri tal-kworum biex jirrakkomandawhom bħala kunsilliera u segretarju.
Wara li jsiru dawn is-sejħiet, membru mill-veskovat jippreżenta l-mexxejja tal-kworum taż-żgħażagħ għas-sosteniment tal-laqgħa tal-kowrum tagħhom. L-isqof jiddistingwi l-assistenti tiegħu u d-djakni u l-għalliema presidenti tal-kworum. Huwa jikkonferixxi l-mfietaħ tas-saċerdozju fuq il-presidenti tal-kworum. Huwa jista’ jassenja lill-kunsillieri tiegħu biex jiddistingwu membri tal-presidenza u segretarji oħrajn.
10.4.2
Responsabbiltajiet
-
Imexxi l-isforzi tal-kworum biex jipparteċipa fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara chapter 1).
-
Isir jaf u jservi lil kull membru tal-kworum, inkluż dawk li ma jattendux l-laqgħat tal-kworum.
-
Iservi fuq il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam (ara 10.4.4).
-
Jgħallem lill-membri tal-kworum d-dmirijiet saċerdotali tagħhom (ara Duttrina u Patti 107:85–88).
-
Jippjana u jmexxi l-laqgħat tal-kworum (ara 10.2.1.2).
-
Jippjana u jwettaq is-servizz u l-attivitajiet tal-kworum (ara 10.2.1.3).
10.4.3
Laqgħa tal-Presidenza tal-Kworum
Il-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron jiltaqa’ regolarment. Il-president tal-kworum imexxi dawn il-laqgħat. Jattendi mill-inqas żewġ adulti—membru tal-veskovat, konsulent, jew speċjalista.
10.4.4
Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam
Ara 29.2.6 għal iktar informazzjoni dwar il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.
10.8
Linjigwida u Polisis Addizzjonali
10.8.1
Nissalvagwardjaw liż-Żgħażagħ
Meta l-adulti jkunu qed jinteraġixxu maż-żgħażagħ f’ambjenti tal-Knisja, mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti.
L-adulti kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti (ProtectingChildren.ChurchofJesusChrist.org).