Manwali u Sejħiet
10. Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron


“10. Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“10. Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

ġuvintur fi Knisja

10.

Kwora tas-Saċerdozju ta’ Aaron

10.1

Għan u Organizzazzjoni

10.1.1

Għan

L-għan ta’ kworum huwa li jgħin lil dawk li jħaddnu s-saċerdozju jaħdmu flimkien biex iwettqu l-ħidma tas-salvazzjoni u eżaltazzjoni.

10.1.2

Tema tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron

“Jien iben għażiż ta’ Alla, u Hu għandu għalija ħidma x’nagħmel.

“B’qalbi, ħilti, moħħi, u saħħti kollha, jien se nħobb lil Alla, inħares il-patti tiegħi, u nuża s-saċerdozju Tiegħu biex inservu oħrajn, billi nibdew f’darna stess.

“Hekk kif infittex biex inservi, neżerċizza il-fidi, u nitjieb kull jum, jien se nikkwalifika biex nirċievi l-barkiet tat-tempju u l-hena dejjiema tal-evanġelju.

“Jien se nitħejja biex insir missjunarju diliġenti, raġel miżżewweġ leali, missier li jħobb billi nkun dixxiplu veru ta’ Ġesù Kristu.

“Jien se ngħin biex id-dinja titħejja għar-ritorn tas-Salvatur billi nistieden lil kulħadd jiġi għand Kristu u jirċievi l-barkiet tal-Espjazzjoni Tiegħu.

10.1.3

Kwora

10.1.3.1

Kworum tad-Djakni

Il-ġuvintur jingħaqdu mal-kworum tad-djakni minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu rdnati djakni jekk huma mħejjijin u denji.

Id-dmirijiet tad-djakni huma deskritti f’ Duttrina u Patti 20:57-59; 84:111. Dmirijiet oħra jinkludu li jgħaddu s-sagrament u li jassistu lill-isqof “jamministra l-affarjiet temporali kollha” (Duttrina u Patti 107:68).

10.1.3.2

Kworum tal-Għalliema

Il-ġuvintur jingħaqdu l-kworum tal-għalliema minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 14-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu ordnati għalliema jekk huma mħejjijin u denji.

L-għalliema għandhom l-istess dmirijet bħad-djakni. Huma jħejju wkoll is-sagrament u jservu bħala aħwa rġiel tal-ministeru. Dmirijiet addizzjonali huma deskritti f’Duttrina u Patti 20:53–59; 84:111.

10.1.3.3

Kworum tal-Qassisin

Il-ġuvintur jingħaqdu fil-kworum tal-qassisin minn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 16-il sena. F’dan iż-żmien huma jsiru wkoll eleġibbli biex jiġu ordnati qassisin jekk huma mħejjijin u denji.

Il-qassisin għandhom l-istess dmirijiet bħad-djakni u l-għalliema. Dmirijiet addizzjonali huma deskritti fi Duttrina u Patti 20:46–52, 73–79.

10.1.4

Mfietaħ tas-Saċerdozju

Għal iktar informazzjoni dwar dawn l-imfietaħ, ara 3.4.1.

10.1.5

Naddattaw il-Qwora għal Ħtiġijiet Lokali

F’qasam jew fergħa bi ftit ġuvintur, il-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jiltaqgħu flimkien għal struzzjoni u attivitajiet.

10.2

Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

10.2.1

Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

10.2.1.2

Tagħlim tal-Evanġelju

Il-laqgħat tal-kworum isiru fit-tieni u r-raba’ Ħadd tax-xahar. Idumu 50 minuta. Immexxi membru tal-presidenza tal-kworum (jew wieħed mill-assistenti tal-isqof fil-kworum tal-qassisin). Huwa jmexxi l-kworum billi jaqra t-tema u jagħtu pariri lil xulxin dwar assenjazzjonijiet, dmirijiet, u suġġetti oħrajn.

Membru tal-kworum jew mexxej adult imbagħad imexxi l-istruzzjoni tal-evanġelju.

10.2.1.3

Servizz u attivitajiet

Is-servizzi u l-attivitajiet għandhom jibnu testimonjanzi, isaħħu lill-familji, irawmu l-unità fil-kworum, u jipprovdu opportunitajiet biex jitbierku oħrajn.

Xi servizz u attivitajiet għandhom jinkludu kemm ġuvintur u anki tfajliet, speċjalment għal żgħażagħ akbar.

Attivitajiet Annwali Barra mill-attivitajiet regolari taż-żgħażagħ, kull sena l-ġuvintur jistgħu wkoll jipparteċiipaw f’dawn li ġejjin:

  • Kamp tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron (ara Kamp tal-Kworum tas-Saċerdozju ta’ Aaron).

  • Konferenza taż-żgħażagħ tal-qasam jew il-wited jew konferenza Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ (GħSŻ).

10.2.1.4

Żvilupp Personali

Fl-isforzi tagħhom biex isiru iktar bħas-Salvatur, iż-żgħażagħ huma mistednin ifasslu objettivi biex jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment (ara Luqa 2:52).

Għal aktar informazzjoni, ara ChildrenandYouth.ChurchofJesusChrist.org.

10.2.2

Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jassistu lill-isqof biex “jamministra l-ħwejjeġ kollha temporali” (Duttrina u Patti 107:68). Huma għandhom ikollhom opportunitajiet regolari biex iservu lill-oħrajn fil-familja u mal-familja, matul attivitajiet taż-żgħażagħ, u meta jkunu waħedhom.

10.2.2.1

Nimministraw

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jirċievu assenjazzjonijiet minn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 14-il sena. Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 21.

10.2.3

Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron għandhom id-dmir li “jistiednu lil kulħadd biex jersqu lejn Kristu” (Duttrina u Patti 20:59).

Il-ġenituri u l-mexxejja jinkuraġġixxu lill-ġuvintur biex jiħejjew ħalli jservu missjonijiet full-time u biex ixxerrdu l-evanġelju matul ħajjithom.

10.2.4

Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jgħinu b’diversi modi biex il-familji jingħaqdu għall-eternità.

  • Jonoraw lill-ġenituri tagħhom u jkunu ta’ eżempju ta’ għixien Kristjan fid-dar tagħhom.

  • Iħejju lilhom infushom biex jirċievu l-ordinazi tat-tempju, inkluż żwieġ etern.

  • Jidentifikaw dawk l-antenati li jeħtieġu l-ordinanzi tat-tempju (ara FamilySearch.org).

  • Jipparteċipaw f’magħmudijiet u konfermi għall-mejtin għal kemm-il darba jippremettu ċ-ċirkustanzi.

10.3

Veskovat

Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija li jieħu ħsieb lill-ġuvintur u lit-tfajliet fil-qasam tiegħu. Huwa jitgħallem isimhom u jifhem iċ-ċirkustanzi tad-dar tagħhom. Huwa jattendi l-attivitajiet tagħhom u l-laqgħat tal-Ħadd regolarment,

L-isqof ghuwa l-president tal-kworum tal-qassisin.

L-ewwel kunsillier fil-veskovat għandu r-responsabbiltà tal-kworum tal-għalliema. It-tieni kunsillier għandu r-responsabbiltà tal-kworum tad-djakni.

Il-veskovat għandu dawn ir-responsabbiltajiet addizzjonali tal-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron:

  • Jiltaqa’ ma’ kull ġuvni mill-inqas darbtejn fis-sena (ara 31.3.1).

  • Ngħinu Ġuvintur biex Jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek

  • Jissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-kwora tas-Saċerdozju ta’ Aron.

Il-konsulenti u l-ispeċjalisti tal-kworum jgħinu f’dawn ir-responsabbiltajiet skont kif ikunu mitlubin.

10.4

Mexxejja tal-Kworum taż-Żgħażagħ

10.4.1

Insejħu, Insostnu, u Niddistingwu

L-isqof isejjaħ qassis jew tnejn biex ikunu l-assistenti tiegħu fit-tmexxija tal-kworum tal-qassisin.

Membru tal-veskovat isejjaħ id-djakni u l-għalliema presidenti tal-kworum. Meta jkun hemm biżżejjed irġiel li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Aron sabiex iservu, dawn il-ġuvintur bl-għajnuna tat-talb jikkonsidraw membri tal-kworum biex jirrakkomandawhom bħala kunsilliera u segretarju.

Wara li jsiru dawn is-sejħiet, membru mill-veskovat jippreżenta l-mexxejja tal-kworum taż-żgħażagħ għas-sosteniment tal-laqgħa tal-kowrum tagħhom. L-isqof jiddistingwi l-assistenti tiegħu u d-djakni u l-għalliema presidenti tal-kworum. Huwa jikkonferixxi l-mfietaħ tas-saċerdozju fuq il-presidenti tal-kworum. Huwa jista’ jassenja lill-kunsillieri tiegħu biex jiddistingwu membri tal-presidenza u segretarji oħrajn.

10.4.2

Responsabbiltajiet

  • Imexxi l-isforzi tal-kworum biex jipparteċipa fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara chapter 1).

  • Isir jaf u jservi lil kull membru tal-kworum, inkluż dawk li ma jattendux l-laqgħat tal-kworum.

  • Iservi fuq il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam (ara 10.4.4).

  • Jgħallem lill-membri tal-kworum d-dmirijiet saċerdotali tagħhom (ara Duttrina u Patti 107:85–88).

  • Jippjana u jmexxi l-laqgħat tal-kworum (ara 10.2.1.2).

  • Jippjana u jwettaq is-servizz u l-attivitajiet tal-kworum (ara 10.2.1.3).

10.4.3

Laqgħa tal-Presidenza tal-Kworum

Il-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron jiltaqa’ regolarment. Il-president tal-kworum imexxi dawn il-laqgħat. Jattendi mill-inqas żewġ adulti—membru tal-veskovat, konsulent, jew speċjalista.

10.4.4

Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam

Ara 29.2.6 għal iktar informazzjoni dwar il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.

10.8

Linjigwida u Polisis Addizzjonali

10.8.1

Nissalvagwardjaw liż-Żgħażagħ

Meta l-adulti jkunu qed jinteraġixxu maż-żgħażagħ f’ambjenti tal-Knisja, mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti.

L-adulti kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti (ProtectingChildren.ChurchofJesusChrist.org).