“11. Tfajliet,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“11. Tfajliet,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
11.
Tfajliet
11.1
Għan u Organizzazzjoni
11.1.1
Għan
L-organizzazzjoni tat-Tfajliet tgħin lit-tfajliet biex jagħmlu u jżommu l-patti sagri u japprofondixxu l-konverżjoni tagħhom għal Ġesù Kristu u l-evanġelju Tiegħu.
11.1.2
Tema tat-Tfajliet
“Jiena bint għażiża ta’ ġenituri tas-smewwiet, b’natura divina u destin etern.
“Bħala dixxiplu ta’ Ġesù Kristu, nagħmel l-almu tiegħi biex insir nixbhu. Jiena nfittex u naġixxi skont ir-rivelazzjoni personali u nimministra lill-oħrajn fl-isem imqaddes Tiegħu.
“Jiena se nieqaf bħala xhud ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u kullimkien.
“Hekk kif nagħmel l-almu tiegħi biex nikkwalifika għall-eżaltazzjoni, jiena ngħożż id-don tal-indiema u nfittex li nitjieb kuljum. B’fidi, jiena nsaħħaħ id-dar u l-familja tiegħi, nagħmel u nżomm patti sagri, u nirċievi l-ordinanzi u l-barkiet tat-tempju mqaddes.”
11.1.3
Lezzjonijiet
It-tfajliet isiru membri tal-klassi tat-Tfajliet minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena.
Il-veskovati u l-mexxejja adulti tat-Tfajliet jiddeċiedu bl-għajnuna tat-talb kif jorganizzaw il-klassijiet skont l-età tagħhom. Kull klassi, irrispettivament tad-daqs, għandu jkollha president u, fejn hu possibbli, kunsillier jew tnejn u segretarju.
11.2
Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
11.2.1
Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
11.2.1.2
Tagħlim tal-Evanġelju
Il-laqgħat tal-klassi jinżammu fit-tieni u r-raba’ Ħadd tax-xahar. Huma jdumu 50 minuta. Tikkonduċi membru mill-presidenza tal-klassi. Hija tmexxi l-klassi billi fir-reċitazzjoni tat-tema u billi jaghħtu parir lil xuxlin dwar essanjazzjonijiet u suġġetti oħrajn.
Membru tal-klassi jew mexxejja adulta mbagħad imexxi l-istruzzjoni tal-evanġelju.
11.2.1.3
Servizz u Attivitajiet
Is-servizz u l-attivitajiet għandhom jibnu testimonjanzi, iqawwu lill-familji, irawmu l-unità fil-klassi, u jipprovdu opportunitajiet li jitbierku oħrajn.
Xi servizz u attivitajiet għadhom jinjludu kemm ġuvintur u kemm tfajliet, speċjalment għal żgħażagħ ta’ età ikbar.
Attivitajiet Annwali. Minn barra l-attivitajiet regolari, it-tfajliet jistgħu wkoll jipparteċipaw kull sena f’dawn li ġejjin:
-
Kamp tat-Tfajliet (see Gwida għall-Kamp tat-Tfajliet).
-
Konferenza taż-żgħażagħ tal-qasam jew wited jew konferenza Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ (GħSŻ).
11.2.1.4
Konsulenza Personali
Fl-isforzi tagħhom biex isiru iktar bħas-Salvatur, iż-żgħażagħ huma mistednin biex ifasslu miri biex jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment (ara Luqa 2:52).
Għal aktar informazzjoni, ara ChildrenandYouth.ChurchofJesusChrist.org.
11.2.2
Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn
It-tfajliet għandhom ikollhom opportunitajiet regoalri biex iservu lill-oħrajn fil-familja u mal-familja, matul attivitajiet taż-żgħażagħ, u meta jkunu waħedhom.
11.2.2.1
Nimministraw
It-tfajliet jistgħu jirċievu assenjazzjonijiet ta’ ministeru minn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 14-il sena. Għal aktar informazzjoni, ara kapitlu 21.
11.2.3
Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju
It-tfajliet jistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju hekk kif “tieqfu bħala xhieda ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u f’kull post li tafu tkunu fih” (Mosija 18:9).
Il-ġenituri u l-mexxejja jistgħu jgħinu lit-tfajliet biex jiħejjew ħalli jxxerrdu l-evanġelju matul ħajjithom.
11.2.4
Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità
It-tfajliet jistgħu jgħinu b’diversi modi biex il-familji jingħaqdu għall-eternità.
-
Jonoraw lill-ġenituri tagħhom u jkunu ta’ eżempju ta’ għixien Kristjan fid-dar tagħhom.
-
Iħejju lilhom infushom biex jirċievu l-ordinazi tat-tempju, inkluż żwieġ etern.
-
Jidentifikaw dawk l-antenati li jeħtieġu l-ordinanzi tat-tempju (ara FamilySearch.org).
-
Jipparteċipaw f’magħmudijiet u konfermi għall-mejtin għal kemm-il darba jippremettu ċ-ċirkustanzi.
11.3
Tmexxija tat-Tfajliet tal-Qasam
11.3.1
Veskovat
Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija li jieħu ħsieb lit-tfajliet u lill-ġuvintur fil-qasam tiegħu. Huwa u l-kunsilliera tiegħu jitgħallmu isimhom u jifhmu ċ-ċirkustanzi tad-dar tagħhom. Jiltaqa’ ma’ kull tfajla mill-inqas darbtejn fis-sena (ara 31.3.1).
L-isqof għandu r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni tat-Tfajliet tal-qasam. Huwa jiltaqa’ regolarment mal-president tat-Tfajliet.
L-isqof u l-kunsilliera tiegħu regolarment jieħdu sehem fil-laqgħat, fis-servizz, u fl-attivitajiet tat-Tfajliet.
11.3.2
Presidenza tat-Tfajliet Adulti
L-isqof isejjaħ u jiddistingwi mara adulta biex isservi bħala president tat-Tfajliet tal-qasam. Jekk il-unit ikun kbir biżżejjed, hija tirrakkomanda mara adulta jew żewġ nisa adulti biex jissejħu bħala l-kunsillieri tagħha (ara chapter 30).
F’unit żgħir, il-president tat-Tfajliet tista’ tkun l-unika mexxej adult imsejħa fl-organizzazzjoni tat-Tfajliet. F’dan il-każ, hija taħdem mal-ġenituri biex torganizza l-istruzzjoni u attivitajiet għat-tfajliet.
Jekk xi fergħa ma jkollhiex ġresident tat-Tfajliet, il-president tas-Soċjetà tas-Solliev tista’ torganizza l-istruzzjoni għat-tfajliet sakemm president tat-Tfajliet tiġi msejħa.
Il-president tat-Tfajliet għandha r-responsabbiltajiet li ġejjin. Il-kunsillieri tagħha jassistuha.
-
Isservi fuq il-kunsill tal-qasam
-
Isservi bħala membru tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam (ara 29.2.6).
-
Ministeru’ tfajliet
-
Tgħallema mexxejja oħra tat-Tfajliet u presidenzi tal-klassi r-responsabbiltajiet tagħhom.
-
Tieħu parir mingħand it-tfajliet dwar sfidi li ma jeħtiġux l-isqof jew jinvolvu abbuż (ara 32.3, 31.3.1, u 38.6.2).
11.3.4
Presidenza u Isqof tal-Klassi
11.3.4.1
Insejħu, Insostnu, u Niddistingwu
Kull klassi tat-Tfajliet għandu jkollha presidenza tal-klassi.
Membru tal-veskovat isejjaħ tafjla biex isservi bħala president tal-klassi. Meta jkun hemm biżżejjed tfajliet sabiex iservu, hi bl-għajnuna tat-talb tikkonsidra membri tal-klassi biex tirrakkomandahom bħala kunsilliera u segretarju.
Wara li jsiru dawn is-sejħiet, membru mill-veskovat jippreżenta t-tfajliet lill-klassi tagħhom għas-sosteniment. L-isqof jew xi kunsillier assenjat jiddistingwu lit-tfajliet.
11.3.4.2
Responsabbiltajiet
Il-presidenti tal-klassi jservu fuq il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam (ara 11.3.4.4). Il-presidenzi tal-klassi għandhom ukoll dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Imexxu l-isforzi tal-klassi biex jipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (see kapitlu 1).
-
Isiru jafu u jservu lil kull tfajla, inkluż dawk li ma jattendux l-laqgħat tal-klassi.
-
Jippjanaw u jikkonduċu l-laqgħat tal-klassi tal-Ħadd (ara 11.2.1.2).
-
Jippjanaw u jwettqu servizz tal-klassi u attivitajiet (ara 11.2.1.3).
11.3.4.3
Laqgħa tal-Presidenza tal- Lezzjonijiet
Presidenzi tal-klassi tat-Tfajliet jiltaqgħu regolarment. Il-president tal-klassi jmexxi dawn il-laqgħat. Il-mexxejja adulti tat-Tfajliet assenjati biex jissapportjaw il-presidenza tal-klassi jattendu wkoll.
11.3.4.4
Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam
Ara 29.2.6 għal iktar informazzjoni dwar il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.
11.6
Linji gwida u Polisis Addizzjonali
11.6.1
Nissalvagwardjaw liż-Żgħażagħ
Meta l-adulti jkunu qed jinteraġixxu maż-żgħażagħ f’ambjenti tal-Knisja, mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti. Jaf ikun neċessarju li klassijiet jiġu kkombinati biex dan ikun possibbli.
L-adulti kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti ().