Manwali u Sejħiet
12. Primarja


“12. Primarja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“12. Primarja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

familja tħaddan l-iskrittura

12.

Primarja

12.1

Għan u Organizzazzjoni

Primarja hija organizzazzjoni ċċentrata madwar id-dar u ssapportjata mill-Knisja. Hija għal tfal minn 18-il xahar sa 11-il sena.

12.1.1

Għanijiet

Primarja tgħin lit-tfal:

  • Iħossu l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan ta’ ferħ.

  • Jitgħallmu dwar Ġesù Kristu u l-irwol tiegħu fil-pjan tal-Missier fis-Smewwiet.

  • Jitgħallmu u jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

  • Ikunu sensittivi għall-influwenza tal-Ispirtu s-Santu, jirrikonoxxuha, u jaġixxu fuqha.

  • Jitħejjew għal patti sagri, iwettquhom, u jżommuhom.

  • Jipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.

12.1.3

Klassijiet

Meta jkun hemm biżżejjed tfal, dawn ikunu mqassmin fi klassijiet ibbażati fuq l-età tagħhom.

It-tfal ġeneralment javvanzaw mill-Primarja għal Tfajliet jew għall-kworum tad-djakni f’Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena.

12.1.4

Ħin tal-Kant

Il-ħin tal-kant jgħin lit-tfal ikunu sensittivi għall-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan tiegħu tal-ferħ. Meta t-tfal ikantaw dwar il-prinċipji tal-evanġelju, l-Ispirtu s-Santu jixhed dwar il-verità tagħhom.

Il-presidenza tal-Primarja u l-mexxej tal-mużika jagħżlu kanzunetti għal kull xahar sabiex isaħħu l-prinċipji tal-evanġelju li jkunu qed jitgħallmu t-tfal fil-klassijiet u d-dar.

12.1.5

Klassi tat-Tfal Żgħar

Il-klassi tat-tfal żgħar tgħin li-tfal minn 18-il xahar sa 3 snin biex iħossu l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan tiegħu tal-ferħ.

12.2

Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

12.2.1

Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

12.2.1.2

Tagħlim tal-Evanġelju

Laqgħat tal-Primarja tal-Ħadd. Membru tal-presidenza tal-Primarja jmexxi l-ftuħ.

L-iskeda hi kif ġej:

Parti mil-Laqgħa

Tul

Parti mil-Laqgħa

Ftuħ (talba, skrittura jew Artiklu tal-Fidi, u taħdita—kollha mmexxija mit-tfal)

Tul

5 minuti

Parti mil-Laqgħa

Ħin tal-Kant

Tul

20 minuta

Parti mil-Laqgħa

Transizzjoni għal klassijiet

Tul

5 minuti

Parti mil-Laqgħa

Klassijiet u talba tal-għeluq

Tul

20 minuta

Klassi tat-tfal żgħar mill-età ta’ 18-il xahar sa 3 snin iddum 50 minuta. Araw liċ-Ċkejknin Tagħkom tipprovdi skeda suġġeruta.

Preżentazzjoni għal-Laqgħa tas-Sagrament tal-Tfal. Il-preżentazzjoni annwali tal-laqgħa tas-sagrament tat-tfal issir fl-aħħar ftit xhur tas-sena.

Il-presidenza tal-Primarja u l-mexxej tal-mużika jippjanaw il-preżentazzjoni bl-għajnuna tat-talb. Il-veskovat jagħti direzzjoni. It-tfal jistgħu jkantaw, jagħtu diskorsi, u jaqsmu stejjer, skritturi, jew testimonjanzi ma’ oħrajn.

Laqgħat tat-Tħejjija għat-Tempju u għas-Saċerdozju. Il-presidenza tal-Primarja tippjana laqgħa tat-Tħejjija għat-Tempju u għas-Saċerdozju kull sena. Il-veskovat jagħti direzzjoni. Il-laqgħa hija għal tfal ta’ għaxar snin. Il-ġenituri huma mistednin.

12.2.1.3

Servizz u Attivitajiet

It-tfal jistgħu jibdew jattendu l-attivitajiet tal-Primarja f’Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 8 snin.

Attivitajiet tal-Primarja xi drabi jiġu organizzati fi ġranet oħra li mhumiex il-Ħadd jew it-Tnejn filgħaxija.

  • Attivitajiet tal-Primarja jiġu organizzati darbtejn f’xahar meta possibbli.

  • Subien u bniet normalment jiltaqgħu separatament. Madanakollu, jistgħu jiġu kkombinati għal ċerti attivitajiet jew f’postijiet bi ftit tfal.

Il-veskovat jassigura li l-baġit u l-attivitajiet għas-subien u l-bniet fil-Primarja huma suffiċjenti u korretti.

12.2.1.4

Żviulupp Personali

Fl-isforzi tagħhom biex isiru iktar bħas-Salvatur, it-tfal—mis-sena li fiha jagħlqu 8 snin—huma mistednin ifasslu objettivi biex jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment (ara Luqa 2:52).

Hum jistgħu jużaw Żviulupp Personali: Gwida għat-Tfal biex ifasslu u jirrekordjaw l-objettivi.

12.3

Tmexxija tal-Primarja tal-Qasam

12.3.1

Veskovat

Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija li jieħu ħsieb lill-ġuvintur u lit-tfajliet fil-qasam tiegħu. L-isqof jista’ jassenja kunsillier biex jgħinu fir-responsabbiltà tiegħu tal-Primarja. L-isqof jew il-kunsillier assenjat jiltaqgħu regolarment mal-president tal-Primarja,

L-Isqof u l-kunsilliera tiegħu jattendu l-Primarja regolarmment.

12.3.2

Presidenza tal-Primarja

L-isqof isejjaħ u jiddistingwi mara adulta biex isservi bħala l-president tal-Primarja tal-qasam.

F’unit żgħir, il-president tal-Primarja tista’ tkun l-unika mexxejja msejħa fil-Primarja. F’dan il-każ, hija taħdem mal-ġenituri biex torganizza lezzjonijiet, sessjonijiet tal-kant, u attivitajiet. Jekk il-unit huwa kbir biżżejjed, sejħiet addizzjonali jistgħu jimtlew fl-ordni li ġej: mexxej, għalliema u mexxejja tal-klassi tat-tfal iż-żgħar, segretarja, u mexxejja tal-attivitajiet.

Il-presidenza tal-Primarja tgħin lill-ġenituri jħejju lit-tfal biex jibdew it-triq tal-patt u jipprogressaw fiha.

Biex tikseb dan, il-president tal-Primarja tista’ tassenja membru tal-presidenza biex tgħin lill-ġenituri jħejju lil uliedhom ħalli jiġu mgħammdin u kkonfermati. Il-president tal-Primarja tista’ tassenja membru oħra tal-presidenza biex tgħin lill-ġenituri fit-tħejjija għat-tempju u s-saċerdozju għal uliedhom

Il-president tal-Primarja għandha dawn ir-responsabbiltajiet addizzjonali. Il-kunsilliera tagħha jassistuha.

  • Isservi fuq il-kunsill tal-qasam.

  • Regolarment tagħmel laqgħat tal-presidenza tal-Primarja u tiltaqa’ mal-isqof jew l-kunsillier assenjat minnu.

  • Tgħin biex jiġu ppjanati servizzi tal-magħmudija għal tfal tar-reġistru meta mitluba (ara 18.7.2).

  • Tippjana u tikkonduċi l-ftuħ tal-laqgħat tal-Primarja tal-Ħadd.

  • Timministra fuq lilvell individwali lil tfal, għalliema, u mexxejja fil-Primarja.

  • Tgħallem lill-mexxejja u l-għalliema tal-Primarja r-responsabbiltajiet tagħhom u tissapportjahom f’dawk ir-responsabbiltajiet billi torjentahom fis-sejħiet tagħhom (ara Teaching in the Savior’s Way [2016], 38).

  • Tissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-Primarja.

12.3.4

Mexxej Mużikali u Pjanist

Il-mexxej mużikali u l-pjanist jgħallem lit-tfal l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu pernezz tal-mużika matul is-sessjonijiet tal-kant.

Jekk pjanu mhuwiex disponibbli, jew inkella pjanu, il-mexxejja jistgħu jużaw mużika rrekordjata.

12.3.5

Mexxejja tal-Għalliema u tal-Klassi tat-Tfal Żgħar

Il-presidenza tal-Primarja tirrakkomanda lill-veskovat irġiel u nisa biex iservu bħala għalliema tal-Primarja u mexxejja fil-klassi tat-tfal żgħar. Dawn il-membri huma msejħin biex jgħallmu u jimministraw lil tfal ta’ gruppi ta’ età speċifiċi.

L-għalliema tal-Primarja u l-mexxejja tal-klassi tat-tfal żgħar jgħallmu minn Come, Follow Me—For Primary (età 3–11) u Behold Your Little Ones (klassi tat-tfal żgħar).

12.3.6

Mexxejja tal-Attività

Mexxejja tal-attivitajiet tal-Primarja jimministraw lit-tfal hekk kif jippjanaw servizz u attivitajiet li jibdew f’Jannar tas-sena li fiha tfal jagħlqu 8 snin (ara 12.2.1.3). Is-servizz u l-attivitajiet jiffukaw fuq il-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. Huma divertenti u jattiraw involviment.

12.5

Linji gwida u Polisis Addizzjonali

12.5.1

Nissalvagwardjaw lit-Tfal

Meta l-adulti jkunu qed jinteraġixxu mat-tfal f’ambjenti tal-Knisja, mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti.

L-adulti kollha li jaħdmu mat-tfal għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti (ProtectingChildren.ChurchofJesusChrist.org).