“12. Primarja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“12. Primarja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
12.
Primarja
12.1
Għan u Organizzazzjoni
Primarja hija organizzazzjoni ċċentrata madwar id-dar u ssapportjata mill-Knisja. Hija għal tfal minn 18-il xahar sa 11-il sena.
12.1.1
Għanijiet
Primarja tgħin lit-tfal:
-
Iħossu l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan ta’ ferħ.
-
Jitgħallmu dwar Ġesù Kristu u l-irwol tiegħu fil-pjan tal-Missier fis-Smewwiet.
-
Jitgħallmu u jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
-
Ikunu sensittivi għall-influwenza tal-Ispirtu s-Santu, jirrikonoxxuha, u jaġixxu fuqha.
-
Jitħejjew għal patti sagri, iwettquhom, u jżommuhom.
-
Jipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.
12.1.3
Klassijiet
Meta jkun hemm biżżejjed tfal, dawn ikunu mqassmin fi klassijiet ibbażati fuq l-età tagħhom.
It-tfal ġeneralment javvanzaw mill-Primarja għal Tfajliet jew għall-kworum tad-djakni f’Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena.
12.1.4
Ħin tal-Kant
Il-ħin tal-kant jgħin lit-tfal ikunu sensittivi għall-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan tiegħu tal-ferħ. Meta t-tfal ikantaw dwar il-prinċipji tal-evanġelju, l-Ispirtu s-Santu jixhed dwar il-verità tagħhom.
Il-presidenza tal-Primarja u l-mexxej tal-mużika jagħżlu kanzunetti għal kull xahar sabiex isaħħu l-prinċipji tal-evanġelju li jkunu qed jitgħallmu t-tfal fil-klassijiet u d-dar.
12.1.5
Klassi tat-Tfal Żgħar
Il-klassi tat-tfal żgħar tgħin li-tfal minn 18-il xahar sa 3 snin biex iħossu l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet u jitgħallmu dwar il-pjan tiegħu tal-ferħ.
12.2
Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
12.2.1
Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
12.2.1.2
Tagħlim tal-Evanġelju
Laqgħat tal-Primarja tal-Ħadd. Membru tal-presidenza tal-Primarja jmexxi l-ftuħ.
L-iskeda hi kif ġej:
Parti mil-Laqgħa |
Tul |
---|---|
Parti mil-Laqgħa Ftuħ (talba, skrittura jew Artiklu tal-Fidi, u taħdita—kollha mmexxija mit-tfal) | Tul 5 minuti |
Parti mil-Laqgħa Ħin tal-Kant | Tul 20 minuta |
Parti mil-Laqgħa Transizzjoni għal klassijiet | Tul 5 minuti |
Parti mil-Laqgħa Klassijiet u talba tal-għeluq | Tul 20 minuta |
Klassi tat-tfal żgħar mill-età ta’ 18-il xahar sa 3 snin iddum 50 minuta. Araw liċ-Ċkejknin Tagħkom tipprovdi skeda suġġeruta.
Preżentazzjoni għal-Laqgħa tas-Sagrament tal-Tfal. Il-preżentazzjoni annwali tal-laqgħa tas-sagrament tat-tfal issir fl-aħħar ftit xhur tas-sena.
Il-presidenza tal-Primarja u l-mexxej tal-mużika jippjanaw il-preżentazzjoni bl-għajnuna tat-talb. Il-veskovat jagħti direzzjoni. It-tfal jistgħu jkantaw, jagħtu diskorsi, u jaqsmu stejjer, skritturi, jew testimonjanzi ma’ oħrajn.
Laqgħat tat-Tħejjija għat-Tempju u għas-Saċerdozju. Il-presidenza tal-Primarja tippjana laqgħa tat-Tħejjija għat-Tempju u għas-Saċerdozju kull sena. Il-veskovat jagħti direzzjoni. Il-laqgħa hija għal tfal ta’ għaxar snin. Il-ġenituri huma mistednin.
12.2.1.3
Servizz u Attivitajiet
It-tfal jistgħu jibdew jattendu l-attivitajiet tal-Primarja f’Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 8 snin.
Attivitajiet tal-Primarja xi drabi jiġu organizzati fi ġranet oħra li mhumiex il-Ħadd jew it-Tnejn filgħaxija.
-
Attivitajiet tal-Primarja jiġu organizzati darbtejn f’xahar meta possibbli.
-
Subien u bniet normalment jiltaqgħu separatament. Madanakollu, jistgħu jiġu kkombinati għal ċerti attivitajiet jew f’postijiet bi ftit tfal.
Il-veskovat jassigura li l-baġit u l-attivitajiet għas-subien u l-bniet fil-Primarja huma suffiċjenti u korretti.
12.2.1.4
Żviulupp Personali
Fl-isforzi tagħhom biex isiru iktar bħas-Salvatur, it-tfal—mis-sena li fiha jagħlqu 8 snin—huma mistednin ifasslu objettivi biex jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment (ara Luqa 2:52).
Hum jistgħu jużaw Żviulupp Personali: Gwida għat-Tfal biex ifasslu u jirrekordjaw l-objettivi.
12.3
Tmexxija tal-Primarja tal-Qasam
12.3.1
Veskovat
Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija li jieħu ħsieb lill-ġuvintur u lit-tfajliet fil-qasam tiegħu. L-isqof jista’ jassenja kunsillier biex jgħinu fir-responsabbiltà tiegħu tal-Primarja. L-isqof jew il-kunsillier assenjat jiltaqgħu regolarment mal-president tal-Primarja,
L-Isqof u l-kunsilliera tiegħu jattendu l-Primarja regolarmment.
12.3.2
Presidenza tal-Primarja
L-isqof isejjaħ u jiddistingwi mara adulta biex isservi bħala l-president tal-Primarja tal-qasam.
F’unit żgħir, il-president tal-Primarja tista’ tkun l-unika mexxejja msejħa fil-Primarja. F’dan il-każ, hija taħdem mal-ġenituri biex torganizza lezzjonijiet, sessjonijiet tal-kant, u attivitajiet. Jekk il-unit huwa kbir biżżejjed, sejħiet addizzjonali jistgħu jimtlew fl-ordni li ġej: mexxej, għalliema u mexxejja tal-klassi tat-tfal iż-żgħar, segretarja, u mexxejja tal-attivitajiet.
Il-presidenza tal-Primarja tgħin lill-ġenituri jħejju lit-tfal biex jibdew it-triq tal-patt u jipprogressaw fiha.
Biex tikseb dan, il-president tal-Primarja tista’ tassenja membru tal-presidenza biex tgħin lill-ġenituri jħejju lil uliedhom ħalli jiġu mgħammdin u kkonfermati. Il-president tal-Primarja tista’ tassenja membru oħra tal-presidenza biex tgħin lill-ġenituri fit-tħejjija għat-tempju u s-saċerdozju għal uliedhom
Il-president tal-Primarja għandha dawn ir-responsabbiltajiet addizzjonali. Il-kunsilliera tagħha jassistuha.
-
Isservi fuq il-kunsill tal-qasam.
-
Regolarment tagħmel laqgħat tal-presidenza tal-Primarja u tiltaqa’ mal-isqof jew l-kunsillier assenjat minnu.
-
Tgħin biex jiġu ppjanati servizzi tal-magħmudija għal tfal tar-reġistru meta mitluba (ara 18.7.2).
-
Tippjana u tikkonduċi l-ftuħ tal-laqgħat tal-Primarja tal-Ħadd.
-
Timministra fuq lilvell individwali lil tfal, għalliema, u mexxejja fil-Primarja.
-
Tgħallem lill-mexxejja u l-għalliema tal-Primarja r-responsabbiltajiet tagħhom u tissapportjahom f’dawk ir-responsabbiltajiet billi torjentahom fis-sejħiet tagħhom (ara Teaching in the Savior’s Way [2016], 38).
-
Tissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-Primarja.
12.3.4
Mexxej Mużikali u Pjanist
Il-mexxej mużikali u l-pjanist jgħallem lit-tfal l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu pernezz tal-mużika matul is-sessjonijiet tal-kant.
Jekk pjanu mhuwiex disponibbli, jew inkella pjanu, il-mexxejja jistgħu jużaw mużika rrekordjata.
12.3.5
Mexxejja tal-Għalliema u tal-Klassi tat-Tfal Żgħar
Il-presidenza tal-Primarja tirrakkomanda lill-veskovat irġiel u nisa biex iservu bħala għalliema tal-Primarja u mexxejja fil-klassi tat-tfal żgħar. Dawn il-membri huma msejħin biex jgħallmu u jimministraw lil tfal ta’ gruppi ta’ età speċifiċi.
L-għalliema tal-Primarja u l-mexxejja tal-klassi tat-tfal żgħar jgħallmu minn Come, Follow Me—For Primary (età 3–11) u Behold Your Little Ones (klassi tat-tfal żgħar).
12.3.6
Mexxejja tal-Attività
Mexxejja tal-attivitajiet tal-Primarja jimministraw lit-tfal hekk kif jippjanaw servizz u attivitajiet li jibdew f’Jannar tas-sena li fiha tfal jagħlqu 8 snin (ara 12.2.1.3). Is-servizz u l-attivitajiet jiffukaw fuq il-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. Huma divertenti u jattiraw involviment.
12.5
Linji gwida u Polisis Addizzjonali
12.5.1
Nissalvagwardjaw lit-Tfal
Meta l-adulti jkunu qed jinteraġixxu mat-tfal f’ambjenti tal-Knisja, mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti.
L-adulti kollha li jaħdmu mat-tfal għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti (ProtectingChildren.ChurchofJesusChrist.org).