Manwali u Sejħiet
15. Seminarji u Istituti tar-Reliġjon


“15. Seminarji u Istituti tar-Reliġjon,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“15. Seminarji u Istituti tar-Reliġjon,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

tfajla tgħolli idha fil-klassi

15.

Seminarji u Istituti tar-Reliġjon

15.0

Introduzzjoni

Seminarji u Istituti tar-Reliġjon (S&I) jassistu llil-ġenituri u mexxejja tal-Knisja billi jgħinu liż-żgħażagħ u adulti żgħar ikabbaru l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu u fl-evanġelju tiegħu rrestawrat.

Rappreżentant ta’ S&I huwa assenjat għal kull qasam biex jgħin mexxejja jamministraw programmi ta’ S&I.

15.1

Seminarju

Seminarju huwa programm ta’ erba’ snin li fih iż-żgħażagħ jistudjaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu kif insibuh fl-iskrittura u fit-tagħlim tal-profeti tal-aħħar żmien. Studenti tas-seminarju ġeneralment ikunu ta’ 14–18-il sena.

Il-veskovat, mexxejja taż-żgħażagħ, u presidenzi tal-kworum u tal-klassi jinkoraġixxu liż-żgħażagħ kollha biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-seminarju.

15.1.1

Għalliema

Għalliema tas-seminarju jridu jkunu membri tal-Knisja li jkollhom fidi fil-Mulej Ġesù Kristu u testimonjanza tal-evanġelju tiegħu rrestawrat. Għandhom jgħixu l-prinċipji li jgħallmu u jaħdmu sewwa maż-żgħażagħ. Meta possibbli, l-għalliema għandu jkollhom rakkomandazzjoni tat-tempju kurrenti.

Membru tal-presidenza tal-wited jew kunsillier għoli assenjat isejjaħ, jiddistingwi, u jeżonera lill-għalliema tas-seminarju u lis-superviżuri tal-wited.

Biex jiġu protetti l-għalliema u l-istudenti, żewġ adulti jridu jkunu preżenti fil-bini jew fid-dar fejn klassi tas-seminarju tkun qed tiġi mgħallma.

15.1.2

Għażliet tas-Seminarju

Is-seminarju huwa l-aktar utli meta l-istudenti jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ għalliem f’kull jum tax-xogħol. Madankollu, dan jaf ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet ta’ saħħa, distanza ta’ vjaġġar, u fatturi oħrajn.

Mexxejja tal-Knisja joffru konsulenza mar-rappreżentant tal-S&I biex jiddeċiedu liema għażla se:

  • Tgħin l-iktar lill-istudenti jitgħallmu l-evanġelju u jikbru spiritwalment.

  • Żżomm l-istudenti ’l bogħod mill-periklu.

  • Ma titfax piż li mhux neċessarju fuq il-familji.

Il-klassijiet m’għandhomx isiru l-Ħadd.

15.1.3

Bini, Tagħmir, u Materjal

Mexxejja tal-wited u tal-qasam jagħmlu ċert li lokazzjonijiet bħal djar tal-laqgħat jew djar tal-membri huma disponibbli għall-klassijiet tas-seminarju.

Ir-rappreżentant tal-S&I jipprovdi materjali għall-għalliema u studenti għal kull klassi. L-istudenti għandhom iġibu l-iskrittura tagħhom, ipprintjata jew diġitali.

15.1.5

Krettu u Gradwazzjoni

Studenti tas-seminarju jistgħu jitgħallmu b’mod aktar effettiv u jwessgħu l-konverżjoni tagħhom jekk jattendu klassi regolari, jipparteċipaw, u jistudjaw l-iskrittura barra mill-klassi. Hekk kif jagħmlu dawn l-affarijiet, huma wkoll jaqilgħu krettu tas-seminarju kull sena u jkunu jistgħu jiggradwaw mis-seminarju.

Biex jiggradwaw mis-seminarju, student irid jaqla’ erba’ snin ta’ krettu u jirċievu appoġġ ekkleżjastiku minn membru tal-veskovat.

15.2

Istitut

Istitut jipprovdi klassijiet ta’ studju tal-evanġelju matul il-ġimgħa li jqawwu l-fidi u t-testimonjanza f’Ġesù Kristu u fl-evanġelju tiegħu rrestawrat. L-adulti żgħażagħ single kollha fl-età 18–30 għandhom ikunu mħeġġin jattendu klassijiet tal-istitut, irrelevanti humiex jattendu skola jew le.

15.3

Skejjel tal-Knisja u s-Sistema Edukattiva tal-Knisja

Għal informazzjoni dwar skejjel tal-knisja primarji u sekondarji, BYU–Pathway Worldwide, u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, ara CES.ChurchofJesusChrist.org. Informazzjoni dwar tkomplija ta’ approvazzjoni ekkleżjastika għal studenti biex jattendu dawn l-iskejjel hija wkoll pprovduta hawn.

Barra minn hekk, informazzjoni dwar approvazzjoni ta’ impjiegi ekkleżjastiċi permezz tas-CES Uffiċċju tal-Awtorizzazzjoni Ekkleżjastiku jistgħu jinsabu fuq help.ChurchofJesusChrist.org.