Manwali u Sejħiet
17. Ngħallmu l-Evanġelju


“17. Ngħallmu l-Evanġelju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“17. Ngħallmu l-Evanġelju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

omm tgħallem lill-iben

17.

Ngħallmu l-Evanġelju

Aħna ngħallmu l-evanġelju biex ngħinu lin-nies iqawwu l-fidi tagħhom f’Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu.

17.1

Prinċipji ta’ Tagħlim Kristjan

Meta ngħallmu l-evanġelju, il-ġenituri, għalliema, u mexxejja jimxu mal-eżempju ta’ Ġesù Kristu, li hu l-Għalliem Prim.

Il-mexxejja jaqsmu l-prinċipji ta’ tagħlim Kristjan li ġejjin mal-għalliema fl-organizzazzjonijiet tagħhom. Dawn il-prinċipji huma spjegati f’aktar dettall f’ Għallem kif Jgħallem is-Salvatur.

3:45

17.1.1

Ħobb lil Dawk li Tgħallem

Kull ħaġa li jagħmel is-Salvatur hija espressjoni tal-imħabba tiegħu (ara 2 Nefi 26:24).

3:20

17.1.2

Għallem permezz tal-Ispirtu

L-għalliema jfittxu l-gwida tal-Ispirtu hekk kif jippreparaw u jgħallmu, u jirsistu biex jgħixu b’mod denn tal-influwenza tiegħu kuljum.

3:47

17.1.3

Għallem id-Duttrina

Billi fuq l-eżempju tas-Salvatur, l-għalliema jiffukaw fuq l-veritajiet essenzjali u li jsalvaw tal-evanġelju. Huma jgħallmu billi jużaw l-iskrittura, it-tagħlim tal-profeti tal-aħħar żmien, u materjal kurrikulari approvat.

3:33

17.1.4

Stieden Tagħlim Diliġenti

L-għalliema jinkoraġixxu lill-membri biex ikunu responsabbli għat-tagħlim tagħhom.

17.2

Nitgħallmu u Ngħallmu l-Evanġelju fid-Dar

Mexxejja tal-Knisja u l-għalliema jħeġġu u jissapportjaw it-tagħlim tal-evanġelju fid-dar.

Mexxejja u għalliema jħeġġu membri biex ifittxu l-ispirazzjoni dwar kif jistudjaw u jgħallmu l-evanġelju. Ir-riżorsi ewlenin tagħhom għandhom ikunu l-iskrittura u l-messaġġi tal-konferenza ġenerali.

3:35

17.3

Responsabbiltajiet tal-Mexxejja

  • Oħloq eżempju billi titgħallem u tgħallem l-evanġelju kif jgħallem is-Salvatur.

  • Aċċerta ruħek li t-tagħlim fl-organizzazzjonijiet tagħhom jibni fidi u jkun duttrinalment korrett.

  • Agħti sapport kontinwu lill-għalliema fl-organizzazzjonijiet tagħhom.

17.4

Laqgħat tal-Kunsill tal-Għalliema

Fil-laqgħat tal-kunsill tal-għalliema, l-għalliema jagħtu pariri lil xulxin dwar prinċipji ta’ tagħlim Kristjan. Huma jagħtu wkoll pariri dwar kif se jtejbu t-tagħlim tal-evanġelju. Huma jużaw Ngħallmu kif Jgħallem is-Salvatur bħala riżorsa.

Il-laqgħat tal-kunsill tal-għalliema jsiru kull tliet xhur matul klassi ta’ 50 minuta fil-jum tal-Ħadd.

6:7