Manwali u Sejħiet
18. Inwettqu Ordinanzi u Barkiet tas-Saċerdozju


“18. Inwettqu Ordinanzi u Barkiet tas-Saċerdozju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“18. Inwettqu Ordinanzi u Barkiet tas-Saċerdozju,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

familja miexja qrib it-tempju

18.

Inwettqu Ordinanzi u Barkiet tas-Saċerdozju

18.0

Introduzzjoni

L-ordinanzi u l-barkiet huma atti sagri mwettqa lilna bl-awtorità tas-saċerdozju u f’isem Ġesù Kristu. L-ordinanzi tas-saċerdozju u l-barkiet jipprovdu aċċess għall-qawwa ta’ Alla (ara Duttrina u Patti 84:20).

L-ordinanzi u l-barkiet għandhom jiġu mwettqa bil-fidi fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu u permezz tal-gwida tal-Ispirtu s-Santu. Il-mexxejja jassiguraw irwieħhom li dawn jiġu mwettqa b’approvazzjoni propja (fejn jeħtieġ), bl-awtorità tas-saċerdozju meħtieġa, bil-mod xieraq, u b’parteċipanti denja (ara 18.3).

18.1

Ordinanzi tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

Is-saċerdozju jinkludi l-awtorità li jamministra l-ordinanzi tal-evanġelju li huma neċessarji għas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. In-nies jagħmlu patti sagri ma’ Alla hekk kif jirċievu dawn l-ordinanzi. L-ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni huma msemmija hawn taħt:

  • Magħmudija

  • Konferma u don tal-Ispirtu s-Santu

  • Għoti tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek u ordinazzjoni għall-uffiċċju (għall-irġiel)

  • Dotazzjoni tat-Tempju

  • Siġill tat-Tempju

Jekk tifel (jew tifla) li twieled fil-patt imut qabel l-età ta’ 8 snin, l-ebda ordinanzi m’huma meħtieġa jew imwettqa. Jekk tifel (jew tifla) ma twelidx fil-patt, l-unika ordinanza li għandu bżonn hu li jkun issiġillat mal-ġenituri. Minħabba l-Fidwa tas-Salvatur, it-tfal kollha li jmutu qabel l-età ta’ 8 snin huma “salvati fis-saltna ċelestjali tas-smewwiet” (Duttrina u Patti 137:10; ara wkoll Moroni 8:8–12).

18.3

Nipparteċipaw f’Ordinanza jew Barka

Dawk li jwettqu jew jipparteċipaw f’ordinanza jew barka għandu jkollhom l-awtorità tas-saċerdozju meħtieġa u jkunu denji. Ġeneralment, il-livell ta’ denjità huwa dak assoċjat maż-żamma ta’ rakkomandazzjoni tat-tempju. Madanakollu, hekk kif iggwidat mill-Ispirtu u l-istruzzjonijiet ta’ dan il-kapitlu, isqfijiet u presidenti tal-wited jafu jippermettu missirijiet u rġiel miżżewġa li jħaddnu l-uffiċċju tas-saċerdozju neċessarju jwettqu jew jipparteċipaw f’xi ordinanzi u barkiet anke jekk ma jkunux totalment denja għat-tempju. Wieħed li jħaddan is-saċerdozju li jkollu dnubiet serji mhux risolti m’għandux jipparteċipa.

Li nwettqu jew nirċievu xi ordinanzi u barkiet jeħtieġ approvazzjoni minn mexxej li jippresedi li jħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju neċessarji (ara 3.4.1). Kif meħtieġ, approvazzjoni taf tingħata minn kunsillier li hu jawtorizza. Ara t-tabelli li ġejjin. Referenzi lil presidenti tal-wited japplikaw ukoll għal presidenti tal-missjoni. Referenzi lil isqfijiet japplikaw ukoll għal presidenti tal-fergħa.

Liema Mexxejja Jżommu l-Imfietaħ biex Jagħtu Approvazzjoni biex Iwettqu jew Jirċievu l-Ordinanzi tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni?

Ordinanzi

Min Iżomm l-Imfietaħ

Ordinanzi

Magħmudija

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof (għal tfal ta’ 8 snin u għal membri ta’ età rreġistrata ta’ 9 snin jew ikbar li l-magħmudija tagħhom kienet ittardjata minħabba diżabbiltajiet intelletwali)

President tal-missjoni (għal konvertiti)

Ordinanzi

Konferma u don tal-Ispirtu s-Santu

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof (għal tfal ta’ 8 snin u għal membri ta’ età rreġistrata ta’ 9 snin jew ikbar li l-magħmudija tagħhom kienet ittardjata minħabba diżabbiltajiet intelletwali)

President tal-missjoni (għal konvertiti)

Ordinanzi

Għoti tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek u ordinazzjoni għall-uffiċċju (għall-irġiel)

Min Iżomm l-Imfietaħ

President tal-wited

Ordinanzi

Dotazzjoni tat-Tempju

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof u president tal-wited

Ordinanzi

Siġill tat-Tempju

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof u president tal-wited

Liema Mexxejja Jżommu Mfietaħ li Jagħtu Approvazzjoni biex Iwettqu jew Jirċievu Ordinanzi u Barkiet Oħrajn?

Ordinanza jew Barka

Min Iżomm l-Imfietaħ

Ordinanza jew Barka

Nagħtu isem u nbierku lit-tfal

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof

Ordinanza jew Barka

Is-sagrament

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof

Ordinanza jew Barka

Konferiment tas-Saċerdozju ta’ Aron u ordinazzjoni għall-uffiċċju (għal irġiel żgħażagħ u rġiel)

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof

Ordinanza jew Barka

Niddistingwu membri biex iservu fis-sejħiet

Min Iżomm l-Imfietaħ

Ara 30.8

Ordinanza jew Barka

Nikkonsagraw iż-żejt

Min Iżomm l-Imfietaħ

Approvazzjoni mhux meħtieġa

Ordinanza jew Barka

Namministraw lill-morda

Min Iżomm l-Imfietaħ

Approvazzjoni mhux meħtieġa

Ordinanza jew Barka

Barkiet ta’ faraġ u kunsill, inkluż il-barkiet tal-missier

Min Iżomm l-Imfietaħ

Approvazzjoni mhux meħtieġa

Ordinanza jew Barka

Niddedikaw id-djar

Min Iżomm l-Imfietaħ

Approvazzjoni mhux meħtieġa

Ordinanza jew Barka

Niddedikaw l-oqbra

Min Iżomm l-Imfietaħ

Il-mexxej tas-saċerdozju li jippresedi fuq is-servizz

Ordinanza jew Barka

Barkiet patrijarkali

Min Iżomm l-Imfietaħ

Isqof

18.4

Ordinanzi ta’ Tfal Minuri

Tifel (jew tifla) minuri jista’ jkun imbierek, mgħammed, ikkonfermat, ordnat għall-uffiċċju tas-saċerdozju, jew distint għal sejħa biss bil-kunsens ta’ (1) ġenituri li jkollhom dritt legali li jipparteċipaw fid-deċiżjoni jew (2) gwardjani legali.

18.6

Nagħtu Isem u Nbierku lit-Tfal

It-tfal huma tipikament imsemmija u mbierka waqt laqgħa ta’ sawm u testimonjanza fil-qasam fejn il-ġenituri tagħhom jgħixu.

18.6.1

Min Jagħti l-Barka

L-ordinanza li nsemmu u nbierku tifel (jew tifla) hija mwettqa mid-detenturi tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek, f’konformità ma’ Duttrina u Patti 20:70.

Persuna jew familja li tixtieq li tifel jirċievi isem u barka jikkoordina l-ordinanza mal-isqof. Hu jħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex isemmi u jbierek tfal fil-qasam.

Isqof jaf jippermetti missier li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex isemmi u jbierek lit-tifel tiegħu jekk il-missier ma jkunx kompletament denn tat-tempju (ara 18.3). L-isqfijiet iħeġġu lill-missirijiet biex jippreparaw lilhom infushom ħalli jbierku lit-tfal tagħhom.

18.6.2

Struzzjonijiet

Taħt id-direzzjoni tal-isqof, dawk li jħaddnu s-Saċerdozju Melkisedeku jinġabru f’ċirku biex isemmu u jbierku tifel jew tifla. Iqiegħdu jdejhom taħt it-tarbija, jew iqiegħdu jdejhom b’mod ħafif fuq ras tifel (jew tifla) ta’ età ikbar. Imbagħad dak li jkun qed jirrapreżenta l-vuċi:

  1. Jindirizza lil Missier fis-Smewwiet bħal f’talba.

  2. Jistqarr li l-barka qed tiġi mwettqa bl-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jagħti isem lit-tifel.

  4. Jindirizza lit-tifel.

  5. Jagħti barka lit-tifel kif iggwidat mill-Ispirtu.

  6. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

1:41

Naming and Blessing of Children

18.6.3

Formola tar-Reġistrazzjoni tat-Tfal u Ċertifikat tal-Barka

Qabel tifel (jew tifla) ikun imbierek, l-iskrivan juża Riżorsi għall-Mexxej u l-Iskrivan- (RMI) biex jipprepara Formola tar-Reġistrazzjoni tat-Tfal. Wara l-barka, hu joħloq reġistru tas-sħubija f’dik is-sistema u jipprepara Ċertifikat tal-Barka. Dan iċ-ċertifikat jiġi ffirmat mill-isqof u jingħata lill-ġenituri jew lill-gwardjani tat-tifel.

L-isem fuq ir-reġistru tas-sħubija u ċ-ċertifikat irid jaqbel maċ-ċertifikat tat-twelid, mar-reġistru ċivili tat-twelid, jew mal-isem legali kurrenti.

18.7

Magħmudija

Magħmudija b’immersjoni fl-ilma minn individwu li għandu awtorità hija neċessarja għal persuna biex issir membru tal-Knisja u tirċievi l-Ispirtu s-Santu. Dawk li jfittxu l-eżaltazzjoni jridu jimxu fuq l-eżempju tas-Salvatur billi jirċievu dawn l-ordinanzi.

18.7.1

Approvazzjoni għal Persuna li Se Tiġi Mgħammda u Kkonfermata

18.7.1.1

Tfal Li Huma Membri tar-Reġistru

L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed membri tar-reġistru ta’ 8 snin f’xi qasam. Dawn it-tfal għandhom ikunu mgħammdin u kkonfermati hekk kif jagħlqu 8 snin jew ftit wara skont kif huwa raġonevoli (ara Duttrina u Patti 68:27). Dawn huma tfal li għalihom ir-reġistri tas-sħubija tal-Knisja diġà jeżistu (ara 33.6.2). Meta dawn jilħqu l-età ta’ 8 snin, l-isqof jassigura li jkollhom kull opportunità li jaċċettaw l-evanġelju u jiġu mgħammda u kkonfermati.

L-isqof jew kunsillier assenjat jintervista lit-tfal tar-reġistru għall-magħmudija u l-konferma. L-istruzzjonijiet huma f’31.2.3.1.

Għal informazzjoni dwar kif timla r-Reġistru tal-Magħmudija u l-Konferma, ara 18.8.3.

18.7.1.2

Dawk li Jikkonvertu

Il-president tal-missjoni jħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed lill dawk li jikkonvertu f’missjoni. Għal din ir-raġuni, missjunarji full-time jintervistaw lil dawk li jikkonvertu għall-magħmudija u l-konferma.

18.7.2

Servizzi tal-Magħmudija

Servizz tal-magħmudija għandu jkun sempliċi, qasir, u li jqawwik spiritwalment. Jaf jinkludi dan li ġej:

  1. Mużika ta’ preludju

  2. Merħba qasira mill-brother li jkun qed imexxi s-servizz

  3. Innu tal-ftuħ u talba

  4. Messaġġ qasir jew tnejn dwar suġġetti tal-evanġelju, bħal magħmudija u d-doni tal-Ispirtu s-Santu

  5. Selezzjoni mużikali

  6. Il-magħmudija

  7. Ħin ta’ reverenza filwaqt li dawk li jkunu pparteċipaw fil-magħmudija jbiddlu il-ħwejjeġ (innijiet jew kanzunetti tal-Primarja jafu jindaqqu jew jiġu kantati f’dan il-ħin)

  8. Il-konferma ta’ membri tar-reġistru ta’ 8 snin; il-konferma ta’ dawk li jikkonvertu jekk jiġi ddeterminat hekk mill-isqof (ara 18.8)

  9. Xandir ta’ testimonjanzi minn konvertiti ġodda, jekk mixtieq

  10. Innu jew talba ta’ għeluq

  11. Mużika ta’ għeluq

Meta tifel tar-reġistru qed jipprepara biex jitgħammed, membru tal-veskovat u tal-presidenza tal-Primarja jitkellmu mal-familja biex jippjanaw u jfasslu l-iskeda tas-servizz tal-magħmudija. Membru tal-veskovat imexxi s-servizz. Jekk hemm iktar minn tifel wieħed li se jitgħammed fl-istess xhar, huma jistgħu jaqsmu flimkien servizz ta’ magħmudija.

F’utied b’ħafna tfal tar-reġistru, tfal minn bosta oqsma jistgħu jaqsmu flimkien l-istess servizz tal-magħmudija. Membru tal-presidenza tal-wited jew kunsillier għoli assenjat imexxi s-servizz.

Il-magħmudija ta’ membru tal-familja m’għandhiex tiġi ttardjata sakemm missier jista’ jirċievi s-saċerdozju u jwettaq il-magħmudija huwa stess.

Taħt il-gwida tal-veskovat, il-mexxej tal-missjoni tal-qasam (jekk ikun imsejjaħ) jew il-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jmexxi l-ħidma tal-missjoni fil-qasam jippjana u jmexxi s-servizzi tal-magħmudija għal dawk li jikkonvertu. Huma jikkoordinaw mal-missjunarji full-time.

18.7.3

Min Iwettaq l-Ordinanza

L-ordinanza tal-magħmudija titwettaq minn qassis jew minn wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Il-persuna li tamministra l-magħmudija jrid ikollu approvazzjoni tal-isqof (jew tal-president tal-missjoni jekk missjunarju full-time qed jamministra l-magħmudija).

Isqof jista’ jippermetti missier li huwa qassisis jew wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex jgħammed lil ibnu jew bintu jekk il-missier mhuwiex kompletament denn tat-tempju (ara 18.3). L-isqfijiet iħeġġu lill-missirijiet biex iħejju lilhom infushom biex jgħammdu lil uliedhom stess.

18.7.4

Fejn Twettaq l-Ordinanza

Il-magħmudijiet għandhom jitwettqu fil-fonti tal-magħmudija jekk dan huwa disponibbli. Jekk ma jkunx hemm fonti, jista’ jintuża post sigur li jiflaħ ammont ta’ ilma.

Minħabba sigurtà, adult responsabbli jrid ikun preżenti meta jkun qed jimtela font u għandu jibqa’ preżenti sakemm il-fonti jitbattal, jitnaddaf, u jiġi msakkar. Il-fonti għandu jkun imbattal immedjatament wara kull servizz tal-magħmudija. Il-bibien ta’ fejn hemm il-fonti għandhom jissakkru meta ma jkunx qed jintuża.

18.7.5

Ħwejjeġ

Persuna li twettaq magħmudija u persuna li qed titgħammed jilbsu lbies abjad li ma jkunx trasparenti meta mxarrab. Persuna dotata tilbes il-garment tat-tempju taħt l-ilbies waqt li qed tgħammed. Il-units lokali jilbsu ħwejjeġ tal-magħmudija milll-fondi tal-baġit u ma jitolbux flus għall-użu tiegħu.

18.7.6

Xhieda

Żewġ xhieda, approvati mill-mexxej li jippresedi, josservaw kull magħmudija biex jiżguraw li qed titwettaq kif xieraq. Membri mgħammda tal-Knisja, inkluż tfal u żgħażagħ, jistgħu jservu bħala xhieda.

Magħmudija trid tiġi ripetuta jekk il-kliem ma jintqalx eżattament kif hu mogħi fi Duttrina u Patti 20:73. Jeħtieġ li tiġi ripetuta wkoll jekk parti mill-ġisem, xagħar, jew ilbies tal-persuna ma jiġix mgħaddes kompletament.

18.7.7

Struzzjonijiet

Biex iwettaq l-ordinanza tal-magħmudija, qassis jew wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek:

  1. Jieqaf bilwieqfa fl-ilma mal-persuna li tkun qed titgħammed.

  2. Iżomm id il-persuna mill-polz b’idu tax-xellug (għall-konvenjenza u s-sigurtà). Bl-id ix-xellugija, il-persuna li qed titgħammed iżomm id ix-xellugija ta’ dak li jħaddan is-saċerdozju mill-polz tagħha.

  3. Jerfa’ driegħu tal-lemin dritt ’il fuq.

  4. Jiddikjara l-isem sħiħ tal-persuna u jgħid, “Hekk kif ġejt ikkummissjonat minn Ġesù Kristu, jiena ngħammdek fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen” (Duttrina u Patti 20:73).

  5. Jgħid lill-persuna tagħlaq imnifsejha b’idha x-xellugija (għall-konvenjenza); imbagħad iqiegħed idu x-xellugija fuq il-parti ta’ fuq ta’ dahar il-persuna u jgħaddas lill-persuna kompletament, inkluż l-ilbies.

  6. Jgħin lill-persuna toħroġ mill-ilma.

3:16

Baptism of a New Member

18.8

Konferma u Don tal-Ispirtu s-Santu

Wara li persuna titgħammed, hija tiġi kkonfermata membru tal-Knisja u tirċievi l-Ispirtu s-Santu bit-tqegħid tal-idejn (ara Duttrina u Patti 20:41; Atti 19:1–6). Il-persuna ssir membru tal-Knisja wara li dawn iż-żewġ ordinanzi jkunu saru kompletament u jkunu ġew irreġistrati kif xieraq (ara Ġwanni 3:5; Duttrina u Patti 33:11; 3 Nefi 27:20).

L-isqof jissorvelja t-twettiq tal-konfermi. Tfal ta’ tmien snin huma tipikament ikkonfermati dakinhar li jitgħammdu. Dawk li jikkonvertu huma tipikament ikkonfermati waqt kwalunkwe laqgħa tas-sagrament fil-qasam fejn joqogħdu, preferibbilment l-Ħadd ta’ wara li jkunu tgħammdu.

Membru tal-veskovat jimxi wara l-linji gwida fi 29.2.1.1 meta qed jintroduċi membri ġodda.

18.8.1

Min Iwettaq l-Ordinanza

Huwa biss wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u li huwa wkoll denn tat-tempju li jista’ jinterpeta l-vuċi għal konferma. Madanakollu, isqof jista’ jippermetti lil missier li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek li joqgħod bilwieqfa f’ċirku għall-konferma ta’ ibnu (jew bintu) anki jekk dan il-missier mhuwiex kompletament denn tat-tempju (ara 18.3).

Mill-inqas membru wieħed tal-veskovat jipparteċipa f’din l-ordinanza. Meta presbiteri missjunarji għallmu lil xi ħadd li kkonverta, l-isqof jistidinhom biex jipparteċipaw.

18.8.2

Struzzjonijiet

Taħt id-direzzjoni tal-veskovat, wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jew iktar jistgħu jipparteċipaw f’konferma. Huma jqiegħdu idejhom b’mod ħafif fuq ras il-persuna. Imbagħad dak li jkun qed jirrapreżenta l-vuċi:

  1. Isejjaħ lill-persuna b’isimha sħiħ.

  2. Jiddikjara li l-ordinanza qed titwettaq taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jikkonferma li l-persuna hija membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

  4. Jiddikjara “irċievi l-Ispirtu s-Santu” (mhux “irċievi d-don tal-Ispirtu s-Santu”).

  5. Jagħti kliem ta’ barka skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

  6. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

1:54

Confirming a Recently Baptized Member

18.8.3

Magħmudija u Reġistru u Ċertifikat ta-Konferma

Qabel tifel li jkun membru tar-reġistru jiġi intervistat għall-magħmudija, skrivan juża r-RMI biex jipprepara Formola tal-Magħmudija u l-Konferma. L-isqof jew il-kunsillier assenjat imexxi l-intervista u jiffirma l-formola. Wara l-magħmudija u l-konferma, skrivan juża din il-formola biex jaġġorna r-reġistru tas-sħubija tat-tifel fir-RMI.

Meta missjunarju full-time jintervista lil dak li kkonverta għall-magħmudija, hu jimla l-Formola tal-Magħmudija u l-Konferma billi juża l-app Area Book Planner (ABP). Wara l-magħmudija u l-konferma, il-missjunarji jirreġistraw l-informazzjoni f’ABP u jissottomettuha lill-iskrivan tal-qasam b’mod elettroniku. L-iskrivan tal-qasam jirrevedi l-informazzjoni fir-RMI u joħloq ir-reġistru tas-sħubija.

Wara li r-reġistru tas-sħubija jkun ġie kkreat, skirvan jipprepara ċ-Ċertifikat tal-Magħmudija u l-Konferma. Dan iċ-ċertifikat hu ffirmat mill-isqof u mogħti lill-persuna.

L-isem fuq ir-reġistru tas-sħubija u ċ-ċertifikat irid jaqbel maċ-ċertifikat tat-twelid, mar-reġistru ċivili tat-twelid, jew mal-isem legali kurrenti.

18.9

Is-Sagrament

Membri tal-Knisja jiltaqgħu f’jum is-Sibt biex iqimu lil Alla u jieħdu sehem fis-sagrament (ara Duttrina u Patti 20:75; 59:9; Moroni 6:5–6). Matul din l-ordinanza, huma jieħdu mill-ħobż u l-ilma biex jiftakru fis-sagrifiċċju tas-Salvatur tal-ġisem u d-demm Tiegħu u biex iġeddu l-patti sagri (ara Mattew 26:26–28; Traduzzjoni ta’ Joseph Smith, Mark 14:20–25; Luqa 22:15–20; 3 Nefi 18; Moroni 6:6).

18.9.1

Approvazzjoni biex Tamministra s-Sagrament

L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju ibiex jamministra s-sagrament fil-qasam. Dawk kollha li jipparteċipaw fit-tħejjija, fit-tberik, u fit-tqassim tas-sagrament jeħtieġ jirċievu approvazzjoni mingħandu jew mingħand xi ħadd taħt id-direzzjoni tiegħu.

18.9.2

Min Iwettaq l-Ordinanza

  • Għalliema, qassisin, u dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jippreparaw is-sagrament.

  • Qassisn u dawk li jħaddnu s-Saċerdozju Melkisedeku jistgħu jbierku s-sagrament.

  • Djakni, għalliema, qassisin, u dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jqassmu s-sagrament.

18.9.3

Linji gwida għas-Sagrament

Minħabba n-natura sagra tas-sagrament, mexxejja tas-saċerdozju jridu jippreparaw b’attenzjoni biex ikun ordnat u riverenti.

Dawk li jamministraw is-sagrament għandhom jagħmlu dan b’manjiera dinjituża, billi jirrealizzaw li qed jirrappreżentaw lill-Mulej.

It-tqassim tas-sagrament għandu jkun naturali u mhux formali żżejjed.

Għalkemm is-sagrament huwa għall-membri tal-Knisja, xejn m’għandu jsir biex jippreveni lil oħrajn milli jieħdu sehem fih.

18.9.4

Struzzjonijiet

  1. Dawk li jippreparaw, ibierku, jew iqassmu s-sagrament l-ewwel jaħslu jdejhom bis-sapun jew prodott tat-tindif ieħor.

  2. Għalliema, qassisin, jew dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jassiguraw li l-kontenituri tal-ħobż b’ħobż sħiħ, kontenituri tal-ilma b’tazzi b’ilma nadif, u srievet nodfa huma f’posthom qabel il-laqgħa.

  3. Hekk kif membri tal-qasam ikantaw innu tas-sagrament, dawk li jbierku s-sagrament iqumu b’mod reverenti, ineħħu s-sarvetta li tgħatti l-kontenituri tal-ħobż, u jaqsmu l-ħobż f’biċċiet żgħar.

  4. Wara l-innu, il-persuna li jbierek il-ħobż jinżel għarkupptejh u jgħid it-talba sagramentali għall-ħobż (ara Duttrina u Patti 20:77).

  5. L-isqof jagħmel ċert li t-talb tas-sagrament jintqal b’mod ċar, preċiż, u b’dinjità. Jekk xi ħadd jieħu żball fil-kliem u jikkoreġi lilu nnifsu, m’hemmx bżonn ta’ aktar korrezzjoni. Jekk il-persuna ma tikkoreġix l-iżball tagħha, bil-ġentilezza l-isqof jitlob biex it-talba tiġi ripetuta.

  6. Wara t-talba, dawk li jħaddnu s-saċerdozju jqassmu l-ħobż bil-qima lill-membri. Il-mexxej li jippresedi jirċevih l-ewwel, u wara jitqassam mingħajr sekwenza partikolari. Ladarba kontenitur jingħata lill-membri, dawn jistgħu jgħadduh lil xulxin.

  7. Il-membri jipparteċipaw b’idhom il-leminija meta possibbli.

  8. Meta l-ħobż ikun għadda għand il-membri kollha, dawk li jqassmu s-sagrament jirritornaw il-kontenituri fuq il-mejda tas-sagrament. Dawk li jbierku s-sagrament ipoġġu sarvetta fuq il-kontenituri tal-ħobż u jikxfu l-kontenituri tal-ilma.

  9. Il-persuna li tbierek l-ilma tinżel għarkupptejha u tgħid it-talba sagramentali għall-ilma (ara Duttrina u Patti 20:79). Hu jissostitwixxi l-kelma ilma għal inbid.

  10. Wara t-talba, dawk li jħaddnu s-saċerdozju b’qima jgħaddu l-ilma lill-membri. Il-mexxej li jippresedi jirċevih l-ewwel, u wara jitqassam mingħajr sekwenza partikolari.

  11. Meta l-ilma jkun tqassam lill-membri kollha, dawk li jqassmu s-sagrament jirritornaw il-kontenituri fuq il-mejda tas-sagrament. Dawk li jkunu bierku s-sagrament ipoġġu sarvetta fuq il-kontenituri, u dawk li bierku u qassmu s-sagrament jieħdu posthom b’qima.

  12. Wara l-laqgħa, dawk li preparaw is-sagrament inaddfu, jitwu d-dvalji, u jneħħu l-ħobż li ma jkunx intuża.

3:32

Blessing the Sacrament

18.10

Nikkonferixxu s-Saċerdozju u Nordnaw Uffiċċju

Hemm żewġ diviżjonijiet tas-saċerdozju: dak ta’ Aron u dak ta’ Melkisedek (ara 3.3; Duttrina u Patti 107:1,6). Meta raġel jirċievi s-saċerdozju, hu jiġi ordnat għal uffiċċju f’dak is-saċerdozju. Wara li wieħed minn dawn is-saċerdozji jiġi kkonferit, ir-raġel ikollu bżonn biss jiġi ordnat għal uffiċċji oħrajn f’dak is-saċerdozju.

18.10.1

Saċerdozju ta’ Melkisedek

ll-president tal-wited iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jikkonferixxi s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jordna għall-uffiċċji tal-presbiteru u l-qassis il-kbir. Madankollu, l-isqof ġeneralment jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal dawn l-ordinazzjonijiet.

18.10.1.1

Presbiteri

Aħwa denji jistgħu jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jiġu ordnati presbiteri meta huma jkollhom 18-il sena jew iktar. Abbażi ċirkustanzi invidwali, l-isqof jiddetermina jekk ġuvni għandux jiġi rakkomandat biex jiġi ordnat presbiteru hekk kif jagħlaq it-18-il sena jew jibqax fil-kworum tal-qassisin għal iktar żmien.

Biex jieħu din id-deċizjoni, l-isqof l-ewwel jikkonsulta mal-ġuvni u l-ġenituri tiegħu jew gwardjani. Irġiel denji għandhom ikunu ordnati presbiteri sa 19-il sena jew qabel jitilqu mid-dar biex jattendu l-kulleġġ, iservu missjoni full-time, iservu fil-militar, jew jaċċettaw impjieg full-time.

Irġiel ta’ 18-il sena jew aktar li tgħammdu riċentiment għandhom jiġu ordnati presbiteri wara li jkunu:

  • Irċevew is-Saċerdozju ta’ Aron u servew ta’ isqfijiet.

  • Żviluppaw għarfien suffiċjenti tal-evanġelju.

  • Urew id-dinjità tagħhom.

L-ebda żmien speċifiku bħala membru tal-knisja m’hu meħtieġ.

18.10.1.2

Qassisin il-Kbar

L-irġiel huma ordnati bħala qassisin kbar meta huma jiġu msejħin fil-presidenza tal-wited, fil-kunsill għoli, jew fil-veskovati.

18.10.1.3

Nintervistaw u Nsostnu

Bl-approvazzjoni tal-presidenza tal-wited, l-isqof jintervista lill-membru kif indikat fir-Reġistru tal-Ordinazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Imbagħad membru tal-presidenza tal-wited jintervistah ukoll. Bl-approvazzjoni mill-president tal-wited, il-president tad-distrett jista’ jintervista membru biex jiġi ordnat bħala presbiteru (ara 6.3).

18.10.2

Is-Saċerdozju ta’ Aron

L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jikkonferixxi s-Saċerdozju ta’ Aron u jordna l-uffiċċji tad-djaknu, għalliem, u qassis. Aħwa denji huma tipikament ordnati f’dawn l-uffiċċji f’dawn l-etajiet li ġejjin, imma mhux qabel:

  • Djaknu fil-bidu tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena

  • Għalliem fil-bidu tas-sena li fiha jagħlqu 14-il sena

  • Qassis fil-bidu tas-sena li fiha jagħlqu 16-il sena

L-isqof jew kunsillier assenjat jintervista lil dawk li jkunu se jiġu ordnati djakni jew għalliema biex jiddeterminaw jekk humiex spiritwalment preparati. L-isqof jintervista l-aħwa li għandhom jiġu ordnati qassisin.

Qabel jintervista lill-ġuvni għall-ordinazzjoni tas-saċerdozju, membru tal-veskovat jikseb permess mingħand il-ġenituri jew il-gwardjani tiegħu. Jekk il-ġenituri huma divorzjati, hu jikseb permess mingħand il-ġenituri b’kustodja legali.

18.10.3

Nippreżentaw Membru biex Ikun Sostnut qabel Hu Jiġi Ordnat

Wara li membru jiġi intervistat u misjub denju biex ikun ordnat għal uffiċċju tas-saċerdozju, hu jiġi ppreżentat għas-sosteniment (ara Duttrina u Patti 20:65, 67). Aħwa li jkunu se jiġu ordnati presbiteri jew qassisin għolja jiġu ppreżentati minn membru tal-presidenza tal-wited fis-sezzjoni ġenerali ta’ konferenza tal-wited (ara 6.3 għall-istruzzjonijiet għall-presidenti tad-distrett). Aħwa li jkunu se jiġu ordnati djakni, għalliema, jew qassisin huma preżentati minn membri tal-veskovat f’laqgħa tas-sagrament.

Il-persuna li tmexxi s-sosteniment jistqsi lill-membru biex iqum bilwieqfa. Hu jħabbar il-proponiment biex jikkonferixxi s-Saċerdozju ta’ Aron jew ta’ Melkisedek (jekk ikun hemm bżonn) u biex jordna lill-membru għall-uffiċċji tas-saċerdozju. Huwa mbagħad jistieden lill-membri biex isostnu l-proponiment. Per eżempju, biex jippreżenta membru biex ikun ordnat presbiteru, jista’ juża kliem bħal dawn:

“Aħna nipproponu li [isem] jirċievi s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jkun ordnat presbiteru. Dawk kollha favur jistgħu juri dan billi jgħollu idhom. [Pawsa qasira.] Jekk hawn min hu kontra, jista’ juri dan ukoll. [Pawsa qasira.]”

Jekk membru li jgawdi status tajjeb jopponi l-ordinazzjoni, il-mexxej li jippresedi jew mexxej tas-saċerdozju ieħor assenjat jiltaqa’ miegħu jew magħha fil-privat wara l-laqgħa. Il-mexxej ifittex li jifhem għaliex il-membru oppona. Hu jsir jaf jekk il-membru jafx b’imġiba li tista’ tiskwalifika lill-persuna milli tkun ordnata għall-uffiċċju tas-saċerdozju.

F’xi każi, membru jaf ikollu bżonn ikun ordnat presbiteru jew saċerdot kbir qabel ikun jista’ jiġi ppreżentat fil-konferenza tal-wited. Meta jiġri hekk, hu jiġi ppreżentat fil-laqgħa tas-sagrament tal-qasam tiegħu għas-sosteniment. Imbagħad hu jiġi ppreżentat fil-konferenza tal-wited li jmiss biex tiġi rratifikata l-ordinazzjoni (naddattaw il-proċess għas-sosteniment, kif deskritt hawn fuq).

18.10.4

Min Iwettaq l-Ordinanza

Il-president tal-wited jew wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek taħt id-direzzjoni tiegħu jista’ jordna raġel għall-uffiċċju ta’ presbiteru. Bl-approvazzjoni tal-president tal-missjoni, il-president tad-distrett jew xi ħadd taħt id-direzzjoni jiegħu jista’ jwettaq l-ordinanza (ara 6.3). Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek biss jistgħu jkunu fiċ-ċirku.

Il-president tal-wited jew qassis kbir taħt id-direzzjoni tiegħu jista’ jordna raġel għall-uffiċċju ta’ qassis kbir. Il-qassisin il-kbar biss jistgħu jkunu fiċ-ċirku.

Persuna li tordna raġel għall-uffiċċju tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek trid tkun denja tat-tempju. Il-president tal-wited, jew xi ħadd li jaħtar hu, irid ikun preżenti.

Saċerdot jew wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jista’ jordna membru għall-uffiċċju ta’ djaknu, għalliem, jew saċerdot. Hu jrid ikun awtorizzat mill-isqof. L-isqof, jew xi ħadd li jaħtar hu, irid ikun preżenti.

Biex jipparteċipa f’ordinazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Aron, persuna jrid ikun qassis jew ikun iħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

Isqof jista’ jippermetti missier li hu qassis jew iħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex jordna lil ibnu għall-uffiċċju ta’ djaknu, għalliem, jew qassis anke jekk il-missier mhux kompletament denn tat-tempju (ara 18.3). L-isqfijiet iħeġġu lill-missirijiet biex jordnaw lil uliedhom subien.

18.10.5

Struzzjonijiet

Biex jikkonferixxi s-saċerdozju u jordna individwu għall-uffiċċji tas-saċerdozju, persuna waħda jew aktar li jkunu awtorizzati li jħaddnu s-saċerdozju jpoġġu idejhom b’mod ħafif fuq ras il-persuna. Imbagħad dak li jkun qed jirrapreżenta l-vuċi:

  1. Jgħajjat lill-persuna b’ismu sħiħ.

  2. Jiddikjara l-awtorità li hu personalment iħaddan biex iwettaq l-ordinanza (jew is-Saċerdozju ta’ Aron jew ta’ Melkisedek).

  3. Jikkonferixxi s-Saċerdozju ta’ Aron jew ta’ Melkisedek, sakemm ma jkunx diġà ġie kkonferut.

  4. Jordna lill-persuna għall-uffiċċju fis-Saċerdozju ta’ Aron jew ta’ Melkisedek u jsawwab id-drittijiet, il-qawwiet, u l-awtorità ta’ dak l-uffiċċju.

  5. Jagħti kliem ta’ barka skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

  6. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

Biex jordna persuna f’uffiċċju tas-saċerdozju wara li dan ikun diġà ħa s-saċerdozju xieraq mogħti lilu, il-persuna li twettaq l-ordinazzjoni tħalli barra t-tielet pass.

1:58

Ordination to the Priesthood

18.10.6

Reġistru u Ċertifikat ta’ Ordinazzjoni

Qabel membru jkun intervistat biex jiġi ordnat f’uffiċċju fis-Saċerdozju ta’ Aron, skrivan juża r-RMI biex jipprepara Reġistru tal-Ordinazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Aron. L-isqof jew kunsillier assenjat iwettaq intervista u jiffirma l-formola jekk il-kundizzjonijiet xierqa kollha jiġu milħuqa.

Wara l-ordinazzjoni, l-isqof jew kunsillier assenjat ikompli l-formola u jagħtiha lil skrivan. Hu jirreġistra l-ordinazzjoni fir-RMI u jipprepara ċertifikat tal-ordinazzjoni.

L-isem legali kurrenti ta’ persuna għandu jkun użat fir-reġistru u ċertifikat ta’ ordinazzjoni.

18.11

Niddistingwu Membri biex Iservu f’Sejħiet

Membri li jkunu msejħa u sostnuti f’ħafna mill-pożizzjonijiet tal-Knisja għandhom jiġu distinti biex iservu f’dik il-pożizzjoni (ara Ġwanni 15:16; Duttrina u Patti 42:11; ara wkoll 3.4.3.1 f’dan il-manwal). Waqt id-distinzjoni, il-persuna tingħata (1) awtorità biex taġixxi fis-sejħa u (2) kliem ta’ barka skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

Presidenti tal-Wited, isqfijiet, u presidenti tal-kworum jirċievu mfietaħ tal-presidenza meta jiġu distinti (ara 3.4.1.1). Madanakollu, il-kelma imfietaħ m’għandhiex tintuża meta niddistingwu membri biex iservu f’sejħiet oħra, inkluż konsulenti fil-presidenzi.

18.11.1

Min Jiddistingwi

Id-distinzjoni hija mwettqa minn wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Dan jeħtieġ li jirċievi approvazzjoni mingħand il-mexxejj li jħaddan l-imfietaħ xierqa tas-saċerdozju. Dawk li huma awtorizzati biex iwettqu distinzjoni huma indikati f’30.8. Presbiteru m’għandux jagħmilha bħala vuċi jew ikun f’ċirku meta raġel ikun distint f’uffiċċju li jeħtieġlu jkun qassis kbir.

Taħt id-direzzjoni tal-mexxej li jippresedi, wieħed jew aktar li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jista’ jipparteċipa fid-distinzjoni. Presidenti jiġu distinti qabel il-konsulenti tagħhom.

Mexxej li jippresedi jista’ jkun li jħalli raġel miżżewweġ jew missier li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex joqgħod fiċ-ċirku għad-distinzjoni ta’ martu jew ta’ wliedu anke jekk hu mhux denn kompletament għat-tempju (ara 18.3).

18.11.2

Struzzjonijiet

Wieħed jew aktar li jkun awtorizzat li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek ipoġġi jdejh b’mod leġġer fuq ras il-persuna. Imbagħad dak li jkun qed jirrapreżenta l-vuċi:

  1. Isejjaħ lill-persuna b’isimha sħiħ.

  2. Jiddikara li hu qed jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jiddistingwi lill-persuna għas-sejħa fil-wited, qasam, kworum, jew klassi.

  4. Jikkonferixxi mfietaħ f’każ li l-persuna tirċivihom.

  5. Jagħti kliem ta’ barka skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

  6. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

18.12

Nikkonsagraw iż-Żejt

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju Melkisedeku jeħtieġ li jikkonsagraw iż-żejt qabel jiġi wżat biex jidlek lill-morda jew lil dawk li qed isofru (ara Ġakbu 5:14). Ma jista’ jintuża l-ebda żejt ieħor.

Membri m’għandhomx jikkonsmaw żejt ikkonsagrat jew japplikawh fuq partijiet miġruħa tal-ġisem.

18.12.1

Min Iwettaq l-Ordinanza

Wieħed jew aktar li jħaddan is-Saċerdozju Melkisedeku jista’ jikkonsagra ż-żejt. Ma jeħtiġux l-approvazzjoni ta’ mexxej tas-saċerdozju.

18.12.2

Struzzjonijiet

Biex jikkonsagra ż-żejt, mexxej tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek:

  1. Iżomm kontenitur miftuħ taż-żejt taż-żebbuġa.

  2. Jindirizza lil Missier fis-Smewwiet bħal f’talba.

  3. Jiddikara li hu qed jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  4. Jikkonsagra ż-żejt (mhux il-kontenitur) u jwarrbu għad-dlik u t-tberik tal-morda u ta’ dawk li qed isofru.

  5. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

1:12

Consecrating Oil

18.13

Namministraw lill-Morda

Namministraw lill-morda permezz tat-“tqegħid tal-idejn” għandha żewġ partijiet: nidilku biż-żejt u nissiġillaw id-dlik b’barka. Jekk iż-żejt ikkonsagrat ma jkunx disponibbli, barka tista’ tingħata bl-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek mingħajr id-dlik.

18.13.1

Min Jagħti l-Barka

Dawk biss li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u huma denji jistgħu jamministraw lill-morda u lil dawk li qed isofru. Ma jeħtiġux l-approvazzjoni ta’ mexxej tas-saċerdozju. Jekk possibbli, missier li jħaddan s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jamministra lill-membri morda tal-familja tiegħu.

Normalment, tnejn jew aktar li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jamministraw lill-morda. Madanakollu, wieħed jista’ jwettaq kemm id-dlik u anke l-issiġillar.

18.13.2

Struzzjonijiet

Id-dlik biż-żejt huwa magħmul minn wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Hu:

  1. Ipoġġi qatra ta’ żejt ikkonsagrat fuq ras il-persuna.

  2. Ipoġġi jdejh b’mod leġġer fuq ras il-persuna u jsejjaħ lill-persuna b’isimha sħiħ.

  3. Jiddikara li hu qed jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  4. Jgħid li hu qed jidlek biż-żejt li ġie kkonsagrat għad-dlik u l-barka tal-morda u dawk li qed isofru.

  5. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

Biex jiġi ssiġillat id-dlik, wieħed jew aktar li jħaddan is-saċerdozju ta’ Melkisedek ipoġġi jdejh b’mod leġġer fuq ras il-persuna. Imbagħad dak li jissiġilla d-dlik:

  1. Isejjaħ lill-persuna b’isimha sħiħ.

  2. Jgħid li hu qed jissiġilla d-dlik bl-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jagħti kliem ta’ barka skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

  4. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

2:3

Administering to the Sick

18.14

Barkiet ta’ Faraġ u Parir, Inkluż il-Barkiet tal-Missier

18.14.1

Min Jagħti l-Barka

Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jagħtu l-barkiet ta’ faraġ u parir lill-membri tal-familja u lil oħrajn li jitolbuhom.

Missier li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jista’ jagħti l-barkiet tal-missier lil uliedu. Il-ġenituri jħeġġu lil uliedhom biex ifittxu l-barkiet tal-missier fi żminijiet ta’ bżonn. Il-barkiet tal-missier jistgħu jiġu rrikordjati għall-użu personali.

Wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek m’għandux bżonn li jfittex l-approvazzjoni ta’ mexxej tas-saċerdozju biex jagħti l-faraġ u l-parir jew il-barka tal-missier.

18.14.2

Struzzjonijiet

Biex tagħti barka ta’ faraġ u parir jew barka tal-missier, wieħed jew aktar li jħaddan is-saċerdozju ta’ Melkisedek ipoġġi jdejh b’mod leġġer fuq ras il-persuna. Imbagħad dak li jkun qed jirrapreżenta l-vuċi:

  1. Isejjaħ lill-persuna b’isimha sħiħ.

  2. Jistqarr li l-barka qed tiġi mwettqa bl-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jagħti kliem ta’ barka, faraġ, u parir skont kif iggwidat mill-Ispirtu.

  4. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

18.15

Niddedikaw id-Djar

Membri tal-knisja jistgħu jkollhom id-djar iddedikati mill-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

18.15.2

Struzzjonijiet

Biex tiddedika dar, wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek:

  1. Jindirizza lil Missier fis-Smewwiet bħal f’talba.

  2. Jiddikara li hu qed jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jiddedika d-dar bħala post sagru fejn l-Ispirtu s-Santu jista’ jirrisjedi u jagħti lill-oħrajn kliem kif iggwidat mill-Ispirtu.

  4. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

18.16

Niddedikaw l-Oqbra

18.16.1

Min Jiddedika l-Qabar

Persuna li tiddedika qabar għandha żżomm is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u tkun awtorizzata mill-mexxej tas-saċerdozju li jmexxi s-servizz.

18.16.2

Struzzjonijiet

Biex tiddedika qabar, wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek:

  1. Jindirizza lil Missier fis-Smewwiet bħal f’talba.

  2. Jiddikara li hu qed jiffunzjona taħt l-awtorità tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

  3. Jiddedika u jikkonsagra l-art tad-dfin bħala post ta’ mistrieħ għall-ġisem tal-mejjet.

  4. Jitlob li l-post ikun imqaddes u protett sal-qawmien mill-imwiet (fejn hu xieraq).

  5. Jitlob lil Missier fis-Smewwiet biex isabbar lill-familja u jesprimi l-ħsibijiet kif iggwidati mill-Ispirtu.

  6. Jagħlaq f’isem Ġesù Kristu.

Jekk il-ġisem ta’ membru tal-Knisja jiġi kremat, il-mexxej li jippresedi juża l-ġudizzju tiegħu biex jiddeċiedi jekk għandux jiddedika il-post fejn jinżammu l-irmied.

1:58

Dedication of Graves

18.17

Barkiet Patrijarkali

Kull membru denn u mgħammed huwa intitolat li jirċievi barka patrijarkali, li toffri direzjoni ispirata mill-Missier fis-Smewwiet (ara Ġenesi 48:14–16; 49; 2 Nephi 4:3–11).

L-isqof jew il-konsulent assenjat jintervista lill-membri li jixtiequ jirċievu barka patrijarkali. Jekk il-membru jkun denn, dak li jintervista jipprepara Rakkomandazzjoni tal-Barka Patrijarkali. Jissottomettiha permezz ta’ Sistema ta’ Barkiet Patrijarkali fuq ChurchofJesusChrist.org.

Il-persuna li toħroġ ir-Rakkomandazzjoni ta’ Barka Patrijarkali taċċerta ruħha li l-membru huwa matur biżżejjed biex jifhem is-sinifikat u n-natura sagra tal-barka.

18.17.1

Nirċievu Barka Patrijarkali

Wara li jirċievi r-rakkomandazzjoni, il-membru jikkuntattja lill-patrijarka biex jagħmel appuntament sabiex jirċievi barka patrijarkali. Fil-ġurnata tal-appuntament, il-membru jrid imur għand il-patrijarka b’attitudni ta’ talb u bl-ilbies tal-Ħadd.

Kull barka patrijarkali hija sagra, konfidenzjali, u personali. Għalhekk, tingħata fil-privat ħlief għal numru limitat ta’ membri tal-familja li jistgħu jkunu preżenti.

Persuna li tirċievi barka patrijarkali għandha tgħożż il-kliem, tagħrbilhom, u tgħixhom sabiex tkun denja li tirċievi l-barkiet imwiegħda f’din il-ħajja u fl-eternità.

Membri tal-Knisja m’għandhomx iqabblu barkiet u m’għandhomx jaqsmuhom ma’ oġrajn ħlief ma’ famiiljari mill-qrib. Barkiet patrijarkali m’għandhomx jinqraw fil-laqgħat tal-Knisja jew f’xi laqgħat pubbliċi oħrajn.