Manwali u Sejħiet
19. Mużika


“19. Mużika,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“19. Mużika,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

mara u tifel idoqqu l-pjanu

19.

Mużika

19.1

L-Għan ta’ Mużika fil-Knisja

Mużika sagra tkabbar il-fidi f’Ġesù Kristu. Tistieden l-Ispirtu u tgħallem id-duttrina. Toħloq ukoll sentiment ta’ rispett, tgħaqqad lill-membri, u tipprovdi mod ta’ qima lill-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu.

19.2

Mużika fid-Dar

Permezz tal-profeti tiegħu, il-Mulej inkoraġġixxa individwi u familji biex jużaw mużika elevanti fil-ħajja ta’ kuljum.

Ir-rikordings ta’ mużika tal-Knisja huma disponibbli f’dawn is-sorsi li ġejjin:

19.3

Mużika f’Laqgħat tal-Knisja

19.3.1

Nippjanaw il-Mużika għal Laqgħat tal-Knisja

Il-koordinaturi tal-qasam u tal-wited jaħdmu mal-mexxejja tas-saċerdozju biex jippjanaw il-mużika għas-servizzi ta’ qima. Huma jagħżlu mużika li tkabbar l-ispirtu ta’ qima fil-laqgħat.

19.3.2

Mużika f’Laqgħat tas-Sagrament

Mużika f’laqgħat tas-sagrament tinkludi kant tal-kongregazzjoni ta’ innijiet biex jiftħu u jagħlqu l-laqgħat u qabel l-amministrazzjoni tas-sagrament. L-innu tas-sagrament għandu jirreferi għas-sagrament innifsu jew għas-sagrifiċċju tas-Salvatur.

Mużika ta’ preludju tindaqq hekk kif il-membri jinġabru qabel il-laqgħa. Wara t-talba tal-għeluq, postludju instrumentali jindaqq hekk kif il-membri joħorġu mil-laqgħa.

Laqgħa tas-sagrament tista’ wkoll tinkludi innu tal-kongregazzjoni addizzjonali kantata f’nofs il-laqgħa—per eżempji, bejn messaġġi mitkellma.

19.3.3

Mużika fi Klassijiet u Laqgħat Oħra tal-Qasam

Il-mexxejja jħeġġu l-għalliema biex jużaw innijiet u mużika sagra oħra biex ikabbru t-tagħlim tagħhom.

19.3.6

Strumenti Mużikali

Strumenti live normalment huma wżati għall-mużika ta’ preludju u postludju u għall-innu akkumpanjat fil-laqgħat tal-knisja. Fejn ikunu disponibbli u fejn il-membri jistgħu jdoqquhom, orgnijiet u pjani huma l-istrumenti standard. Il-veskovat jaf japprova l-użu ta’ strumenti oħrajn biex jakkumpanjaw kant tal-kongregazzjoni, għall-mużika ta’ preludju u postludju, u f’sezzjonijiet mużikali oħrajn.

(ara 19.2).

19.3.7

Korijiet

19.3.7.1

Korijiet tal-Qasam

Fejn ikun hemm biżżejjed membri, l-oqsma jistgħu jorganizzaw korijiet li jkantaw b’mod regolari fil-laqgħat tas-sagrament.

Barra mill-kor tal-qasam, familji u gruppi ta’ nisa, irġiel, żgħażagħ, jew tfal jistgħu jiġu mistiedna biex ikantaw fil-laqgħat tal-Knisja.

19.4

Tmexxija tal-Mużika fil-Qasam

19.4.1

Veskovat

L-isqof hu responsabbli għall-mużika tal-qasam. Hu jista jassenja din ir-responsabbiltà lil wieħed mill-kunsilliera tiegħu.

19.4.2

Koordinatur tal-Mużika fil-Qasam

Il-koordinatur tal-mużika fil-qasam iservi taħt id-direzzjoni tal-veskovat. Hu jew hi għandu dawn ir-responsabbiltajiet:

  • Ikun ta’ riżorsa għall-veskovat u mexxejja oħra tal-qasam fi kwistjonijiet ta’ mużika.

  • Jaħdem mal-veskovat biex jippjana l-mużika għal-laqgħat tas-sagrament (ara 19.3.1 u 19.3.2).

  • Kif rikjest mill-veskovat, jirrakkomanda membri biex iservu fis-sejħiet ta’ mużika tal-qasam. Jorjenta lil dawk li jservu f’dawn is-sejħiet, joffri sapport, istruzzjoni, u taħriġ kif jeħtieġ.

19.4.3

Sejħiet Addizzjonali

Il-veskovat jaf jisejjaħ membri f’dawn is-sejħiet li ġejjin.

19.4.3.1

Mexxej tal-Mużika tal-Qasam

Il-mexxej tal-mużika jikkonduċi innijiet tal-kongregazzjoni għal laqgħat tas-sagrament u għal laqgħat oħra tal-qasam kif jeħtieġ.

19.4.3.2

Akkumpanjatur tal-Qasam

L-akkumpanjatur tal-qasam jipprovdi mużika ta’ preludju u postludju u akkumpanjament għall-innijiet matul il-laqgħat tas-sagrament u laqgħat oħra tal-qasam kif jeħtieġ.

19.7

Polisis u Linji gwida Addizzjonali

19.7.2

Użu ta’ Strumenti tad-Dar tal-Laqgħat għal Prattika, Struzzjoni Privata, u Reċitazzjoni

Meta ma jkunx hemm alternattiva raġjonevoli, mexxejja tas-saċerdozju jaf jawtorizzaw l-użu ta’ pjani u orgnijiet tad-djar tal-laqgħat għall-prattika, istruzzjonijiet privati bi ħlas, u rappreżentazzjonijiet li jinvolvu membri tal-units li jużaw id-dar tal-laqgħat.