“20. Attivitajiet,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“20. Attivitajiet,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali
20.
Attivitajiet
20.1
Għanijiet
L-attivitajiet tal-Knisja jlaqqgħu lill-membri tal-Knisja oħrajn flimkien bħala “ċittadini flimkien mal-qaddisin” (Ephesians 2:19). Għanijiet għal attivitajiet jistgħu jinkludu li ġejjin:
-
Ibni fidi f’Ġesù Kristu.
-
Ipprovdi gost u rawwem l-unità.
-
Ipprovdi opportunitajiet għat-tkabbir personali.
-
Saħħaħ individwi u familji.
-
Għin lil membri jipparteċipaw fix-xogħol tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara 1.2).
20.2
Nippjanaw Attivitajiet
Qabel nippjanaw attività, il-mexxejja jikkunsidraw il-bżonnijiet spiritwali u temporali tal-membri. Il-mexxejja jfittxu l-gwida tal-Ispirtu meta jkunu qed jiddeċiedu x’tip ta’ attività tista’ tgħin biex taqdi dawk il-bżonnijiet.
20.2.1
Responsabbiltà biex Nippjanaw Attivitajiet
Attivitajiet tal-qasam jistgħu jkunu ppjanati f’dawn il-modi li ġejjin, ibbażati fuq il-bżonnijiet lokali:
-
Il-kunsill tal-qasam jista’ jissorvelja l-ippjanar.
-
Il-kunsill tal-qasam jista’ jassenja organizzazzjonijiet speċifiċi biex jgħinuh jippjana attività waħda jew iżjed.
-
Meta jkun hemm bżonn u fejn ikun hemm biżżejjed membri, il-veskovat jista’ jorganizza kumitat tal-attivitajiet tal-qasam.
Għal informazzjoni dwar ippjanar ta’ attivitajiet taż-żgħażagħ tal-qasam, ara 10.2.1.3 u 11.2.1.3.
20.2.2
Nistiednu lil Kulħadd biex Jipparteċipa
Dawk li jippjanaw l-attivitajiet għandhom jilħqu lil kulħadd, speċjalment membri ġodda, membri anqas attivi, dawk b’diżabbiltà, u nies ta’ twemmin ieħor.
L-attivitajiet m’għandhomx ipoġġu ċertu piż fuq il-mexxejja jew membri.
20.2.3
Standards
L-attivitajiet tal-Knisja għandhom ikunu edifikanti u jenfasizzaw dik il-ħaġa li hi “virtuża, sabiħa, ta’ riputazzjoni tajba jew li jixirqilha t-tifħir” (Artikli tal-Fidi 1:13). L-attivitajiet ma jistgħux jinkludu xejn li hu kuntrarju tat-tagħlim tal-Knisja.
20.2.6
Fondi għal Attivitajiet
Il-maġġoranza tal-attivitajiet għandhom ikunu sempliċi u jkunu jiswew ftit jew xejn. L-ispejjeż għandhom ikunu approvati minn qabel mill-veskovat jew mill-presidenza tal-wited.
Il-membri normalment m’għandhomx iħallsu biex jipparteċipaw fl-attivitajiet. Għall-polisis jew gwidi dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet, ara 20.6.
20.4
Konferenza taż-Żgħażagħ
Il-ġuvintur u t-tfajliet huma mistiedna li jipparteċipaw flimkien f’konferenza taż-żgħażagħ fminn Jannar tas-sena li fiha huma jagħlqu 14-il sena. Konferenzi taż-żgħażagħ ġeneralment jiġu organizzati darba f’sena fuq livell ta’ qasam jew wited. Dawn jistgħu jsiru wkoll fuq livell ta’ multiwited, jew fuq livell ta’ reġjun. Fis-sena li ż-żgħażagħ ikunu assenjati biex jattendu l-konferenza tal-GħSŻ, wited u qasam m’għandhomx jorganizzaw konferenzi taż-żgħażagħ.
Konferenzi taż-żgħażagħ tal-qasam huma ppjanati u mmexxija mill-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam, taħt id-direzzjoni tal-veskovat (ara 29.2.6). Il-veskovat jirċievi l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-konferenza taż-żgħażagħ tal-qasam mill-presidenza tal-wited.
Hekk kif il-mexxejja u ż-żgħażagħ jippjanaw il-konferenza taż-żgħażagħ, huma għandhom josservaw il-polisis f’dan il-kapitlu u dawn il-linji gwida li ġejjin:
-
It-tema żgħażagħ li l-Knisja jkollha kull sena tista’ tiġi wżata bħala t-tema tal-konferenza.
-
Ippjana l-attivitajiet li huma konsistenti mat-tema.
-
Ikseb l-approvazzjoni tal-veskovat jew tal-presidenza tal-wited għall-kelliema u l-attivitajiet kollha.
-
Assigura superviżjoni adekwata mill-adulti f’kull ħin (ara 20.7.1).
20.5
Polisis u Linji gwida għall-Għażla u l-Ippjanar ta’ Attivitajiet
20.5.1
Attivitajiet Kummerċjali u Politiċi
Attivitajiet organizzati għal għanijiet kummerċjali jew politiċi mhumiex permessi (ara 35.5.2).
20.5.2
Żfin u Mużika
Fiż-żifniet kollha, l-ilbies, il-mod kif inżommu lilna nfusna, id-dwal, l-istili ta’ żfin, il-lirika, u l-mużika għandhom jikkontribwixxu għal atmosfera fejn l-Ispirtu tal-Mulej jista’ jkun preżenti.
20.5.3
Serati tat-Tnejn Filgħaxija
Il-membri huma inkoraġġuti biex imexxu attivitajiet tal-familji li jsiru nhar ta’ Tnejn jew xi ġurnata oħra. L-ebda attivitajiet tal-Knisja, laqgħat, jew servizzi tal-magħmudija m’għandhom jiġu organizzati wara s-6:00 p.m. nhar ta’ Tnejn.
20.5.5
Attivitajiet Maltul il-Lejl
Attivitajiet tal-Knisja ta’ matul il-lejl għal gruppi kkombinati ta’ ġuvintur u tfajliet għandhom jiġu approvati mill-isqof u mill-president tal-wited. L-istess jiġri għall-attivitajiet għal irġiel u nisa membri single.
Attivitajiet ta’ maltul il-lejl fi djar tal-laqgħat tal-Knisja jew f’artijiet tad-djar tal-laqgħat mhumiex approvati.
20.5.8
Osservanza ta’ Jum is-Sibt
L-ebda kampijiet tal-Knisja, avvenimenti sportivi, jew avvenimenti rikreattivi m’għandhom jiġu skedati nhar ta’ Ħadd. Lanqas gruppi taż-żgħażagħ jew gruppi oħrajn m’għandhom jivjaġġaw lejn jew minn kampjiet jew konferenzi taż-żgħażagħ nhar ta’ Ħadd.
20.5.10
Żjarat fit-Tempju
Żjarat fit-Tempju huma organizzati fuq livell ta’ qasam jew ta’ wited fid-distrett tat-tempju assenjat.
20.6
Polisis u Linji gwida għall-Attivitajiet ta’ Fondi
20.6.1
Attivitajiet Imħallsin b’Fondi mill-Baġit tal-Qasam jew Wited
Fondi mill-baġit tal-qasam jew wited għandhom jiġu wżati biex jitħallsu l-attivitajiet kollha—bl-eċċezzjonijiet possibbli mniżżla f’20.6.2.
20.6.2
Fondi għall-Kampijiet taż-Żgħażagħ
Jekk fil-baġit tal-qasam u tal-wited ma jkunx hemm biżżejjed fondi għall-attivitajiet kollha msemmija hawn taħt, il-mexxejja jistgħu jistaqsu lill-parteċipanti biex iħallsu għal parti minnhom jew għal kollox:
-
Kamp annwali estiż tas-Saċerdozju ta’ Aron jew attività simili.
-
Kamp annwali estiż tan-Nisa Żgħażagħ jew attività simili.
-
Kamp annwali ta’ ġurnata jew attività simili għat-tfal tal-Primarja ta’ bejn 8 u 11-il sena.
L-ispejjeż jew l-ivjaġġar għall-kamp annwali m’għandhomx ikunu eċċessivi. Nuqqas ta’ fondi personali m’għandhomx iżommu membru milli jipparteċipa.
20.6.3
Fondi għall-Konferenzi tal-GħSŻ
Iż-żgħażagħ jistgħu jiġu mistoqsija biex jikkontribwixxu fond biex jattendu konferenzi għas-Sodizza taż-Żgħażagħ (GħSŻ). Jekk il-ħlas ikun qed iżomm żagħżugħ milli jipparteċipa, l-isqof jista’ juża l-fondi tal-baġit tal-qasam biex iħallas il-miżata jew parti minnha. Ara FSY.ChurchofJesusChrist.org.
20.6.5
Avvenimenti ta’ Ġbir ta’ Fondi
L-ispejjeż tal-attivitajiet tal-wited jew tal-qasam normalment huma mħallsa mill-fondi tal-baġit. Madanakollu, president tal-wited jew isqof jista’ jawtorizza avveniment wieħed ta’ ġbir ta’ fondi kull sena għall-għanijiet li ġejjin biss:
-
Biex jgħin jitħallsu attivitajiet imniżżla f’20.6.2.
-
Biex jgħin jinxtara tagħmir li l-unit ikollha bżonn għall-kampjiet annwali.
20.7
Polisis u Linji gwida dwar Sigurtà għal Attivitajiet
20.7.1
Superviżjoni minn Adulti
Minn tal-anqas żewġ adulti għandhom ikunu preżenti fl-attivitajiet kollha tal-Knisja li fihom jattendu t-tfal u żgħażagħ. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ adulti addizzjonali, jiddependi mill-kobor tal-grupp, il-ħiliet meħtieġa għall-attività, jew fatturi oħrajn. Il-ġenituri huma inkoraġġuti biex jgħinu.
Dawk kollha li jaħdmu mat-tfal jew maż-żgħażagħ iridu jlestu t-taħriġ tal-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Ara ProtectingChildren.ChurchofJesusChrist.org.
20.7.2
Kondizzjonijiet ta’ Età għal Parteċipazzjoni f’Attivitajiet ta’ Żgħażagħ
Bl-approvazzjoni tal-ġenituri tagħhom, iż-żgħażagħ jistgħu jattendu kampijiet ta’ matul il-lejl minn Jannar tas-sena li jagħlu 12. Huma jistgħu jattendu ballijiet, konferenzi taż-żgħażagħ, u konferenzi tal-GħSŻ li jibdew f’Jannar tas-sena li jagħlqu 14.
20.7.4
Permess ta’ Ġenituri
Tfal u żgħażagħ ma jistgħux jipparteċipaw f’attività tal-Knisja mingħajr il-parteċipazzjoni tal-ġenituri jew gwardjani tagħhom. Għal attivitajiet tal-Knisja li jinvolvu lill-partċipanti li jibqgħu hemm matul il-lejl, vjaġġar fit-tul, jew riskji ogħla mill-ordinarju, huwa neċessarju li jkun hemm kunsens bil-miktub.
Ġenituri u gwardjani jagħtu l-kunsens tagħhom billi jiffirmaw il-formola ta’ Permess u Rilaxxament Mediku.
20.7.5
Rapporti ta’ Abbuż
Kull abbuż li jiġri f’attività tal-Knisja għandu jiġi rapportat lill-awtoritajiet ċivili. L-isqof għandu jkun ikkuntattjat immedjatament. Struzzjonijiet għall-membri qegħdin f’38.6.2.7. Struzzjonijiet għall-isqfijiet qegħdin f’38.6.2.1.
20.7.6
Prekawzjonijiet ta’ Sigurtà, Rispons għal Aċċidenti, u Rappurtar ta’ Aċċidenti
20.7.6.1
Proċeduri ta’ Sigurtà
Mexxejja u parteċipanti jassessjaw bir-reqqa l-attivitajiet biex jassiguraw riskji minimi għal korriment jew mard. L-attivitajiet għandhom jinkludu wkoll niskju minimu ta’ ħsara fuq propjetà. Matul l-attivitajiet, il-mexxejja jagħmlu kull sforz biex jassiguraw is-sigurtà.
20.7.6.2
Rispons għall-Aċċidenti
Jekk iseħħ aċċident jew xi ħadd iweġġa’ fi propjetà tal-Knisja jew waqt attività tal-Knisja, il-mexxejja josservaw il-linji gwida li ġejjin, skont kif applikabbli:
-
Agħti l-ewwel għajnuna. Jekk persuna teħtieġ kura medika addizzjonali, ikkuntattja s-serviċi mediċi ta’ emerġenza. Ikkuntattja wkoll il-ġenitur, gwardjan, jew xi ħadd tal-familja u l-isqof jew il-president tal-wited.
-
Jekk xi ħadd jintilef jew imut, informa immedjetament lill-infurzar tal-liġi tal-lokalità.
-
Ipprovdi sapport emozzjonali.
-
Tinkuraġġix u tiskuraġġix azzjoni legali. Tikkommettix ruħek f’isem il-Knisja.
-
Iġbor u żomm l-ismijiet ta’ xhieda, l-informazzjoni dwar kif tikkuntattjahom, in-narrattivi ta’ x’ġara, u ritratti.
-
Irrapporta l-aċċident (ara 20.7.6.3).
20.7.6.3
Rappurtar tal-Inċidenti
Is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rrapportati onlajn fuq incidents.ChurchofJesusChrist.org.
-
Xi aċċident jew korriment iseħħ fuq propjetà tal-Knisja jew waqt xi attività tal-Knisja.
-
Persuna li kienet qed tipparteċipa f’attività tal-Knisja tiġi nieqsa.
-
Propjetà privata, pubblika, jew tal-Knisja tkun ġarrbet ħsara matul attività tal-Knisja.
-
Azzjoni legali tkun taħt theddida jew antiċipata.
Jekk avveniment jirriżulta f’korriment serju, jew persuna nieqsa, il-president tal-wited, isqof, jew membru li huwa jaħtar jinnotifika l-uffiċċju reġjonali immedjatament.
20.7.6.4
Assigurazzjoni u Mistoqsijiet
Jekk xi tip ta’ korriment iseħħ matul avveniment tal-Knisja, il-mexxejja jiddeterminaw jekk il-programm tal-Assistenza Medika tal-Attività tal-Knisja japplikax.
F’xi każijiet, il-president tal-wited jew isqof jista’ jkun li jkollu xi mistoqsijiet dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà jew allegazzjonijiet kontra l-Knisja. Il-president tal-wited: (jew isqof taħt id-direzzjoni tiegħu) jirreferi dawn il-mistoqsijiet lid-Diviżjoni dwar l-Immaniġjar ta’ Riskju jew l-uffiċċju reġjonali.
20.7.7
Safar
Attivitajiet ta’ safar għall-Knisja għandhom jiġu approvati mill-isqof jew mill-president tal-wited. Dan it-tip ta’ safar m’għandux jitfa’ piż żejjed fuq il-membri. Safar ta’ distanza twila għall-attivitajiet mhuwiex inkoraġġut.
Meta hu possibbli, gruppi tal-Knisja għandhom jużaw trasportazzjoni kummerċjali għal safar ta’ distanza twila. Dan għandu jkun liċenzjat u protett b’assigurazzjoni affidabbli.
Meta gruppi tal-Knisja jivvjaġġaw f’vetturi tal-passiġġiera privati, kull vettura għandha tkun topera f’kundizzjoni sigura. Kull persuna għandha tuża ċinturin tas-sigurtà. Kull sewwieq għandu jkun adult liċenzjat u responsabbli.