“32. Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“32. Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
32.
Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja
32.0
Introduzzjoni
L-indiema fil-maġġorparti sseħħ bejn individwu, Alla, u dawk li sfaw affettwati minn dnubiet ta’ xi persuna. Madanakollu, xi drabi isqof, jew president tal-wited, jeħtieġlu jgħin membri tal-Knisja fl-isforzi tagħhom li jindmu.
Meta qed jassistu lill-membri fl-indiema tagħhom, l-isqof u l-presidenti tal-wited qed iħobbu u jindokraw. Huma jimxu fuq l-eżempju tas-Salvatur, li eżelta individwi u għenhom jitbiegħdu mid-dnub u jduru lejn Alla (ara Mattew 9:10–13; Ġwanni 8:3–11).
32.1
Indiema u Maħfra
Biex iġib fis-seħħ il-pjan ta’ ħniena, Missier fis-Smewwiet bagħat lill-Iben il-Waħdieni Tiegħu, Ġesù Kristu, biex ipatti għal dnubietna (ara Alma 42:15). Ġesù bata l-penali li tirrikjedi l-liġi tal-ġustizzja għad-dnubiet tagħna (ara Duttrina u Patti 19:15–19; ara wkoll Alma 42:24–25). Permezz ta’ dan is-sagrifiċċju, kemm il-Missier u anke l-Iben urew l-imħabba infinita tagħhom għalina (ara Ġwanni 3:16).
Meta neżerċitaw “fidi li twassal għall-indiema,” il-Missier fis-Smewwiet jaħfrilna, joffrilna ħniena permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu (Alma 34:15; ara wkoll Alma 42:13). Meta aħna nissaffew u ninħafru, fl-aħħar nistgħu nirtu s-saltna ta’ Alla (ara Isaija 1:18; Duttrina u Patti 58:42).
L-indiema hija aktar mill-bidla tal-imġiba. Hija li nitbiegħdu mid-dnub u nersqu lejn il-Missier fis-Smewwiet u lejn Ġesù Kristu. Dan iwassal għal bidla fil-qalb u fil-moħħ (ara Mosija 5:2; Alma 5:12-14; Ħelaman15:7). Permezz tal-indiema, aħna nsiru bnedmin ġodda, rikonċiljati ma’ Alla (ara 2 Korintin 5:17–18; Mosija 27:25–26).
L-opportunità li nindmu hija waħda mill-akbar barkiet li ll-Missier fis-Smewwiet tana permezz tad-don tal-Ispirtu s-Santu.
32.2
Għanijiet tar-Restrizzjonijiet jew tal-Irtirar tas-Sħubija fil-Knisja
Jekk membru jwettaq dnub serju, l-isqof jew il-president tal-wited jgħinu biex jindem minnu. Bħala parti minn dan il-proċess, hu jista’ jkollu bżonn jirrestrinġi xi privileġġi tas-sħubija tal-Knisja għal xi żmien. F’xi sitwazzjonijiet, jista’ jkollu bżonn li jirtira s-sħubija tal-persuna għal xi żmien.
Ir-restrizzjoni jew l-irtirar tas-sħubija ta’ persuna mhux intenzjonata li tikkastiga. Anzi, dawn l-azzjonijiet xi drabi huma neċessarji biex jgħinu lil persuna tindem u tesperjenza bidla fil-qalb. Huma jagħtu wkoll ħin lil persuna biex titħejja spiritwalment u żżomm il-patti tagħha darb’oħra.
It-tliet għanijiet tar-restrizzjonijiet jew tal-irtirar tas-sħubija huma dawn li ġejjin.
32.2.1
Għin Biex Jiġu Protetti Oħrajn
L-ewwel għan hu li ngħinu biex jiġu protetti oħrajn. Xi drabi persuna tista’ tkun ta’ theddida fiżika jew spiritwali. Imġiba predatorja, ħsara fiżika, abbuż sesswali, abbuż ta’ sustanzi, frodi, u apostasija huma xi modi fejn jista’ jiġri dan. Permezz ta’ ispirazzjoni, isqof jew president tal-wited jaġixxi biex jipproteġi lil ħaddieħor meta xi ħadd joħloq theddida b’dawn il-modi serji u b’oħrajn (ara Alma 5:59–60).
32.2.2
Għin Persuna Taċċessa l-Qawwa Feddejja ta’ Ġesù Kristu permezz tal-Indiema
It-tieni għan huwa li tgħin persuna taċċessa l-qawwa feddejja ta’ Ġesù Kristu permezz tal-indiema. Permezz ta’ dan il-proċess, il-persuna tista’ terġa’ ssir nadifa u denja biex tirċievi l-barkiet kollha ta’ Alla.
32.2.3
Ipproteġi l-Integrità tal-Knisja
It-tielet għan huwa li nipproteġu l-integrità tal-Knisja. Ir-restrizzjoni jew l-irtirar tal-isħubija fil-Knisja ta’ persuna jistgħu jkunu meħtieġa jekk l-imġiba tagħha tagħmel ħsara lill-Knisja b’mod sinifikattiv (ara Alma 39:11). L-integrità tal-Knisja ma tkunx protetta billi dnubiet serji jiġu misturin jew minimizzati—iżda billi jiġu indirizzati.
32.3
L-Irwol tal-Imħallfin f’Iżrael
L-isqijiet u presidenti tal-wited huma msejħin u distinti biex ikunu mħallfin ta’ Iżrael (ara Duttrina u Patti 107:72–74). Huma jħaddnu l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jirrapreżentaw il-Mulej li jgħin lill-membri tal-Knisja jindmu (ara Duttrina u Patti 13:1 ; 107:16–18).
Ta’ spiss l-isqfijiet u presidenti tal-wited jassistu fl-indiema permezz tal-kunsill personali. Din l-assistenza tista’ tinkludi r-restrizzjoni informali għal xi żmien ta’ wħud mill-privileġġi tas-sħubija tal-Knisja.
Għal xi dnubiet serji, il-mexxejja jassistu fl-indiema billi jagħmlu kunsill dwar isħubija (ara 32.6). Din l-assistenza tista’ tinkludi r-restrizzjoni informali ta’ wħud mill-privileġġi tas-sħubija tal-Knisja għal xi żmien jew l-irtirar tas-sħubija.
L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited iħobbu u jindokraw huma u jgħinu lill-membri jindmu. L-interazzjoni tas-Salvatur mal-mara maqbdua fl-adulterju hija gwida (ara Ġwanni 8:3–11). Għalkemm hu ma qalx li d-dnubiet tagħha kienu maħfura, hu ma jikkundannahiex. Minflok, hu jgħidilha “tidnibx iżjed”—biex tindem u tibdel ħajjitha.
Dawn il-mexxejja jgħallmu li hemm “il-ferħ fis-smewwiet għal midneb wieħed li jindem” (Luqa 15:7). Huma nies paċenzjużi, iħobbu jissapportjaw, u pożittivi. Huma jispiraw t-tama. Huma jgħallmu u jixhdu li, bis-saħħa tas-sagrifiċċju espjatorju tas-Salvatur, kulħadd jista’ jindem u jkun nadif.
L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited ifittxu l-gwida mingħand l-Ispirtu biex jagħrfu kif għandhom jgħinu kull persuna li tindem. Huwa biss għall-iktar dnubiet serji li l-Knisja għandha standards stabbiliti ta’ x’azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-mexxejja (ara 32.6). L-ebda żewġ sitwazzjonijiet m’huma l-istess. Il-parir li l-mexxejja jagħtu u l-proċess ta’ ndiema li huma jiffaċilitaw għandu jkun ispirat u jista’ jkun differenti għal kull persuna.
32.4
Stqarrija tad-Dnubiet, Kunfidenzjalità, u Rappurtar lil Awtoritajiet Governattivi
32.4.1
Stqarrija tad-Dnubiet
L-indiema teħtieġ li aħna nistqarru d-dnubiet tagħna lil Missierna fis-Smewwiet. Ġesù Kristu qal, “B’dan tista’ tkun taf li bniedem nidem minn dnubietu—araw, huwa jqerrhom u jabbandunahom” (Duttrina u Patti 58:43; ara wkoll Mosija 26:29).
Meta l-membri tal-Knisja jikkommettu dnubiet serji, l-indiema tagħhom tinkludi wkoll l-istqarrija tad-dnubiet lill-isqof tagħhom jew lill-president tal-wited. Huwa mbagħad ikun jista’ jeżerċita l-imfietaħ tal-evanġelju tal-indiema f’isimhom (ara Duttrina u Patti 13:1; 84:26–27; 107:18, 20). Dan jgħinhom ifiqu u jirritornaw fit-triq tal-evanġelju permezz tal-qawwa tal-Espjazzjoni tas-Salvatur.
L-għan tal-istqarrija tad-dnubiet hija biex inħeġġu lill-membri jerħu mill-piż tagħhom sabiex ikunu jistgħu jfittxu b’mod sħiħ l-għajnuna tal-Mulej biex jinbidlu u jfiqu. L-iżvilupp ta’ “qalb maqsuma u spirtu niedem” huwa mgħejjun mill-istqarrija tad-dnubiet (2 Nefi 2:7). L-istqarrija voluntari turi li persuna tixtieq tindem.
Meta membru jistqarr dnubietu, l-isqof jew president tal-wited jimxi wara l-linji gwida għal kif jagħti pariri fi 32.8. Bl-għajnuna tat-talb, huwa jfittex il-gwida dwar l-ambjent xieraq biex jgħin membru jindem. Huwa jikkonsidra jekk kunsill dwar sħubija jkunx ta’ għajnuna. Jekk il-polisi tal-Knisja titlob kunsill dwar sħubija, huwa jispjega dan (ara 32.6).
Xi drabi membru jkun għamel ħsara lill-konjuġi jew lil xi adult ieħor. Bħala parti mill-inidiema, hu (jew hi) għandu normalment jistqarr dnubu ma’ dik il-persuna u jfittex il-maħfra. Żagħżugħ li jikkommetti dnub serju hu normalment imħeġġeġ biex jieħu l-parir tal-ġenituri.
32.4.4
Kunfidenzjalità
L-isqfijiet, il-presidenti tal-wited, u l-kunsilliera tagħhom għandhom dmir sagru li jipproteġu l-informazzjoni konfidenzjali kollha li tinqasam magħhom. Din l-informazzjoni tista’ tasal waqt intervisti, counselling, u stqarrijiet ta’ dnubiet. L-istess dmir ta’ kunfidenzjalità japplika għal dawk kollha li jieħdu sehem f’kunsilli tas-sħubija. Il-kunfidenzjalità hija essenzjali għaliex il-membri jistgħu ma jistqarrux dnubiet jew ma jfittxux gwida jekk dak li jaqsmu ma jinżammx kunfidenzjali. Meta niksru l-kunfidenzjalità nkunu qed nitradixxu l-fiduċja tal-membri u nġegħluhom jitilfu t-tama fil-mexxejja tagħhom.
B’konsistenza mad-dmir tagħhom ta’ kunfidenzjalità, isqof, president tal-wited, jew il-konsulenti tagħhom jistgħu jaqsmu informazzjoni bħal din fis-sitwazzjonijiet li ġejjin biss:
-
Jenħtieġ li jikkonsultaw mal-president tal-wited tal-membru, mal-president tal-missjoni, jew mal-isqof dwar jekk għandhomx jagħmlu kunsill dwar sħubija u kwistjonijiet relatati.
-
Il-persuna titrasferixxi għal qasam ġdid (jew il-mexxej tas-saċerdozju jiġi eżonerat) sakemm l-azzjoni tas-sħubija jew tħassib ieħor serju huma pendenti.
-
Isqof jew president tal-wited isir jaf li l-membru tal-Knisja li joqgħod barra mill-qasam jew il-wited jista’ jkun li kien involut fi dnub serju.
-
Huwa neċessarju li tiżvela informazzjoni matul il-kunsill dwar sħubija.
-
Membru jagħżel li jagħti permess lill-mexxej biex jaqasam informazzjoni ma’ persuni speċifiċi.
-
Jaf ikun meħtieg li titqassam informazzjoni limita dwar id-deċiżjoni tal-kunsill dwar sħubija.
Sabiex tassisti lil mexxejja fil-protezzjoni tagħhom ta’ oħrajn u biex jikkonformaw mal-liġi, il-Knisja tipprovdi għajnuna minn professjonisti mħarrġin. Biex jirċievu din il-gwida, il-mexxejja isejħu minnufih il-help line tal-Knisja li jikkonċerna abbuż fejn dan huwa disponibbli (ara 38.6.2.1). Fejn dan mhux dsiponibbli, il-president tal-wited jikkuntattja l-konsulent legali tar-reġjun fl-uffiċċju tar-reġjun.
Huwa f’sitwazzjoni waħda biss li isqof jew president tal-wited għandu jiżvela informazzjoni kunfidenzjali mingħajr ma l-ewwel ifittex din il-gwida. Dan huwa meta l-iżvelar huwa neċessarju biex jiġi pprevenut ħsara li thedded il-ħajja jew korriment serju u m’hemmx żmien biex wieħed ifittex il-gwida. F’każijiet bħal dawn, id-dmir li tipproteġi oħrajn huwa iktar importanti mid-dmir ta’ kunfidenzjalità. Il-mexxejja għandhom jikkuntattjaw l-awtoritajiet ċivili immedjatament.
32.6
Severità tad-Dnub u Polisi tal-Knisja
Is-severità ta’ dnub hija konsiderazzjoni importanti biex niddeterminaw il-mod li (1) bih ngħinu biex oħrajn ikunu protetti u (2) ngħinu persuna tindem. Il-Mulej qal li “ma nistax nippermetti li nagħlaq għajnejja għall-iċken dnub” (Duttrina u Patti 1:31; ara wkoll Mosija 26:29). Il-qaddejja tiegħu ma jistgħux jinjoraw evidenza ta’ dnub serju.
Dnubiet serji huma offiża deliberata u maħħura kontra l-liġijiet ta’ Alla. Kategoriji ta’ dnubiet serji huma mniżżlin hawn taħt.
-
Atti u Abbużi Vjolenti
-
Immoralità sesswali
-
Għemejjel ta’ reat
-
Ksur ta’ fiduċja
-
Xi għemejjel oħra
Meta Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest jew Jista’ Jkun Meħtieġ
Tip ta’ Dnub |
Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest |
Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ |
---|---|---|
Tip ta’ Dnub Atti u Abbużi Vjolenti | Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest
| Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ |
Tip ta’ Dnub Immoralità sesswali | Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest
| Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ
|
Tip ta’ Dnub Għemejjel ta’ Reat | Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest
| Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ
|
Tip ta’ Dnub Ksur ta’ Fiduċja | Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest
| Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ
|
Tip ta’ Dnub Xi Għemejjel Oħra | Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest
| Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ
|
32.6.3
Meta l-President tal-Wited Jiddiskuti mal-Presidenza tar-Reġjun dwar Jekk Kunsill Dwar Sħubija jew Azzjoni Oħra Hija Meħtieġa
Xi sitwazzjonijiet jeħtieġu iktar sensittività u gwida. Sabiex ikun jaf kif l-aħjar li jgħin, jeħtieġ li l-president tal-wited jiddiskuti mal-Presidenza Reġjonali dwar kwistjonijiet imsemmija f’din is-sezzjoni.
32.6.3.2
Apostasija
Kwistjonijiet ta’ apostasija ta’ spiss għandhom impatt lil hinn mill-konfini tal-qasam jew tal-wited. Jeħtieġ li jiġi indirizzati minnufih biex jiġu protetti oħrajn.
L-isqof jiddiskuti mal-president tal-wited jekk iħoss li azzjoni ta’ xi membru taf tikkostitwixxi apostasija.
Kif użata hawn, apostasija tirreferi għal xi membru li jinvolvi ruħu f’xi waħda minn dawn li ġejjin:
-
Ripetutament jaġixxi f’oppożizzjoni pubblika, fid-deher u deliberata, kontra l-Knisja, id-duttrina tagħha, il-polisis tagħha, jew il-mexxejja tagħha.
-
Jippersisti billi jgħallem bħala d-duttrina tal-Knisja dik li mhix duttrina tal-Knisja wara li jkun ikkoreġut mill-isqof jew mill-president tal-wited.
-
Juri xejra li qed jaħdem b’intenzjoni biex idgħajjef il-fidi u l-attività tal-membri tal-Knisja.
-
Jibqa’ jimxi wara tagħlim ta’ setet apostata wara li jkun ikkoreġut mill-isqof jew mill-president tal-wited.
-
Formalment jingħaqad ma’ knisja oħra u jippromwovi t-tagħlim tagħha.
32.6.3.3
Approprjazzjoni ta’ Fondi tal-Knisja
Jekk membru iwettaq approprjazzjoni ta’ fondi tal-Knisja jew jisraq propjetà prezzjuża tal-Knisja, il-president tal-wited jieħu parir mingħand il-Presidenza tar-Reġjun rigward jekk kunsill dwar sħubija jew azzjoni oħra hija meħtieġa.