“33. Reġistru u Rapporti,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“33. Reġistru u Rapporti,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
33.
Reġistri u Rapporti
33.0
Introduzzjoni
Iż-żamma tar-reġistri minn dejjem kienet importanti fil-Knisja tal-Mulej. Per eżempju:
Adam żamm “ktieb ta’ tifkira” (Mosè 6:5).
Moroni għallem li l-ismijiet ta’ dawk li jiġu mgħammdin fil-Knisja ta’ Kristu għandhom ikunu reġistrati sabiex “huma jiġu mfakkra u sostnuti permezz tal-kelma tajba ta’ Alla” (Moroni 6:4).
Joseph Smith ta struzzjoni li reġistratur għandu jissejjaħ f’kull qasam sabiex “jagħmel reġistrazzjoni tal-verità quddiem il-Mulej” (Duttrina u Patti 128:2.
33.1
Ħarsa Ġenerali lejn ir-Reġistri tal-Knisja
Ir-reġistri tal-Knisja huma sagri. L-informazzjoni fihom hija sensittiva u għandha tkun salvagwardata. Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-Knisja tawtorizza aċċess għal informazzjoni dwar sħubija ibbażat fuq sejħiet.
Ir-reġsitri jgħinu lill-mexxejja:
-
Jidentifikaw min għandu bżonn attenzjoni speċjali.
-
Jidentifikaw liema ordinanzi ta’ salvazzjoni persuna rċeviet jew li jaf għandha bżonn.
-
Jillokalizzaw membri.
It-tipi ta’ reġistri li ġejjin jinżammu f’units ta’ Knisja:
-
Rapporti tal-parteċipazzjoni tal-membri (ara 33.5).
-
Reġistri ta’ sħubija (ara 33.6).
-
Reġistri storiċi (ara 33.7)
-
Reġistri finanzjarji (ara kapitlu 34)
33.2
Istruzzjonijiet Ġenerali għall-Iskrivani
Dawn għandhom ikollhom rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju.
L-iskrivani jimxu bir-reqqa wara polisis kurrenti tal-Knisja biex jissalvagwardjaw fondi tal-Knisja u jassiguraw li r-reġistri tal-Knisja huma preċiżi. L-iskrivani mill-ewwel jinnotifikaw lill-mexxejja tas-saċerdozju dwar kwalunkwe kondotta mhux xierqa. Jekk jitfaċċaw diffikultajiet biex jiġi risolti kondotti mhux xierqa, l-iskrivani għandhom jikkuntattjaw l-Uffiċju ta’ Reġistri Kunfidenzjali fil-kwartieri ewlenin tal-Knisja.
Telefown: 1-801-240-2053 jew 1-800-453-3860, estensjoni 2-2053
Telefon bla ħlas (telefon GSD): 855-537-4357
Ijmejl: ConfidentialRecords@ChurchofJesusChrist.org
Iż-żmien ta’ servizz tal-iskrivani għandu jkun suffiċjenti għalihom biex jitgħallmu dmirijiethom u biex iżommu kontinwità f’xogħolhom. Minħabba li mhumiex membri tal-presidenza jew l-veskovat tal-wited, m’għandhomx bżonn li jkunu eżonorati meta l-presidenza jew il-veskovat tal-wited jiġu riorganizzati.
33.4
Reġistri u Rapporti tal-Wited
33.4.1
Veskovat
L-isqof jissorvelja ż-żamma ta’ reġistri tal-qasam.
33.4.2
Skrivan tal-Wited
Kull qasam għandu jkollu skrivan tal-qasam ikkwalifikat u attiv. Huwa rakkomandat mill-veskovat u msejjaħ u distint minn membru tal-presidenza tal-wited jew kunsillier kbir assenjat. Huwa għandu jkun iħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u jkollu rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju. Huwa jkun membru tal-kunsill tal-qasam. Huwa jattendi l-laqgħat tal-qasam kif indikat fi 29.2.
L-iskrivan tal-qasam jingħata struzzjonijiet mill-veskovat u mill-iskrivani tal-wited. Jistgħu jissejħu skrivani assistenti tal-qasam biex jgħinu.
33.4.2.1
Responsabbiltajiet taż-Żamma tar-Reġistri
L-iskrivan tal-qasam, jew assistent skrivan assenjat, għandu r-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Żomm reġistru tal-essajnments u d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħat tas-sħubija fil-qasam.
-
Assigura li r-reġistri u r-rapporti huma preċiżi u fi żmienhom.
L-iskrivan tal-qasam għandu jsir familjari mal-għodda tal-Knisja taż-żamma tar-reġistri (ara 33.0). Hu juża dawn l-għodod biex jgħin lill-mexxejja jidentifikaw:
-
Il-bżonnijiet tal-membri u tal-organizzazzjonijiet.
-
Id-disponibiltà tar-riżorsi, inkluż il-finanzi.
L-iskrivani tal-qasam iħeġġu lill-membri biex jirrapportaw kull żbalji fl-informazzjoni tas-sħubija tagħhom.
Dmirijiet oħra taż-żamma tar-reġistru jisgħu jinkludu:
-
Nassiguraw li l-ordinanzi huma rreġistrati kif suppost u minnufih.
-
Nippreparaw il-formola tas-Sosteniment tal-Uffiċjali għal konferenza tal-qasam.
-
Nirreġistraw informazzjoni għal kunsilli tal-sħubija fil-qasam.
-
Inżommu reġistri finanzjarji (ara 34.2.2).
33.5
Rapporti fuq il-Parteċipazzjoni tal-Membri
Rapporti fuq il-parteċipazzjoni tal-membri jgħinu lill-mexxejja jiffukaw fuq il-progress u l-bżonnijiet tal-membri.
33.5.1
Tipi ta’ Rapporti
33.5.1.1
Rapporti ta’ Attendenza
L-attendenza f’laqgħat tas-sagrament u s-saċerdozju tal-Ħadd u laqgħat tal-organizzazzjoni hija rreġistrata elettronikament bl-użu ta’ RMI jew Għodda għall-Membru.
Laqgħa tas-Sagrament. L-attendenza fil-laqgħa tas-sagrament hija rreġistrata kull ġimgħa mill-iskrivan tal-qasam jew assistent skrivan tal-qasam. L-għadd huwa n-numru li qed jattendu l-laqgħa personalment jew permezz tal-istriming, inkluż il-viżitaturi.
Kworum tal-Ħadd u Laqgħat ta’ Organizzazzjoni. L-attendenza hija reġistrata kull ġimgħa mill-iskrivani u mill-konsulenti tal-kworum u tal-organizzazzjoni. Mexxejja taż-żgħażagħ jistgħu wkoll jassistu fl-irrekordjar tal-attendenza. L-għadd huwa n-numru li qed jattendu l-laqgħa personalment jew permezz tal-istriming, inkluż il-viżitaturi. Membri li qed iservu fil-Primarja jew bħala mexxejja taż-żgħażagħ fil-qasam huma wkoll inklużi li jattendu.
L-iskrivan tal-qasam jista’ jirreġistra l-attendenza f’isem kull organizzazzjoni.
33.5.1.2
Nimministraw Rapporti ta’ Intervista
Ara 21.3.
33.5.1.3
Rapport ta’ Kull Tliet Xhur
Kull numru f’rapport jirrappreżenta persuna li għandha bżonnijiet uniċi (ara Ħelaman 15:13).
Ir-Rapport ta’ Kull Tliet Xhur jikkonsisti f’informazzjoni utli li tista’ tipprovdi lill-mexxejja b’għarfien hekk kif huma jfittxu ispirazzjoni dwar l-isorzi tagħhom ta’ kif jimministraw.
Il-mexxejja tal-wited u tal-qasam jirreferu għar-Rapport ta’ Kull Tliet Xhur regolarment biex jirrevedu l-progress ta’ individwi.
Kull qasam jikkompila u jissottometti Rapport ta’ Kull Tliet Xhur lill-kwartieri ewlenin tal-Knisja. L-iskrivan jirrevedi r-rapport mal-isqof u jissottomettih qabel il-15 tax-xahar wara t-tmiem ta’ kull tliet xhur.
33.5.2
Listi ta’ Sħubija
L-għodod taż-żamma tar-reġistri li għandha l-Knisja jipprovdu mexxejja b’aċċess għal-listi tas-sħubija. Dawn il-listi jistgħu jgħinu lill-mexxejja jidentifikaw:
-
Liema membri għandhom ma rċevewx l-ordinanzi li għalihom huma eleġibbli.
-
Liema ġuvintur u tfajliet huma eleġibbli li jservu missjoni.
-
Liema żgħażagħ m’għandhomx rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju.
-
Liema żgħażagħ jeħtieġu li jkunu skedati għal laqgħat ma’ membru tal-veskovat.
Mexxejja tal-kworum u l-organizzazzjoni għandhomx ikollhom aċċess għal-listi ta’ dawk li jappartjenu għall-kworum jew l-organizzazzjoni tagħhom.
33.6
Reġistri ta’ Sħubija
Ir-reġistri tas-sħubija jinkludu ismijiet ta’ membri, informazzjoni ta’ kuntatt, dettalji tal-ordinanzi, u informazzjoni vitali oħra.
Ir-reġistri ta’ sħubija għandhom jinżammu fil-qasam fejn jgħix il-membru. L-eċċezzjonijiet, li għandhom ikunu rari, jeħtieġu l-kunsens tal-isqfijiet u l-presidenti tal-wited involuti. Biex titlob għal eċċezzjoni, il-president tal-wited juża r-RMI biex jissottometti t-talba lill-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza.
Huwa importanti li tagħmlu dan li ġej minnufih:
-
Tirreġistraw l-informazzjoni dwar l-ordinanza.
-
Tmexxu reġistri tal-membri li jiġu fil-qasam jew jitilqu minnu.
-
Toħolqu reġistri għal membri ġodda u tfal ġodda ta’ ġenituri membri.
-
Tirreġistraw il-mewt ta’ membru.
-
Tirreġistraw l-informazzjoni dwar żwieġ u familja.
L-isqof jew il-president tal-wited jassigura li reġistru tas-sħubija jinsab fil-qasam propizju qabel ma membru jiġi intervistat biex jirċievi:
-
Sejħa tal-Knisja.
-
Rakkomandazzjoni tat-tempju.
-
Is-saċerdozju ta’ Melkisedek jew li jiġi ordnat għal uffiċċju ta’ dak is-saċerdozju.
Huwa wkoll jassigura li r-reġistru ma jinkludix xi waħda minn dawn li ġejjin:
-
Annotazzjoni
-
Kumment dwar restrizzjoni ta’ sigill jew ordinanza
-
Restrizzjonijiet formali dwar sħubija
Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandhom reġistri ta’ sħubija jingħataw jew jintwerew lil xi ħadd għajr lill-isqof jew l-iskrivan.
Il-membri jistgħu jaraw l-informazzjoni dwar sħubija għalihom infushom u għal xi ħadd minn uliedhom dipendenti li qed jgħix id-dar fuq l-app tal-Għodda għall-Membru. Huma jistgħu jitolbu wkoll kopji stampati tas-Sommarji ta’ Ordinanzi Individwali tagħhom mingħand l-iskrivan. Jekk jinstabu l-iżbalji, skrivan jassigura li huma kkoreġuti fir-reġistri ta’ sħubija.
33.6.1
Ismijiet Użati fir-Reġistri tal-Knisja
L-isem legali sħiħ ta’ persuna, kif definut bil-liġi jew abitudni lokali, għandu jintuża fir-reġistri ta’ sħubija u fiċ-ċertifikati tal-ordinanzi.
33.6.2
Membri tar-Reġistru
L-individwi li ġejjin huma membri tar-reġistru u għandhom ikollhom reġistru ta’ sħubija:
-
Dawk li ġew mgħammda u kkonfermati
-
Dawk taħt l-età ta’ 9 snin li ġew imberkin iżda mhux mgħammdin
-
Dawk li mhumiex kontabbli minħabba diżabbiltajiet intelletwali, indipendentament mill-età
-
Tfal mhux imberkin taħt l-età ta’ 9 snin meta dawn iż-żewġ fatturi t-tnejn japplikaw:
-
Mill-inqas ġenitur wieħed jew mill-inqas xi ħadd min-nanniet huwa membru tal-Knisja.
-
Iż-żewġ ġenituri jagħtu permess biex jinħoloq reġistru. (Jekk ġenitur wieħed biss għandu kustodja legali tat-tifel, il-permess ta’ dak il-ġenitur hija suffiċjenti.)
-
Persuna li għandha 9 snin jew iktar u li għandha reġistru tas-sħubija iżda li ma ġietx mgħammda u kkonfermata mhijiex membru tar-reġistru. Madankollu, il-qasam fejn tgħix il-persuna żżomm r-reġistru tas-sħubija sakemm il-persuna jkollha 18. Meta jasal dan iż-żmien, jekk il-persuna tagħżel li ma tiġix mgħammda, l-isqof jikkanċella r-reġistru tas-sħubija. Il-permess tal-president tal-wited hija meħtieġa.
Ir-reġistri mhumiex ikkanċellati għal dawk li ma ġew mgħammdin minħabba diżabbiltà intelletwali sakemm mhux mitlub mill-persuna jew mill-gwardjan legali, inkluż ġenitur.
33.6.3
Reġistri ta’ Membri tal-Qasam Ġodda
L-iskrivan tal-qasam jew skrivan assistent tal-qasam jikkuntattja membri ġodda fil-qasam minnufih wara li jaslu r-reġistri ta’ sħubija tagħhom biex jirrevedu s-Sommarju ta’ Ordinanzi Individwali għall-eżattezza.
33.6.6
Reġistri ta’ Membri li qed Jaqdu barra l-Qasam Ġeografiku Tagħhom
33.6.6.2
Reġistri ta’ Missjunarji Full-Time
Ara 24.6.2.8.
33.6.13
Reġistri ta’ Wlied Ġenituri Ddivorzjati
Ir-reġistri ta’ sħubija kollha jużaw isem legali ta’ persuna, kif definit mil-liġi jew abitudni lokali. Dan jinkludi l-ulied ta’ ġenituri li huma ddivorzjati.
L=ulied ta’ ġenituri ddivorzjati spiss jattendu l-laqgħat tal-Knisja fiż-żewġ oqsma tal-ġenituri tagħhom. Għalkemm unit wieħed biss jista’ jżomm u jaġġorna r-reġistru tas-sħubija uffiċjali tat-tifel jew tifla, reġistru tas-sħubija ‘barra ’l unit’ jista’ jinħoloq fil-qasam l-ieħor fejn huma jattendu. Dan jippermettu l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom li jiġi inkluż fil-listi tal-oqsma u tal-attendenza tal-klassi.
Tfal b’reġistru ta’ sħubija ‘barra ’l unit’ jistgħu jirċievu sejħa f’dak il-unit.
33.6.15
Restrizzjonijiet fuq Ċaqliq ta’ Reġistri ta’ Sħubija
Jekk membru jiċċaqlaq waqt li restrizzjonijiet formali dwar sħubija jew xi tħassib serju ieħor huwa pendenti, l-isqof jew skrivan awtorizzat jista’ jagħmel restrizzjoni ta’ ċaqlilq fuq ir-reġistru tas-sħubija. Huwa juża l-RMI biex jagħmel dan.
Reġistru li għandu restrizzjoni ta’ ċaqliq ma jiċċaċlaqx sakemm mexxej tas-saċerdozju li għamel ir-restrizzjoni jawtorizza li din titneħħa.
33.6.16
Reġistri mill-Falj “Indirizz Mhux Magħruf”
Xi drabi membru jiġi lokalizzat wara li r-reġistru tiegħu jew tagħha kien fil-file “indirizz mhux magħruf” fil-kwartieri ewlenin tal-Knisja. F’din is-sitwazzjoni, l-iskrivan tal-qasam jitlob ir-reġistru billi juża l-RMI.
33.6.17
Nirreġistraw u Nikkoreġu Informazzjoni dwar Ordinanzi
Ara kapitlu 18.
33.6.19
Awditjar tar-Reġistri ta’ Sħubija
Kull sena l-iskrivan tal-wited jew assistent tal-iskrivan tal-wited jassigura li jinżamm awditjar tar-reġistri ta’ sħubija f’kull qasam billi jintuża l-RMI. L-awditjar għandu jkun komplut sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
33.7
Reġistri Storiċi
33.7.1
Storja ta’ Qasam u Wited
Il-Mulej ta ordni li “storja tal-ħwejjeġ kollha importanti” li jikkonċernaw il-Knisja għandhom jiġu miktuba u għandhom jinżammu (Duttrina u Patti 69:3; ara wkoll vers 5; Alma 37:2).
Kull unit fil-Knisja għandu jiddokumenta l-ħwejjeġ kollha importanti li jikkonċernaw il-unit.
Li tiddokumenta storja huwa ħidma spiritwali li ssaħħaħ il-fidi ta’ dawk li jiktbuha u jaqrawha.
L-iskrivan tal-wited jew assistent skrivan tal-wited jipprepara l-istorja tal-wited. Il-veskovat jagħmel l-istess għall-qasam. L-istruzzjonijiet huma disponibbli fuq Stejjer Annwali tal-Wited, Distrett, u Missjoni fuq ChurchofJesusChrist.org.
33.8
Konfidenzjalità ta’ Reġistri
Ir-reġistri tal-Knisja huma kunfidenzjali, sew jekk jeżistu fuq karta, sew jekk diġitali. Dawn jinkludu:
-
Reġistri ta’ sħubija.
-
Reġistri finanzjarji.
-
Noti minn laqgħat.
-
Formoli u dokumenti uffiċjali (inkluż kunsilli dwar reġistri ta’ sħubija).
Il-mexxejja jiżguraw li l-informazzjoni li tinġabar minn membri hija:
-
Limitata għal dak li teħtieġ il-Knisja.
-
Użata biss għal għanijiet approvati tal-Knisja.
-
Mogħtija biss lil dawk li huma awtorizzati li jużawha.
Informazzjoni li hija maħżuna elettronikament trid tinżamm b’mid sikur u protetta kif xieraq (see 33.9.1).
33.9
Amministrazzjoni ta’ Reġistri
33.9.1
Protezzjoni
Ir-reġistri, rapporti, u data kollha tal-Knisja għandhom ikunu protetti kontra aċċes, bidla, distruzzjoni, jew kxif, li mhumiex awtorizzati. Din l-informazzjoni għandha tinżamm f’post sigur.
Tagħmir jew ħażniet tal-midja li huma tal-Knisja u li ntilfu jew insterqu għandhom jiġu rrapportati bla telf ta’ żmien fuq incidents.ChurchofJesusChrist.org. L-użu ħażin ta’ informazzjoni tal-Knisja għandha wkoll tiġi rrapportata.
33.9.1.1
Usernames u Passwords
Il-presidenti tal-wited, l-isqfijiet, u mexxejja oħra m’għandhom qatt jixxerjaw l-username u l-password tagħhom tal-Knisja ma’ konsulenti, skrivani, segretarji eżekuttivi, jew oħrajn.
33.9.1.3
Privatezza tad-Dejta
Ħafna pajjiżi għamlu liġi li jipproteġu d-data u li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali. Dan jinkludi l-informazzjoni fir-reġistri ta’ sħubija u reġistri oħra tal-Knisja li jidentifikaw individwi. Dawk il-mexxejja li għandhom mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-protezzjoni tad-data għall-immaniġjar lokali tar-reġistri tal-Knisja jistgħu jagħmlu kuntatt mal-uffiċju tal-Knisja dwar il-privatezza tad-data fuq DataPrivacyOfficer@ChurchofJesusChrist.org.