“35. Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“35. Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
35.
Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat
35.1
Għan
Il-Knisja tipprovdi djar tal-laqgħat biex dawk kollha li jidħlu jistgħu:
-
Jagħmlu u jġeddedu patti permezz tal-ordinanzi sagri (ara Duttrina u Patti 20:75; 59:9–12).
-
Jiltaqgħu flimkien (ara 3 Nefi 18:22–23).
-
Iqimu u jiltobu flimkien (ara Mosija 18:25; Moroni 6:9).
-
Jgħallmu u jimministraw lil ħaddieħor (ara Moroni 6:4–5).
-
Jipparteċipaw f’użi approvati oħrajn hekk kif deskritt f’dan il-kapitlu.
35.2
Irwoli u Responsabbiltajiet
35.2.2
Maniġer tal-Faċilitajiet tal-Knisja
Maniġer tal-faċilitajiet impjegat mal-Knisja jgħin lid-djar tal-laqgħat kollha operati mill-qasam. Il-maniġer jieħu ħsieb tiswijiet, tindif bir-reqqa, u manutenzjoni ta’ rutina fil-bini.
Hekk kif meħtieġ, il-maniġer tal-faċilitajiet jgħin billi jagħti struzzjonijiet lir-rappreżentant tal-Qasam u tal-wited tal-bini dwar kif jitnaddaf il-bini u jwettaq xogħol lokali ieħor. Jipprovdi istruzzjonijiet, materjali, u tagħmir.
Jista’ wkoll jirrevedi l-ispejjeż tal-bini mal-veskovat.
35.2.7
Veskovat
Il-veskovat (jew ir-rappreżentant tal-qasam tal-bini) jgħallem lill-membri kif jużaw, jieħdu ħsieb, u jipproteġu l-bini. Il-veskovat iqassam ukoll iċ-ċwievet tal-bini lill-mexxejja tal-qasam.
Huma jassiguraw li l-attivitajiet fil-bini u fuq l-art tal-madwar ikunu mmexxija b’mod sigur (ara 20.7).
Huma jikkomunikaw mal-maniġer tal-faċilitajiet tal-Knisja dwar bżonnijiet ta’ manutenzjoni u dawk operazzjonali. Huma jafu wkoll jirrevedu l-ispejjeż relatati mal-maniġer tal-faċilitajiet.
35.2.9
Rappreżentant tal-Qasam tal-Bini
Il-veskovat jiddetermina jekk isejjaħx rappreżentant tal-qasam tal-bini. Jekk jiddeċiedu li jestendu din is-sejħa, il-veskovat jista’ jsejjaħ għal adult maskili jew membru femminili. Jekk rappreżentant tal-qasam tal-bini ma jiġix imsejjaħ, l-isqof jista’ jassenja din ir-responsabbiltà lil wieħed mill-kunsilliera tiegħu, l-iskrivan tal-qasam jew assistent skrivan tal-qasam, jew lis-segretarju eżekuttiv.
Ir-rappreżentant tal-qasam tal-bini jorganizza mod kif il-membri u l-voluntiera jnaddfu u jżommu l-bini. Ir-rappreżentant jgħallimhom kif jagħmlu kull biċċa xogħol bil-provvisti u t-tagħmir disponibbli.
35.3
Nipprovdu Djar tal-Laqgħat
Id-djar tal-laqgħat ivarjaw fil-kobor u fit-tip skont il-bżonnijiet u kundizzjonijiet lokali. Dar tal-laqgħa tista’ tkun ġiet mibnija mill-Knisja jew spazju mixtri, dar ta’ membru, skola lokali jew ċentru tal-komunità, spazju mikri, jew xi għażla approvata oħra.
Il-mexxejja reġjonali u lokali jfittxu biex jużaw b’mod sħiħ id-djar tal-laqgħat u jkunu għaqlin li jirrakkomandaw spazju addizzjonali.
35.4
Inżommu Djar tal-Laqgħat
35.4.1
Innaddfu u Nżommu Djar tal-Laqgħat
Il-mexxejja lokali u l-membri, inkluż iż-żgħażagħ, għandhom responsabbiltà li jgħinu biex iżommu kull bini nadif u f’kundizzjoni tajba.
L-iskeda ta’ tindif m’għandhiex tkun ta’ piż żejjed fuq il-membri. Per eżempju, jekk l-ivjaġġar għall-bini huwa ta’ sfida, il-membri jistgħu jnaddfu bħala parti mill-avvenimenti ta’ kull ġimgħa meta jkunu diġà fil-bini.
35.4.2
Nitolbu għal Tiswijiet
Il-membri tal-qasam u l-kunsilli tal-wited jistgħu jirrapportaw il-bżonnijiet għat-tiswijiet tal-bini. Dan jista’ jsir billi jużaw l-għodda tal-Facility Issue Reporting (FIR).
35.4.5
Sigurtà u Sigurezza
Il-mexxejja u l-membri għandhom:
-
Iżommu l-kurituri, turġien, postijiet ta’ ħruġ, u kmamar ta’ utilità vojta għal dħul u ħruġ sigur.
-
Ma jużawx jew ma jżommux materjali ta’ periklu jew li jista’ jieħu n-nar fil-bini.
-
Jistabbilixxu u jsegwu l-proċeduri ta’ qfil tal-bini.
-
Iżommu t-tagħmir tal-Knisja sigur mis-serq.
-
Ikunu jafu kif jagħlqu utilitajiet bħal ilma, elettriku, u gass jew fjuwil.
Hekk kif meħtieġ, il-maniġer tal-faċiltajiet jista’ jipprovdi mappa li turi l-estingwituri tan-nar, kits tal-ewwel għajnuna, u lokazzjonijiet ta’ għeluq tal-utilitajiet. Aktar informazzjoni dwar sigurtà hija disponibbli f’“Proċeduri ta’ Sigurtà u Qfil” f’”Inżommu Djar tal-Laqgħat” (Gwida tal-Faċilitajiet tad-Djar tal-Laqgħat). Ara wkoll 20.7.
35.5
Polisis dwar kif Nużaw Propjetà tal-Knisja
35.5.1
Xogħol ta’ Arti
Id-djar tal-laqgħat għandhom jirriflettu attitudni ta’ reverenza għal Ġesù Kristu u jixhdu l-fidi tal-membri fih. Arti li tirrappreżenta lil Ġesù Kristu għandha tiġi mqiegħda fil-fwajè tad-djar tal-laqgħat biex tgħinna nuru li l-fidi hi fiċ-ċentru.
35.5.2
Nibnu Użi li Mhumiex Permessi
35.5.2.1
Użi Kummerċjali
Propjetà tal-Knisja ma tistax tiġi użata għall-għanijiet kummerċjali. Per eżempju, ma tistax tiġi użata biex tissapportja xi tip ta’ negozju. Dan it-tip ta’ użu ma jimxix mal-għanijiet tal-propjetà tal-Knisja. Dan jista’ wkoll joħloq kunflitt mal-liġijiet lokali jew nazzjonali li jafu jippermettu l-eżentazzjoni tat-taxxa ta’ propjetà tal-Knisja.
Nilqgħu lill-kelliema jew għalliema li jħaddmu lill-parteċipanti, li nitolbu konsumaturi jew klijenti, jew dawk li jiġu mħallsa donazzjoni waqt li jagħmlu s-seminars, lezzjonijiet (ħlief għall-istruzzjonijiet privati ta’ pjanu jew orgni; ara 19.7.2), klassijiet ta’ eżerċizzju, jew attivitajiet oħra li mhumiex approvati.
35.5.2.2
Għanijiet politiċi
Propjetà tal-Knisja ma tistax tiġi użata għal skopijiet politiċi. Dan jinkludi l-organizazzjoni ta’ laqgħat politiċi jew kampanji. Il-Knisja hija politikament newtrali (ara 38.8.30).
35.5.2.3
Użi Oħra
Użi oħrajn ta’ propjetà tal-Knisja li mhumiex permessi jinkludu:
-
L-organizazzjoni ta’ prattiċi atletiċi jew avvenimenti oħrajn li mhumiex sponsorjati mill-Knisja. Korijiet tal-komunità u żwieġijiet ċivili jistgħu jkunu eċċezzjonijiet (ara 38.3.4 dwar żwieġijiet ċivili).
-
Li nħallu l-użu ta’ xelter għal matul il-lejl (ħlief f’emerġenzi; ara 35.5.4).
-
Kamping jew attivitajiet oħrajn li jinkludu l-irqad għal lejl sħiħ.
Dawn l-użi li ġejjin ġeneralment mhumiex approvati. Il-mexxejja lokali jikkuntattjaw lill-maniġer tal-faċiltajiet jekk iħossu l-bżonn ta’ xi eċċezzjoni.
-
Li jinkrew jew jiġu mikrija binjiet u propjetajiet tal-Knisja.
-
Li jiġu użati propjetajiet għar-reġistrazzjoni tal-votant politiku jew bħala postijiet tal-votazzjoni; eċċezzjoni jaf tiġi magħmula fuq it-talba ta’ uffiċjali tal-gvern fejn ma jkunx hemm alternattiva raġonevoli u l-attività ma tkunx se tagħmel ħsara lix-xbieha jew lill-pożizzjoni newtrali tal-Knisja (ara 38.8.30)
35.5.4
Emerġenzi
Waqt emerġenza, il-president tal-wited jiddeċiedi jekk hux se jagħmel laqgħat tal-qasam jew tal-wited. Hu jista’ wkoll iħalli bini u propjetà tal-Knisja jiġu użati minn aġenziji ta’ għajnuna waqt diżastru u għall-sforzi assoċjati ma’ dan.
35.5.10
Ritratti u Rikording ta’ Vidjos matul Laqgħat tas-Sagrament.
Il-laqgħat tas-Sagrament huma sagri. Għal din ir-raġuni, teħid ta’ ritratti u rikording tal-laqgħat tas-sagrament mhux permess.
Għal inforamzzjoni dwar xandiriet diretti jew trasmissjoni tal-laqgħat tas-sagrament u laqgħat oħrajn, ara 29.7.