“37. Utied, Oqsma, u Fergħat Speċjalizzati,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“37. Utied, Oqsma, u Fergħat Speċjalizzati,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
37.
Utied, Oqsma, u Fergħat Speċjalizzati
37.0
Introduzzjoni
Il-president tal-wited jista’ jipproponi li joħloq utied, oqsma, u fergħat speċjalizzati biex iservu lill-membri hekk kif spjegat f’dan il-kapitlu.
37.1
Oqsma u Fergħat tal-Lingwa
Il-president tal-wited jista’ jipproponi li jinħoloq qasam jew fergħa tal-lingwa għall-membri tal-wited (1) li ma jitkellmux il-lingwa nattiva tal-lokal jew (2) li jużaw il-lingwa tas-sinjali.
37.7
Gruppi f’Utied, Missjonijiet, u Reġjuni
Gruppi huma ġabriet żgħar ta’ membri awtorizzati approvati minn isqof, president tal-fergħa, jew president tal-missjoni. Il-president tal-wited jew tal-missjoni jista’ jirrakkomanda li jinħoloq grupp f’dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
-
L-ivjaġġar għall-membri potenzjali tiegħu biex jiltaqgħu ma’ qasam jew fergħa huwa diffiċli.
-
Numru żgħir ta’ membri jitkellmu lingwa li hija differenti minn dawk tal-qasam jew tal-fergħa.
-
Membri fil-militar huma servuti l-aħjar billi jkunu fi grupp.
Grupp irid ikollu mill-inqas żewġ membri. Wieħed irid ikun qassis denn fis-Saċerdozju ta’ Aron jew iħaddan b’mod denju fis-Saċerdozju ta’ Melkisedek.
Fl-utied, il-president tal-wited jassenja isqof jew president tal-fergħa biex jorganizza u jissorvelja l-grupp. Fil-missjonijiet, il-president tal-missjoni jassenja president tal-fergħa biex jorganizza u jissorveljah.
Il-president tal-wited, president tal-missjoni, isqof, jew president tal-fergħa jsejjaħ mexxej tal-grupp u jiddistingwih. Il-mexxej tal-grupp jorganizza u jmexxi laqgħat tal-grupp, li jinkludu l-amministrazzjoni tas-sagrament.
Mexxej tal-grupp ma jħaddanx imfietaħ tas-saċerdozju, u mhux awtorizzat biex:
-
Jirċievi d-Dieċmi u l-Offerti.
-
Jikkonsulta mal-membri dwar dnub serju.
-
Jagħti restrizzjonijiet informali u formali dwar sħubija.
-
Iwettaq dmirijiet oħra li jirrikjedu l-imfietaħ tas-saċerdozju.
Tipikament, il-gruppi jużaw il-Programm tal-Unit Bażiku.
Ir-reġistri ta’ sħubija tal-membri tal-grupp huma miżmuma fil-qasam jew fil-fergħa li tissorvelja l-grupp.
Il-kwartieri tal-Knisja ma jassenjawx numru tal-unit lill-gruppi.