2010
Il-Barka Patrijarkali Tiegħek
Frar 2010


Iż-Żgħażagħ

Il-Barka Patrijarkali Tiegħek

Il-President Monson iddeskriva l-barka patrijarkali bħala “Liahona personali sabiex tgħinek tfassal ħajtek u tiggwida triqatek.” Allura x’inhi din il-barka, u kif tista’ tgħin biex tiggwidalek ħajtek?

X’ inhi l-barka patrijarkali?

Il-barka tiegħek għandha żewġ għanijiet. L-ewwel, tiddikjara n-nisel tiegħek, jew minn liema tribù tad-dar ta’ Iżrael inti tagħmel parti. It-tieni, ikun fiha informazzjoni li tgħin biex tiggwidak. Il-probabbiltà hi li l-barka tiegħek tkun tikkonsisti f’ wegħdiet u twiddib.

Kemm irid ikolli età sabiex nirċievi l-barka tiegħi?

M’ hemmx xi età partikolari, iżda trid tkun kbir biżżejjed li tapprezza n-natura sagra ta’ din il-barka. Ħafna membri jibdew jitħejjew sabiex jirċievu din il-barka fl-ewwel snin tal-adoloxxenza tagħhom.

Kif nista’ nirċievi l-barka?

L-ewwel tkellem mal-isqof jew mal-president tal-fergħa tiegħek. Jekk inti tinsab lest u denju li tirċievi l-barka, inti tirċievi rakkomandazzjoni. Wara li jsir dan, inti tista’ tiskeda appuntament mal-patrijarka fir-reġjun tiegħek.

X’ nagħmel bil-barka tiegħi?

Żommha f’ post sikur, u aqraha ta’ spiss. Ftakar, il-barka tiegħek hija sagra u personali. Tista’ taqsamha mal-membri tal-familja tiegħek, iżda m’ għandekx taqsamha pubblikament. Ukoll, il-barkiet kollha msemmijin fil-barka patrijarkali tiegħek jiddependu mill-fedeltà tiegħek u mill-ħin tal-Mulej.

Ipprintja