2010
Li Nkunu Mħejjija Spiritwalment
Frar 2010


Messaġġ tal-Ewwel Presidenza, Frar 2010

Li Nkunu Mħejjija Spiritwalment

Kunsill mill-Profeta Tagħna

Sisien ta’ Fidi

“Jekk ma jkollniex sisien sodi ta’ fidi u testimonjanza soda ta’ verità, jaf ikollna diffikultà biex nikkumbattu t-tempesti qawwija u l-irjieh kesħin tal-avversità li bla dubju ta’ xejn iżuru lil kull wiehed u waħda minna.

“Zmien il-mortalità huwa zmien ta’ prova, zmien li nuru lilna nnifisna li aħna denji li nerggħu lura fil-preżenza ta’ Missierna tas-Smewwiet. Sabiex aħna niġu ttestjati, irridu niffaċċjaw ċerti sfidi u diffikultajiet. Dawn jistgħu jkissruna, u l-wiċċ ta’ ruħna jista’ jixxaqqaq u jitkisser – u dan iseħħ biss jekk il-pedament tal-fidi tagħna u t-testimonjanza tagħna tal-verità ma jkunux issimentati sewwa ġewwa fina. ”1

Nitgħallmu Lezzjonijiet mill-Passat

“Fit-tfittxija għal dak li huwa l-aħjar fina, jistgħu jkunu bosta l-mistoqsijiet li jiggwidaw ħsibijietna: Jiena jien dak li verament nixtieq inkun? Illum ninsab aktar viċin is-Salvatur milli kont ilbieraħ? U għada sa nkun aktar viċin milli jiena llum? Għandi l-kuraġġ li ninbidel għall-aħjar? …

“Is-snin ġew u marru, iżda l-bżonn tat-testimonjanza tal-evanġelju baqa’ importanti ferm. Hekk kif nimxu lejn il-futur, m’ għandniex nittraskuraw il-lezzjonijiet tal-passat.”2

Il-Liahona Personali Tiegħek

“Il-barka patrijarkali tiegħek hi tiegħek u tiegħek biss. Jista’ jkun li hija barka qasira jew inkella twila, sempliċi jew profonda. Mhumiex it-tul u l-lingwa li jagħmlu barka patrijarkali. Huwa l-Ispirtu li jwasslilna l-veru tifsira tagħha. Il-barka tiegħek mhijiex hemm sabiex tħalliha mitwija pulita merfugħa x’ imkien. Mhijiex għandek sabiex tagħmilha fi gwarniċ jew tippubblikaha. Iżda qiegħda hemm sabiex taqraha. Qiegħda hemm sabiex tħobbha. Qiegħda sabiex timxi warajha. Il-barka patrijarkali tiegħek tiggwidak f’ mumenti diffiċli. Tiggwidak meta tħabbat wiċċek mal-periklu tal-ħajja. … Il-barka patrijarkali tiegħek hija għalik bħal Liahona personali sabiex tgħinek tfassal ħajtek u tiggwida triqatek. …

“Sa jkollna bżonn il-paċenzja waqt li nistennew u nagħmlu dak li nistgħu sabiex titwettaq il-barka mwiegħda.”3

Morru Għandu

“Ftakru li intom ma timxux weħidkom. … Hekk kif timxu l-mixja tal-ħajja, imxu dejjem lejn id-dawl, u d-dell tal-ħajja jintilef warajkom. …

“Hekk kif dort lejn l-iskrittura għall-ispirazzjoni, hemm kelma partikolari li lili dejjem laqqtitni. Il-kelma [hi] ‘ejjew.’ Il-Mulej qal, ‘Ejjew għandi.’ Huwa qal, ‘Ejjew tgħallmu minni.’ Huwa qal ukoll, ‘Ejjew, imxu warajja.’ Togħġobni l-kelma, ejjew. It-talba tiegħi hi li aħna mmorru għand il-Mulej.”4

Noti

  1. “How Firm a Foundation,” Liahona, Nov. 2006, 62.

  2. “Becoming Our Best Selves,” Liahona, Apr. 2006, 3, 5.

  3. “Your Patriarchal Blessing: A Liahona of Light,” Ensign, Nov. 1986, 66.

  4. 16-stake fireside, Brigham Young University, Nov. 16, 1986.

Tagħlim minn Dan il-Messaġġ

Teaching, No Greater Call jiddikjara: “Għalliem ta’ ħila ma joqgħodx jaħseb, … ‘X’ sa ngħallem illum?’ iżda minflok, ‘Kif sa ngħin l-istudenti tiegħi jiskopru dak li għandhom bżonn jitgħallmu?’” ([1999], 61). Biex tgħin individwi jitgħallmu minn dan l-artiklu, ikkunsidra li tipprovdilhom xi karta u lapes u tagħtihom ħin sabiex jaqraw il-kliem tal-President Monson u jiktbu l-veritajiet li huma jiskopru dwar kif jistgħu jitħejjew spiritwalment. It-tfal iż-żgħar jistgħu jpinġu xi stampi dwar dak li jkunu tgħallmu. Ikkunsidra li titlobhom jaqsmu miegħek dak li jkunu qraw jew pinġew.

Ipprintja