2010
Inħaddmu r-Riżorsi Tagħna bil-Għaqal u Nżommu ‘l Bogħod mid-Dejn
Frar 2010


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2010

Inħaddmu r-Riżorsi Tagħna bil-Għaqal u Nżommu ‘l Bogħod mid-Dejn

Għallem l-iskrittura u l-kwotazzjonijiet jew, jekk ikun hemm bżonn, xi prinċipju ieħor li jista’ jbierek lill-aħwa li inti żżur. Agħti t-testimonjanza tiegħek ta’ din id-duttrina. Stieden lil dawk li inti tgħallem sabiex jaqsmu miegħek dak li huma ħassew u tgħallmu.

Inħaddmu r-Riżorsi Tagħna

‘Li tgħix bil-għaqal’ … ifisser li [tħaddem] ir-riżorsi tiegħek bi prudenza, tippjana b’ għaqal il-finanzi tiegħek, tfaddal il-flus għas-saħħa personali, u tfaddal biżżejjed għall-edukazzjoni u għall-avvanz fil-karriera, u tagħti attenzjoni xierqa lill-produzzjoni u l-ħażna fid-dar kif ukoll li tħejji għal dak li jista’ jinqala’. … Jekk aħna ngħixu bil-għaqal, aħna nħossuna sikuri daqs li kieku ninsabu f’ idejh.”1

Il-President Spencer W. Kimball (1895–1985).

“X’ inhuma dawk il-ħiliet li jgħinuna nsiru awto-suffiċjenti? … Fl-ewwel żminijiet tal-Knisja, Brigham Young talab lill-aħwa nisa sabiex jitgħallmu kif għandhom ibiegħdu l-mard mill-familji tagħhom, iwaqqfu l-industrija f’ darhom, u jitgħallmu l-accounts u kif għandhom iżommu l-kotba tan-negozju u xi ħiliet prattiċi oħra. Dawn il-prinċipji għadhom japplikaw sal-ġurnata tal-lum. L-edukazzjoni tkompli tkun mill-aktar importanti. …

“Staqsejt diversi isqfijiet dwar x’ inhuma dawk il-ħiliet li għandhom bżonn jitgħallmu l-aktar l-aħwa nisa li hemm fil-qasam tagħhom, u t-tweġiba tagħhom kienet li jippjanaw kif iħaddmu flushom sewwa. In-nisa jridu jifhmu x’ implikazzjonijiet jista’ jkun hemm meta huma jixtru bi kreditu u ma jgħixux skond il-pjan tal-infieq. It-tieni ħila li semmew l-isqfijiet hija t-tisjir. Ikla mħejjija u mikula ġewwa d-dar normalment tiswa anqas, tkun aħjar għas-saħħa u tikkontribwixxi sabiex ikun hemm relazzjonijiet aktar b’ saħħithom fil-familja.”2

Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

Evita d-Dejn

“Ħa nissuġġerixxi ħames punti li jgħinuk tkun finanzjarjament ħielsa. …

“L-ewwel, ħallas id-dieċmi tiegħek. …

“It-Tieni, onfoq anqas milli taqla’. …

“It-tielet, tgħallem faddal. …

“Ir-raba’, onora l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħek. …

“Il-ħames, għallem l-uliedek sabiex jimxu fuq l-eżempju tiegħek.3

Il-Presbiteru Joseph B. Wirthlin (1917–2008) tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

“Meta nidħlu fid-dejn, aħna nkunu qegħdin nagħtu parti mill-għażla ħielsa prezzjuża u imprezzabbli tagħna u npoġġu lilna nfusna f’ jasar li nkunu ġibnieh b’ idejna stess. Aħna nagħtu l-ħin, l-enerġija u l-flus tagħna sabiex inħallsu lura dak li nkunu ssellifna—riżorsi li stajna nużaw sabiex ngħinu lilna nfusna, lill-familji tagħna u lill-oħrajn. …

“Sabiex inħallsu d-dejn tagħna issa u nevitaw aktar dejn fil-futur, aħna għandna bżonn neżerċitaw il-fidi tagħna fis-Salvatur – mhux biss biex nagħmlu aħjar iżda biex insiru aħjar. Għandna bżonn fidi kbira biex inlissnu dak il-kliem sempliċi, ‘Ma naffordjahiex.’ Għandna bżonn il-fidi li nafdaw li l-ħajja tkun ferm aħjar hekk kif nissagrifikaw dak li aħna nixtiequ sabiex nagħmlu tajjeb għall-bżonnijiet tagħna u tal-oħrajn”4

Il-Presbiteru Robert D. Hales tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu:

Noti

  1. “Welfare Services: The Gospel in Action,” Ensign, Nov. 1977, 78.

  2. “The Welfare Responsibilities of the Relief Society President,” Basic Principles of Welfare and Self-Reliance (2009), 5.

  3. “Earthly Debts, Heavenly Debts,” Liahona, Mejju 2004, 41, 42.

  4. “A Gospel Vision of Welfare: Faith in Action,” Basic Principles of Welfare and Self-Reliance (2009), 1.

Għajnuna għall-Għalliema taż-Żjajjar

Tkellem mas-sieħba tiegħek dwar kif tista’, b’ mod sensittiv, taddatta dan il-messaġġ skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull oħt. X’ inhuma dawk l-għajnuniet li inti tista’ taqsam magħha li jgħinuna nkunu awto-suffiċjenti?

Tħejjija Personali

Malakija 3:10

Mattew 6:19–21

Luqa 12:15

D&C 38:30; 88:119

Għal aktar informazzjoni, ara All Is Safely Gathered In: Family Finances (item nu. 04007).

Ipprintja