2010
Insaħħu l-Fidi f’ Alla l-Missier u f’ Ġesù Kristu Permezz tal-Istudju Personali tal-Iskrittura
Marzu 2010


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Marzu 2010

Insaħħu l-Fidi f’ Alla l-Missier u f’ Ġesù Kristu Permezz tal-Istudju Personali tal-Iskrittura

Għallem l-iskrittura u l-kwotazzjonijiet jew, jekk ikun hemm bżonn, xi prinċipju ieħor li jista’ jbierek lill-aħwa li inti żżur. Agħti t-testimonjanza tiegħek ta’ din id-duttrina. Stieden lil dawk li inti tgħallem sabiex jaqsmu miegħek dak li huma ħassew u tgħallmu.

“Meta kont għadni kif iżżewwiġt, … ġejt mistiedna biex nattendi ikla għall-aħwa kollha tas-Soċjetà tal-Għajnuna tal-qasam tiegħi li jew kienu qraw il-Ktieb ta’ Mormon jew inkella qraw ktieb qasir dwar l-istorja tal-Knisja. Il-qari tiegħi tal-iskrittura ma tantx kien wieħed regolari, għalhekk jiena ikkwalifikajt billi qrajt il-ktieb il-qasir għaliex kien aktar faċli u jieħu anqas ħin. Hekk kif kont qed niekol l-ikla tiegħi, ħassejt sentiment mill-aktar qawwi li għalkemm il-ktieb tal-istorja kien wieħed tajjeb, kien missni qrajt il-Ktieb ta’ Mormon. L-Ispirtu s-Santu kien qed iħeġġiġni sabiex nibda naqra ferm aktar l-iskrittura. Dak inhar stess jiena bdejt naqra l-Ktieb ta’ Mormon, u qatt ma waqaft. … Għaliex bdejt naqra l-iskrittura kuljum, tgħallimt dwar Missieri tas-Smewwiet, Ibnu Ġesù Kristu u x’ għandi nagħmel biex insir bħalhom. …

“… Kull mara tista’ tkun għalliema tad-duttrina tal-evanġelju fid-dar tagħha, u kull oħt fil-Knisja għandha bżonn l-għarfien tal-evanġelju bħala mexxejja u għalliema. Jekk għadek ma żviluppajtx id-drawwa li tistudja l-iskrittura kuljum, ibda minn issa u ibqa’ studja sabiex inti tkun mħejjija għar-responsabbiltajiet tiegħek kemm f’ din il-ħajja kif ukoll fl-eternitajiet”1

Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

“L-istudju ta’ l-iskrittura jgħin lit-testimonjanzi tagħna u tal-membri tal-familja tagħna. Uliedna llum qed jikbru mdawrin b’ vuċijiet li jtanbrulhom kontinwament sabiex jabbandunaw dak li hu sewwa u jfittxu, minflok, il-pjaċiri tad-dinja. Sakemm ma jkollhomx bażi soda fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, testimonjanza tal-verità, u determinazzjoni li jgħixu sewwa, huma jistgħu jaqgħu għal dawn l-influwenzi. Hija r-responsabbiltà tagħna li niffortifikawhom u nipproteġuhom. ”2

Il-President Thomas S. Monson.

“Irridu li n-nisa tagħna jkunu studjużi tal-iskrittura. … Għandkom bżonn li ssiru tafu mill-viċin il-veritajiet eterni għall-aħjar tagħkom, u bl-iskop li tgħallmu lil uliedkom u lil dawk kollha li jkunu taħt l-influwenza tagħkom.”3

“Irridu li djarna jkunu mberkin b’ nisa studjużi tal-iskrittura—kemm jekk huma xebbiet jew miżżewġin, żgħażagħ jew xjuħ, romol jew jgħixu ġo familja. … Siru studjużi tal-iskrittura – mhux biex tkunu superjuri għall-oħrajn, iżda sabiex tedifikawhom!”4

Il-President Spencer W. Kimball (1895–1985).

Noti

  1. Julie B. Beck, “My Soul Delighteth in the Scriptures,” Liahona, Mejju 2004, 107–9.

  2. Thomas S. Monson, “Three Goals to Guide You,” Liahona, Nov. 2007, 118.

  3. Spencer W. Kimball, “Privileges and Responsibilities of Sisters,” Ensign, Nov. 1978, 102.

  4. Spencer W. Kimball, “The Role of Righteous Women,” Ensign, Nov. 1979, 102.

Għajnuna għat-Tagħlim taż-Żjajjar

Tul iż-żjara tiegħek, wieġeb il-mistoqsijiet u aqsam xi ħsibijiet billi tuża l-iskrittura. Aqsam it-testimonjanza tiegħek dwar kif l-istudju tal-iskrittura saħħaħlek il-fidi tiegħek. Itlob lill-oħt li inti żżur sabiex hi titkellem miegħek dwar kif l-istudju tal-iskrittura saħħaħ darha u lill-familja tagħha.

Tħejjija Personali

Ġwanni 5:39

2 Timotju 3:14–17

2 Nephi 9:50–51; 31:20; 32:3–5

D&C 138:1–11

Ipprintja