2010
Kanta l-Isbaħ Kanzunetta Tiegħek
Ġunju 2010


Tfal

Kanta l-Isbaħ Kanzunetta Tiegħek

Il-President Monson tkellem dwar it-tliet kanarini ta’ Sister McKee. Tnejn minnhom kienu sofor lellux. Dehru perfetti! It-tielet wieħed ma deherx perfett għaliex kellu tikek griżi fuq ġwenħajh. Iżda Sister McKee kienet tħobbu għaliex kien ikanta sabiħ.

Xi nies iħossu li m’humiex sbieħ jew bravi daqs ħaddieħor. Iżda kull persuna għandha valur għall-Mulej. Nistgħu nkunu fidili u bravi u nużaw it-talenti tagħna biex naqdu lil ħaddieħor. Mbagħad nkunu qisna dak il-kanarin isfar tagħha bil-griż fuq ġwenħajh. Aħna m’aħniex perfetti, iżda qegħdin inkantaw l-aktar kanzunetta ħelwa tagħna!

Ikteb tliet modi kif tista’ tkanta l-aktar kanzunetta sabiħa tiegħek lill-Mulej.

Jiena nista’ nkanta l-aktar kanzunetta ħelwa tiegħi lill-Mulej billi:

Ipprintja