2010
X’ Inhi s-Sbuħija Vera?
Ġunju 2010


Iż-Żgħażagħ

X’ Inhi s-Sbuħija Vera?

Il-President Monson qal dan f’ dan il-messaġġ, “Fid-dinja tagħna, il-karattru morali ħafna drabi jispiċċa sekondarju għas-sbuħija jew il-kariżma.” It-tfajliet jista’ jkun li jgħaddu ċertu ħin jinkwetaw dwar kif jidhru u kif għad jibdew jidhru biż-żmien. Ikkunsidra dawn il-ħsibijiet dwar is-sbuħija vera mill-Presbiteru Lynn G. Robbins tas-Sebgħin:

  • Mara żagħżugħa li wiċċha jiddi kemm bil-ferħ kif ukoll bil-virtù turi s-sbuħija ta’ ġewwa fiha.

  • It-tbissima kollha virtù hija verament sabiħa hekk kif tiddi b’ mod sħiħ u naturali. Din is-sbuħija ma tistax tpingija iżda hija don tal-Ispirtu.

  • Il-modestà hija sinjal estern u ħtieġa li turi s-sbuħija interna.

  • Jekk inti skuraġġuta minħabba d-dehra tiegħek, tajjeb li tara lilek iniffsek minn għajnejn dawk li jħobbuk. Is-sbuħija moħbija li jaraw fik dawk li jħobbuk tista’ ssir għalik mera li tgħinek ittejjeb lilek innifsek.

  • It-tip ta’ raġel li mara virtuża trid li tiżżewweġ “ma jarax” kif jara l-bniedem naturali (ara 1 Samuel 16:7). Huwa jinġibed lejn is-sbuħija vera li tiddi mill-qalb pura u sabiħa tagħha. L-istess ħaġa tapplika għal dik it-tfajla li qed tfittex ġuvni virtuż.

  • Missierna tas-Smewwiet jistenna li wliedu kollha sabiex jagħżlu dak li hu xieraq, li din hi l-unika triq li twassal għal ferħ dejjiemi u għas-sbuħija interna.

  • Mal-Mulej, m’hemmx kompetizzjoni. Lkoll għandna l-istess privileġġ li jista’ jkollna d-dehra Tiegħu mnaqqxa fuq wiċċna (ara Alma 5:19). M’ hemmx sbuħija isbaħ minn din.

Biex taqra l-messaġġ sħiħ, ara Lynn G. Robbins, “True Beauty,” New Era, Nov. 2008, 30. Il-ġuvintur jistgħu jsibu parir simili f’ Errol S. Phippen, “Ugly Duckling or Majestic Swan? It’s Up to You,” Liahona, Ott. 2009, 36.

Ipprintja