2010
Inġeddu l-Patti permezz tas-Sagrament
Ġunju 2010


Messaġġ tal-Għalliema ta ż- Żjajjar, Ġunju 2010

Inġeddu l-Patti permezz tas-Sagrament

Għallem l-iskrittura u l-kwotazzjonijiet jew, jekk ikun hemm bżonn, xi prinċipju ieħor li jista’ jbierek lill-aħwa li inti żżur. Agħti t-testimonjanza tiegħek ta’ din id-duttrina. Stieden lil dawk li inti tgħallem sabiex jaqsmu miegħek dak li huma ħassew u tgħallmu.

Ġesù Kristu Waqqaf is-Sagrament

“Ġesù ħa l-ħobż f’ idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lill-Appostli tiegħu u qal, ‘Kulu’ (Mat. 26:26). ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom: agħmlu dan b’ tifkira tiegħi’ (Luqa 22:19). Bl-istess mod ħa l-kalċi tal-inbid, li tradizzjonalment kien ikun imħallat bl-ilma, ta barka ta’ ringrazzjament, u tah lil dawk li kienu madwaru, u qalilhom: ‘Dan il-kalċi huwa l-patt il-ġdid b’ demmi,’ ‘li jixxerred … għall-maħfra ta’ dnubietkom.’ ‘Agħmlu dan b’ tifkira tiegħi.’ …

“Minn dik l-esperjenza fil-kamra ta’ fuq lejlet il-ġrajjiet li seħħew fil-Ġetsemani u l-Golgota, ulied il-wegħda daħlu f’ patt li jiftakru s-sagrifiċċju ta’ Kristu f’ dan il-mod aktar ġdid, nobbli, qaddis u personali.”1

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Aħna Nġeddu l-Patti tal-Magħmudija Tagħna permezz tas-Sagrament

“Meta nitgħammdu, aħna nieħdu fuqna l-isem sagru ta’ Ġesù Kristu. Li nieħdu fuqna Ismu hija waħda mill-aktar esperjenzi sinifikattivi li għandna f’ ħajjitna. …

“Kull ġimgħa fil-laqgħa sagramentali aħna nwiegħdu li niftakru s-sagrifiċċju tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur tagħna hekk kif inġeddu l-patt tal-magħmudija tagħna. Inwiegħdu li nagħmlu kif għamel is-Salvatur – li nkunu obbidjenti lejn il-Missier u dejjem inżommu l-kmandamenti Tiegħu. Il-barka li nirċievu lura mingħandu hi li dejjem ikollna l-Ispirtu Tiegħu magħna.”2

Il-Presbiteru Robert D. Hales tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

“Kont ma’ tifla ta’ tmien snin fil-jum tal-magħmudija tagħha. Fi tmiem il-jum hi qalet bil-kunfidenza kollha, ‘Ili li tgħammidt ġurnata sħiħa, u għadni m’għamiltx dnub wieħed!’ Iżda l-jum perfett tagħha ma baqax għal dejjem, u jiena żgur li issa qed titgħallem, kif nitgħallmu lkoll, li nippruvaw kemm nippruvaw, mhux dejjem nevitaw kull sitwazzjoni ħażina, kull għażla ħażina. …

“… Mhux possibbli li nagħmlu bidla vera bil-ħila tagħna biss. Ir-rieda tajba tagħna u l-intenzjoni tajba tagħna mhix biżżejjed. Meta nagħmlu l-iżbalji jew nagħmlu għażla ħażina, għandna nfittxu l-għajnuna tas-Salvatur tagħna sabiex nerġgħu lura fit-triq it-tajba. Aħna nieħdu sehem fis-sagrament ġimgħa wara ġimgħa sabiex nuru l-fidi tagħna fil-qawwa Tiegħu li tista’ tbiddilna. Nistqarru dnubietna u nwiegħdu li sa nħalluhom warajna.”3

Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

Noti

  1. Jeffrey R. Holland, “This Do in Remembrance of Me,” Ensign, Nov. 1995, 67.

  2. Robert D. Hales, “The Covenant of Baptism: To Be in the Kingdom and of the Kingdom,” Liahona, Jan. 2001, 8.

  3. Julie B. Beck, “Remembering, Repenting, and Changing,” Liahona, Mejju 2007, 110–11.

Għajnuna għat-Tagħlim taż-Żjajjar

Hekk kif issir taf lil xi oħt u lill-familja tagħha, fittex modi kif tista’ tgħinha ġġedded il-patti tagħha permezz tas-sagrament. Jekk hi ma tattendix il-laqgħa sagramentali, tista’ tistedinha sabiex tattendi jew toffri l-għajnuna tiegħek sabiex hi tkun tista’ tattendi (trasport, tgħinha bit-tfal, toqgħod bilqiegħda ħdejha, eċċ)?

Tħejjija Personali

Luqa 22:19–20

1 Korintin 11:23–28

3 Nephi 18:1–12

Ipprintja