2010
Il-Ktieb ta’ Mormon Personali Tiegħi
Settembru 2010


Iż-Żgħażagħ

Il-Ktieb ta’ Mormon Personali Tiegħi

F’ Awissu 2005, meta l-President Gordon B. Hinckley (1910–2008) sfida lill-membri tal-Knisja sabiex jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon kollu sa tmiem is-sena, jiena kont għamilt wegħda li naqra l-ktieb kollu. Kont familjari mal-istejjer li ssib fil-Ktieb ta’ Mormon iżda qatt ma kont qrajtu minn qoxra sa qoxra. Issa ridt inżomm il-wegħda tiegħi.

Ġejt mgħallma sabiex napplika l-iskrittura fil-ħajja tiegħi u nħares lejha qisha nkitbet għalija. Għalhekk hekk kif jiena bdejt naqra, bdejt nikteb fil-marġni tal-paġna dak li kont naħseb li kienet l-idea ewlenija ta’ dik is-silta partikolari. Immarkajt ukoll kliem ripetut u frażijiet ripetuti sabiex nuri ċerta enfażi.

Poġġejt ismi ħdejn ċerti ismijiet fl-iskrittura biex jgħinni niftakar li l-kelma ta’ Alla li kienet indirizzata lejn ħaddieħor tista’ wkoll tkun indirizzata lili. Per eżempju, f’ 2 Nephi 2:28 jiena ktibt ismi: “U issa, [Hillary], irridek tħares lejn il-Medjatur il-Kbir, u timxi wara l-kmandamenti meraviljużi tiegħu.” Aktar ma ppersonalizzajt il-Ktieb ta’ Mormon, aktar bdejt insir entużjasta li naqrah kuljum.

Iktar ma bdejt naqra kuljum, iktar beda t-talb tiegħi jsir sinċier u personali. Kont ukoll kapaċi niffoka fuq il-klassijiet tiegħi u nimxi wara t-tnebbiħ tal-Ispirtu meta ngħallem lil ħaddieħor. Spiċċajt il-Ktieb ta’ Mormon fl-aħħar lejla tas-sena.

Hemm jiena għaraft l-importanza li naqra l-Ktieb ta’ Mormon kollu, flimkien ma’ skrittura oħra, u ddeċidejt li nibqa’ nagħmel dan tul ħajti.

Ipprintja