2010
Tagħlim għal Żmienna
Novembru 2010


Tagħlim għal Żmienna

Il-laqgħat tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna fir-raba’ Ħadd tax-xahar għandhom jiġu ddedikati lit-“Tagħlim għal Żmienna.” Kull lezzjoni tista’ titħejja minn wieħed mid-diskorsi mogħtija fl-aktar konferenza ġenerali riċenti. Il-presidenti tal-wited u d-distrett jistgħu jagħżlu liema diskorsi għandhom jintużaw, jew jgħaddu din ir-responsabbiltà lill-isqfijiet u l-presidenti tal-fergħat. Il-mexxejja għandhom jisħqu l-valur li l-aħwa tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna jistudjaw l-istess diskorsi fl-istess Ħdud.

Dawk li jattendu l-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd tax-xahar huma mħeġġa sabiex jistudjaw u jġibu magħhom l-aħħar messaġġi.

Suġġerimenti biex Tħejji Lezzjoni minn Diskors

Itlob sabiex l-Ispirtu s-Santu jkun miegħek hekk kif tistudja u tgħallem id-diskors. Tista’ titħajjar li tħejji l-lezzjoni billi tuża xi materjal ieħor, iżda d-diskors tal-konferenza huwa l-kurrikulu approvat. Xogħlok hu li tgħin lil ħaddieħor jitgħallem u jgħix l-evanġelju kif mgħallem fl-aktar konferenza ġenerali riċenti tal-Knisja.

Ara d-diskors(i) fid-dettall, int u tfittex dawk il-prinċipji u d-duttrina li l-aktar jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-membri tal-klassi. Fittex ukoll stejjer, referenzi tal-iskrittura, u dikjarazzjonijiet mid-diskors li jgħinuk tgħallem dawn il-veritajiet.

Ippjana kif sa tgħallem il-prinċipji u d-duttrina. Il-pjan għandu jinkludi mistoqsijiet li jgħinu lill-membri tal-klassi:

  • Fid-diskors fittex li ssib prinċipji u duttrina.

  • Irrifletti dwar it-tifsira tiegħu.

  • Aqsam mal-oħrajn dak li fhimt, l-ideat, l-esperjenzi u t-testimonjanzi.

  • Applika dawn il-prinċipji u d-duttrina għal ħajjithom.

Xhur

Materjal għal-Lezzjoni tar-Raba’ Ħadd

Novembru 2010–April 2011

Diskorsi ppublikati fil-ħarġa ta’ Novembru 2010 tal-Liahona*

Mejju 2011–Ottubru 2011

Diskorsi ppublikati fil-ħarġa ta’ Mejju 2011 tal-Liahona*

Ipprintja