2011
Biżżejjed Flus
Ġunju 2011


Iż-Żgħażagħ

Biżżejjed Flus

Jiena ltqajt mal-missjunarji meta kelli 17-il sena. Dak iż-żmien kont ngħix flimkien ma’ ħija. Ommna kienet mietet sena qabel, u l-ħajja kienet waħda diffiċli. Meta l-missjunarji kienu jgħallmuni, stajt nara li l-Knisja kienet dik li minn dejjem kont qed infittex. Iżda l-influwenza ta’ sħabi żammitni milli nattendi l-knisja nhar ta’ Ħadd.

Darba mort attività tal-Knisja matul il-ġimgħa. Ħassejt ferħ kbir meta rajt liż-żgħażagħ jidħqu u jilagħbu flimkien. Il-missjunarji, flimkien maż-żgħażagħ, ħadu din l-opportunità sabiex jgħallmuni lezzjoni tal-evanġelju, u tant ħassejtni tajjeb li ddeċidejt li nitgħammed.

Iżda anke wara li ngħaqadt mal-Knisja, ħabbatt wiċċi ma’ ċerti sfidi. Jiena kont l-uniku membru tal-Knisja f’ dik in-naħa tal-belt u kont noqgħod ferm ’il bogħod mid-dar tal-laqgħat. Sħabi li ma kinux membri ma ridux ikellmuni aktar. Meta kont inħossni waħdi, kont nitlob u nħoss l-imħabba tal-Mulej.

Kull xahar, jiena kont nirċievi ftit flus minn kont li kienet ħalliet ommi. Kien ferm diffiċli li ngħix b’ dik il-miżerja ta’ flus. Iżda ridt inkun obbidjenti. Jiena ħallast id-dieċmi u kelli wkoll inħallas it-trasport biex immur is-seminarju u l-laqgħat tal-Ħadd. Ma kontx nifhem kif, fl-aħħar tax-xahar, kien ikolli biżżejjed biex nagħmel dan kollu.

Jiena naf li ġejt imbierek għaliex ħallast id-dieċmi. L-ubbidjenza lejn il-kmandamenti għenitni nikseb testimonjanza aktar b’ saħħitha, naqdi missjoni, u nagħraf barkieti sabiex inkun nista’ nsaħħaħ lil dawk il-membri ġodda li qegħdin jiffaċċjaw ċerti sfidi.

Ipprintja