2011
Nsaħħu lill-Familji billi Nkunu Kapaċi Nsostnu Lilna Nfusna
Ġunju 2011


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ġunju 2011

Nsaħħu lill-Familji billi Nkunu Kapaċi Nsostnu Lilna Nfusna

Studja dan il-materjal, u kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.

Fidi • Familja • Għajnuna

Li niżviluppaw—il-kapaċità li nsostnu lilna nfusna u lill-familji tagħna—hija r-responsabbiltà ta’ kull oħt. Aħna nsiru kapaċi nsostnu lilna nfusna hekk kif nitgħallmu nħobbu x-xogħol, hekk kif infittxu l-ispirazzjoni li nsibu l-aħjar mod kif nsostnu lilna nfusna, u hekk kif naħdmu mal-membri tal-familja biex nieħdu ħsieb il-bżonnijiet bażiċi.

Meta nkunu kapaċi nsostnu lilna nfusna, aħna nużaw il-barkiet u r-riżorsi tagħna sabiex nevitaw il-problemi u nħejju lilna nfusna għalihom. Madankollu, din il-kapaċità li nsostnu lilna nfusna tikber hekk kif nitolbu għall-kuraġġ li nilqgħu b’ fidi dawk l-isfidi li nħabbtu wiċċna magħhom. Din il-kapaċità li nfendu għal rasna tgħinna nżommu l-patti li aħna għamilna li nieħdu ħsieb ħaddieħor.

Fis-Soċjetà tal-Għajnuna, aħna niġu mgħallmin ċerti prinċipji u ħiliet li jgħinuna niksbu l-kapaċità li nipprovdu għalina nfusna. L-aħwa nisa jistgħu jitgħallmu dwar kif iqassmu flushom tajjeb, kif jeħilsu mid-dejn, kwalifiċi għad-dinja tax-xogħol, l-iskrittura u l-evanġelju, kif jgħallmu lil ħaddieħor jaqra u jikteb, it-teknoloġija, is-saħħa fiżika, kif iżżomm fiżikament tajjeb, kif iżżomm ’il bogħod mill-vizzju u kif tirriabilita ruħek, is-saħħa soċjali u emozzjonali, kif iżomm ’il bogħod mill-mard, dwar siġar u pjanti, produzzjoni u ħażna ta’ ikel, kif tħejji għal xi emerġenza, u bosta ħwejjeġ oħra li jgħinuna nkunu kapaċi nsostnu lilna nfusna.1

Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, spjegat “li nipprovdu għalina nfusna u għal oħrajn hija evidenza li aħna dixxipli tal-Mulej Ġesù Kristu. … Meta s-sena l-oħra, bla mistenni, mietet [il-kunjata tiegħi], hija ħalliet warajha eżempju ċar ta’ waħda li ħadmet biex issostni lilha nnifisha u lil ħaddieħor. Hija kellha rakkomandazzjoni tat-tempju kurrenti u skrittura wżata mhux ħażin u manwali tal-istudju tal-iskrittura. B’ imħabba aħna qsamna bejnietna l-borom u twaġen li fihom kienet ħejjiet eluf ta’ ikliet. Hija ħallitilna numru ta’ kutri li hija stess kienet għamlet minn biċċiet ta’ lbies antik. Hija kienet temmen fil-qawl antik, ‘faddal, sewwi, irriċikla, issellef.’ Rajna l-ammont ta’ ikel li hija kienet kabbret, ippreservat u ħażnet. Laqtuna partikolarment il-kotba żgħar tal-infiq tagħha li fihom kienet b’ mod regolari tniżżel l-infiq tagħha tul is-snin. Minħabba li hija għexet bil-għaqal, hija ħalliet warajha xi ftit flus li kienet faddlet għal xi emerġenza, u ma ħalliet l-ebda dejn! L-aktar importanti, hija għallmet u spirat ħafna oħrajn bil-kapaċitajiet li kienet kisbet tul il-ħajja fidili tagħha.”2

Mill-Iskrittura

Ġwanni 13:34–35; Ġakbu 1:27; Mosiah 4:26; Doctrine and Covenants 29:34–35; 38:30; 44:6

Mill-Istorja Taghna

L-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna minn dejjem ipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni temporali u spiritwali tal-erwieħ. Kull ġimgħa meta kienet tiltaqa’ s-Soċjetà tal-Għajnuna Femminili ta’ Nauvoo, l-aħwa kienu jirrapportaw dwar dawk in-nies fil-bżonn. Kienu jingħataw donazzjonijiet ta’ flus, ħwejjeġ, talent u ħin biex jgħinu lil dawk fil-bżonn. Din il-ħidma bażika li titnaqqas is-sofferenza kompliet tkun il-ħidma tas-Soċjetà tal-Għajnuna tul il-ġenerazzjonijiet.

Meta l-Qaddisin waslu fil-Wied ta’ Salt Lake, il-President Brigham Young (1801–77) ta parir lill-aħwa nisa sabiex jgħinu lil dawk fil-bżonn u sabiex jitgħallmu ċerti ħiliet li jgħinuhom sabiex ikunu jistgħu jipprovdu għalihom infushom. Huwa qal, “Tgħallmu sostnu lilkom infuskom; aħżnu l-qamħ u d-dqiq għal meta jkun skars.”3 Taħt id-direzzjoni tas-saċerdozju, is-Soċjetà tal-Għajnuna tkompli tgħallem l-importanza li nkunu kapaċi nsostnu lilna nfusna, li nissalvagwardjaw il-familja u li ninkoraġġixxu s-sewwa personali u l-atti ta’ karità, l-imħabba pura ta’ Kristu.

Noti

  1. Ara Handbook 2: Administering the Church (2010), 9.4.2.

  2. Julie B. Beck, “The Welfare Responsibilities of the Relief Society President,” Basic Principles of Welfare and Self-Reliance (2009), 6.

  3. Teachings of Presidents of the Church: Brigham Young (1997), 231.

  1. Kif nista’ ngħin lil ħuti u lill-familji tagħhom jkunu aktar kapaċi jsostnu lilhom infushom fil-ħwejjeġ temporali tagħhom?

  2. Kif nista nkun aktar kapaċi nsostni lili nnifsi fil-ħwejjeġ temporali tiegħi?

Ipprintja