Tagħlim għal Żmienna
Il-laqgħat tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna fir-raba’ Ħadd tax-xahar għandhom jiġu ddedikati lit-“Tagħlim għal Żmienna.” Kull lezzjoni tista’ titħejja minn wieħed, jew aktar, mid-diskorsi mogħtija fl-aktar konferenza ġenerali riċenti (ara t-tabella hawn taħt). Il-presidenti tal-wited u d-distrett jistgħu jagħżlu liema diskorsi għandhom jintużaw, jew jgħaddu din ir-responsabbiltà lill-isqfijiet u l-presidenti tal-fergħat. Il-mexxejja għandhom jisħqu l-valur li l-aħwa tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna jistudjaw l-istess diskorsi fl-istess Ħdud.
Dawk li jattendu l-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd tax-xahar huma mħeġġa sabiex jistudjaw u jġibu magħhom l-aħħar messaġġi.
Suġġerimenti biex Tħejji Lezzjoni minn Diskors
Itlob sabiex l-Ispirtu s-Santu jkun miegħek int u tistudja u tgħallem id-diskors. Tista’ titħajjar li tħejji l-lezzjoni billi tuża xi materjal ieħor, iżda d-diskors tal-konferenza huwa l-kurrikulu approvat. Xogħlok hu li tgħin lil ħaddieħor jitgħallem u jgħix l-evanġelju kif mgħallem fl-aktar konferenza ġenerali riċenti tal-Knisja.
Ara d-diskors fid-dettall, waqt li tfittex dawk il-prinċipji u d-duttrina li l-aktar jilħqu l-bżonnijiet tal-membri tal-klassi. Fittex ukoll stejjer, referenzi tal-iskrittura, u dikjarazzjonijiet mid-diskors li jgħinuk tgħallem dawn il-veritajiet.
Ippjana kif sa tgħallem il-prinċipji u d-duttrina. Il-pjan għandu jinkludi mistoqsijiet li jgħinu lill-membri tal-klassi:
-
Fid-diskors fittex li ssib prinċipji u duttrina.
-
Irrifletti dwar it-tifsira tiegħu.
-
Aqsam mal-oħrajn dak li fhimt, l-ideat, l-esperjenzi u t-testimonjanzi.
-
Applika dawn il-prinċipji u d-duttrina għal ħajjithom.
Xhur li Fihom jiġu Mgħallma l-Lezzjonjiet |
Materjal għal-Lezzjoni tar-Raba’ Ħadd |
---|---|
Novembru 2011–April 2012 |
Diskorsi ppubblikati fil-ħarġa ta’ Novembru 2011 Liahona* |
Mejju 2012–Ottubru 2012 |
Diskorsi ppubblikati fil-ħarġa ta’ Mejju 2012 Liahona* |