2012
It-Talba Tiegħi ta’ Fidi
Frar 2012


Żgħażagħ

It-Talba Tiegħi ta’ Fidi

Meta kelli 18-il sena, kont naħdem bħala salesgirl f’ ħanut tal-għamara. L-iskeda tax-xogħol tiegħi kienet waħda diffiċli. Kont naħdem mit-8 ta’ filgħodu sal-10 ta’ filgħaxija, mit-Tnejn sas-Sibt. Kont inħossni mdejqa għaliex ma kontx nista’ nipparteċipa fl-istitut u fl-attivitajiet tal-Knisja.

Bdejt nitlob lill-Missier tas-Smewwiet b’ fidi kbira sabiex jgħinni nsib impjieg fejn ma kienx ikolli għalfejn naħdem nhar ta’ Sibt u b’ hekk inkun nista’ nattendi l-istitut u attivitajiet oħrajn.

Darba fuq il-post tax-xogħol kont qed ngħin lil wieħed raġel. Bdejna nitkellmu, u qalli li kien jaħdem f’ bank kbir. Staqsejtu x’ ċans kelli li nikseb impjieg f’ dak is-settur. Tani ismu u n-numru tat-telefon tiegħu u qalli li kont stajt nċempel lil dak li kien qed jieħu ħsieb jingaġġa nies ġodda u stajt ngħidlu li kont naf lilu. Mort il-bank u għamilt l-eżamijiet meħtieġa. Għaddejt u bdejt naħdem sitt sigħat kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u bdejt naqla’ tliet darbiet aktar milli kont naqla’ qabel.

Naf li l-Mulej jiggwidana meta nuru x-xewqa li npoġġuh l-ewwel f’ ħajjitna. Huwa għadu jiggwidani sal-lum. Naf li l-prinċipju tat-talb huwa veru.

Ipprintja