2012
Gwardjani tal-Familja
Frar 2012


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2012

Gwardjani tal-Familja

Studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.

Fidi, Familja, Għajnuna

“Intom il-gwardjani tal-familja,” qal il-President Gordon B. Hinckley (1910–2008) hekk kif huwa introduċa “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” fil-laqgħa tas-Soċjetà tal-Għajnuna fl-1995. “Intom dawk li ġġibu t-tfal fid-dinja. Intom dawk li trabbuhom u li tikkultivaw fihom il-karatteristiċi ta’ ħajjithom. M’ hawn l-ebda ħidma oħra li hi daqshekk viċin id-divinità daqs it-trobbija ta’ wlied Alla.”1

Għal kważi 17-il sena sħaħ din il-proklamazzjoni seħqet li l-aktar responsabbiltajiet sinifikattivi tagħna jinsabu fit-tisħiħ tal-familji u ta’ djarna—huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna. Barbara Thompson, li issa hija t-tieni kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, kienet fit-Tabernaklu ta’ Salt Lake meta l-President Hinckley qara għall-ewwel darba l-proklamazzjoni. “Kienet okkażjoni mill-isbaħ,” qalet b’ nostalġija. “Ħassejt verament is-sinifikat tal-messaġġ. Spiċċajt anke ngħid lili nnifsi, ‘Din hija gwida mill-aqwa għall-ġenituri. Hija wkoll responsabbiltà kbira għall-ġenituri.’ Għal mument għidt li din ma tantx kienet tolqot lili per se peress li la kont miżżewġa u lanqas kelli tfal. Però ma domtx m’għidt bejni u bejn ruħi, ‘Iżda din tolqot lili wkoll. Jiena membru ta’ familja. Jiena bint, oħt, zija, kuġina u neputija. Jiena wkoll għandi r-responsabbiltajiet tiegħi—u l-barkiet tiegħi—għax jiena membru ta’ familja. Anke jekk jiena l-unika membru li għadni ħajja fil-familja tiegħi, jiena xorta waħda membru tal-familja ta’ Alla, u għandi r-responsabbiltà li ngħin biex insaħħaħ familji oħra.’”

Fortunatament, aħna ma tħallejniex weħidna f’ dak li għandna nagħmlu. “L-akbar għajnuna,” tgħid Sister Thompson, “li niksbu fil-ħidma tagħna biex insaħħu l-familji hi li nkunu nafu u nimxu wara d-duttrina ta’ Kristu u niddependu fuq l-għajnuna Tiegħu.”2

Mill-Iskrittura

Proverbji 22:6; 1 Nephi 1:1; 2 Nephi 25:26; Alma 56:46–48; Doctrine and Covenants 93:40

Mill-Istorja Tagħna

“Meta Sister Bathsheba W. Smith serviet bħala l-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna [mill-1901 sal-1910], hija ħasset il-bżonn li ssaħħaħ il-familji, għalhekk hija waqqfet il-lezzjonijiet edukattivi tal-ommijiet għall-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Il-lezzjonijiet kienu jinkludu pariri fuq iż-żwieġ, it-tħejjija waqt it-tqala, u t-trobbija tat-tfal. Dawn il-lezzjonijiet kienu f’ armonija mat-tagħlim tal-President Joseph F. Smith dwar l-għajnuna tas-Soċjetà tal-Għajnuna lin-nisa fl-irwol tagħhom fil-familja:

“‘Kull fejn hemm l-injoranza jew in-nuqqas ta’ għarfien rigward il-familja, id-doveri tal-familja, fejn jidħlu l-obbligi li misshom jeżistu u li għandhom jeżistu bejn koppja miżżewġa u bejn il-ġenituri u l-ulied, hemm teżisti din l-organizzazzjoni li tkun dejjem viċin il-familji, u permezz ta’ don naturali u l-ispirazzjoni li hija tħaddan il-membri nisa jiġu mħejjija sabiex jiksbu l-għarfien li jkollhom bżonn f’ dawk id-doveri mill-aktar importanti.’”3

Noti

  1. Gordon B. Hinckley, “Stand Strong against the Wiles of the World,” Ensign, Nov. 1995, 101.

  2. Barbara Thompson, “I Will Strengthen Thee; I Will Help Thee,” Liahona u Ensign, Nov. 2007, 117.

  3. Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 153.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Kif nista’ ngħin lil l-aħwa li jiena responsabbli minnhom isaħħu l-familji tagħhom?

  2. Kif nista’ nkun ta’ influwenza tajba fil-familja tiegħi?

Ipprintja