2012
Immexxija minn Profeta Ħaj
Marzu 2012


Żgħażagħ

Immexxija minn Profeta Ħaj

Meta kelli 16-il sena, kelli l-opportunità li nattendi għall-ewwel darba l-konferenza ġenerali fiċ-ċentru tal-konferenza. Il-familja tiegħi kienet toqgħod fil-punent ta’ Oregon, l-Istati Uniti, u flimkien soqna lejn Utah biex nattendu l-konferenza u sabiex inwasslu lil ħija l-kbir saċ-ċentru tat-taħriġ għall-missjunarji.

Mort il-konferenza bix-xewqa li niġi mgħallma mill-Ispirtu s-Santu. B’ riżultat ta’ dan, jiena rċevejt manifestazzjoni mill-Ispirtu li probabilment ma kontx nirċievi li kieku ma tħejjejtx b’ mod tajjeb.

Waqt waħda mis-sezzjonijiet, qomna lkoll bilwieqfa u kantajna l-innu tal-kongregazzjoni, “Iggwidana, O Kbir Jehovah.” Hekk kif bdejna nkantaw, fettilli nħares ħarsa madwar iċ-Ċentru tal-Konferenza. Kif għamilt dan ħassejt fija l-qawwa tal-għaqda ta’ eluf ta’ nies miġburin f’ post wieħed hekk kif lkoll flimkien għollejna leħħinna b’ tifħir lil Alla.

Mbagħad kelli esperjenza fejn ħassejtni bħal Nefi meta kellu l-ewwel viżjoni tas-siġra tal-ħajja, għaliex l-Ispirtu qalli, “Ħares” (ara 1 Nephi 11–14). Ħarist lejn il-President Thomas S. Monson u ħassejt li l-għaqda tal-Knisja kienet teżisti għaliex ninsabu mmexxija minn profeta ħaj. Permezz tax-xhieda tal-Ispirtu s-Santu, jiena naf li l-President Monson huwa l-profeta veru għal żmienna, u naf li Ġesù Kristu jinsab imexxi din il-Knisja permezz tiegħu.

Ipprintja