2012
Jiena Għad Nerġa’ Narah
April 2012


Iż-Żgħażagħ

Jiena Għad Nerġa’ Narah

Missierna kien jagħmel lilna t-tfal inħossuna lkoll speċjali. Huwa kien iħobbna u kien malajr jaħfrilna. Huwa għamel dak kollu li seta’ biex jiżgura li lkoll kemm aħna nkunu kuntenti, u kien jagħmilha ċara li ried l-aħjar għalina. Jiena verament kont inħobbu.

Meta kont fis-sitt sena, missieri miet f’ inċident tat-traffiku. Għalija u għall-familja tiegħi kien xokk enormi. Ħalla vojt kbir fil-familja tagħna. Missieri kien dak li l-aktar kont naqbel miegħu, dak li għandu kont immur jekk kien ikolli xi problema. Minflok ma fittixt l-għajnuna, ħallejt lili nnifsi ninħakem mir-rabja u l-uġigħ il-qalb. Finalment iddeċidejt li kien kollu tort ta’ Alla. Ma bqajtx naqra l-iskrittura u nitlob. Kont immur il-Knisja biss għaliex hekk riedet ommi. Ippruvajt nitbiegħed kemm nista’ minn Missieri tas-Smewwiet.

Imbagħad mort fil-kamp tat-Tfajliet għall-ewwel darba. Ħadt gost niltaqa’ ma’ ħbieb ġodda, iżda xorta ma kontx naqra l-iskrittura. Fl-aħħar lejl tagħna, kellna laqgħa testimonjali. Ħassejt xi ħaġa li kont ili żmien ma nħossha: l-Ispirtu. Ammirajt lit-tfajliet li bdew iqumu u jaqsmu t-testimonjanza tagħhom, iżda jiena bqajt bilqiegħda għaliex ħsibt li jiena ma kelli l-ebda testimonjanza. F’ daqqa waħda ħassejt li kelli nqum. Ftaħt ħalqi, mingħajr ma naf x’ se ngħid. Għalhekk għidt li kont kuntenta bil-kamp tat-Tfajliet. Mbagħad spiċċajt ngħid li kont naf li Ġesù Kristu miet għalija u li Missieri tas-Smewwiet kien iħobbni u li l-Knisja kienet vera.

Imtlejt verament bil-paċi. Grazzi għal din l-esperjenza nista’ ngħid li jiena naf li sa nerġa’ nara lil missieri minħabba l-Att tal-Fidwa u l-Qawmien mill-Imwiet tas-Salvatur.

Ipprintja