Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, April 2012
Ħobb, Ħares u Saħħaħ
Permezz tat-talb studja dan il-materjal, u kif xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
Bħas-Salvatur, l-għalliema taż-żjajjar jamministraw waħda, waħda (ara 3 Nephi 11:15). Aħna nkunu nafu li l-ministeru tagħna bħala għalliema taż-żjajjar huwa wieħed ta’ suċċess meta ħutna n-nisa jkunu jistgħu jgħidu: (1) l-għalliema taż-żjajjar tiegħi tgħinni nikber spiritwalment; (2) naf li l-għalliema taż-żjajjar tiegħi verament jimpurtaha minni u mill-familja tiegħi; u (3) jekk ikolli xi problema, naf li l-għalliema taż-żjajjar tiegħi tieħu azzjoni mingħajr il-bżonn li xi ħadd jgħidilha tagħmel dan.1
Bħala għalliema taż-żjajjar, kif nistgħu aħna nħobbu, inħarsu u nsaħħu lil ħutna n-nisa? Dawn li ġejjin huwa disa’ suġġerimenti li nsibu f’ kapitlu 7 ta’ Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society biex jgħinu lill-għalliema taż-żjajjar jamministraw lil ħuthom in-nisa:
-
Itlob kuljum għaliha u għall-familja tagħha.
-
Fittex l-ispirazzjoni sabiex issir taf kemm lilha kif ukoll lill-familja tagħha.
-
Żurha regolarment biex issir taf kif inhi sejra u biex tfarraġha u ssaħħaħha.
-
Ibqa’ f’ kuntatt kontinwu permezz ta’ żjarat, telefonati, ittri, e-mails, sms u atti sempliċi ta’ tjubija.
-
Ilqagħha fil-laqgħat tal-Knisja.
-
Għinha meta jinqalgħalha xi emerġenza, mard jew xi bżonn urġenti ieħor.
-
Għallimha l-evanġelju mill-iskrittura u mill-Messaġġi tal-Għalliema taż-Żjajjar.
-
Ispiraha billi tkun ta’ eżempju għaliha.
-
Irrapporta lil waħda mill-mexxejja tas-Soċjetà tal-Għajnuna dwar is-servizz tagħhom u l-kundizzjoni spiritwali u temporali ta’ dik l-oħt partikolari.
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
“It-tagħlim taż-żjajjar sar mod kif bih nisa madwar id-dinja li huma Qaddisin tal-Aħħar Jiem iħobbu, irawwmu u jaqdu—sabiex ‘jaġixxu skont kif imexxihom id-dawl li Alla żera’ ġewwa fihom,’ kif għallem Joseph Smith.”2
Waħda mara li kienet għadha kif romlot qalet dan dwar l-għalliema taż-żjajjar: “Huma kienu jisimgħuni. Huma farrġuni. Huma bkew miegħi. U huma għannquni magħhom. … Huma għenuni noħroġ mid-disprament u d-dipressjoni li kienu ħakmuni f’ dawk l-ewwel ftit xhur ta’ solitudni.”3
Li ngħinu fi ħwejjeġ temporali huwa wkoll forma ta’ kif nistgħu namministraw lil ħutna. Fil-konferenza ġenerali ta’ Ottubru, 1856, il-President Brigham Young ħabbar li l-pijunieri tal-karrettun tal-idejn kienu jinsabu maqbudin ġo silġ mill-aktar fond bejn 270–370 mil (435–595 km) ’il bogħod. Huwa talab lill-Qaddisin tal-Aħħar Jiem f’ Salt Lake City sabiex imorru jsalvawhom u qalilhom “ħudu ħsieb dawk il-ħwejjeġ li aħna nsejħulhom temporali.”4
Lucy Meserve Smith kitbet li, sewwasew dak il-ħin stess fit-tabernaklu, in-nisa qabdu jinżgħu d-dbielet ta’ taħt u l-kalzetti li kienu qed iżommuhom sħan, u poġġewhom fuq il-karrettuni ħalli jibagħtuhom lil dawk il-pijunieri li kienu qed jiffriżaw. Imbagħad ġabru numru ta’ kutri u lbies ieħor għal dawk li kellhom eventwalment jaslu fosthom ta’ fuqhom senduqhom. Meta waslu l-kumpaniji tal-karrettuni tal-idejn, wieħed mill-bini li kien hemm fil-belt kien “mimli bi provista lesta għalihom.”5
© 2012 by Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/11. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/11. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, April 2012. Maltese. 10364 159