Iż-Żgħażagħ
Fin-Nofs tat-Tħejjija Tiegħek għal Missjoni
Il-President Utchtdorf jgħid lill-missjunarji sabiex iħarsu lejhom infushom bħallikieku jinsabu f’ nofs il-missjoni tagħhom. Intom tistgħu wkoll tapplikaw din l-idea għat-tħejjija tagħkom tal-missjoni: kemm jekk għandek 12-il sena jew 18, inti tista’ titħejja biex taqdi missjoni.
X’inhuma wħud mill-ħwejjeġ li tista’ tagħmel “f’nofs” it-tħejjija tiegħek tal-missjoni?
-
Kun dejjem den li tattendi t-tempju.
-
Tgħallem għaraf is-suġġerimenti li tirċievi mill-Ispirtu s-Santu billi tniżżilhom fuq biċċa karta u taġixxi skont dawn is-suġġerimenti.
-
Itlob għall-missjunarji.
-
Staqsi lill-missjunarji li hemm fir-reġjun tiegħek x’ jirrakkomandaw li għandek tagħmel biex titħejji ħalli taqdi missjoni.
-
Tgħallem ħaddem ħinek sewwa, inkluż ċerti attivitajiet importanti bħall-istudju tal-iskrittura, il-kitba fid-djarju u s-servizz.
-
Meta tkun qed titkellem ma’ xi membru tal-familja, aqsam xi skrittura li reċentement ispiratek. Spjega x’ taħseb dwar l-iskrittura.
-
Staqsi lil sħabek dwar ir-reliġjonijiet tagħhom u dak li jemmnu fih. Kun lest taqsam twemminek mal-oħrajn. Stedinhom biex jiġu l-knisja jew għal xi attivitajiet oħra.
Hekk kif tagħraf li tinsab fin-nofs tat-tħejjija tiegħek tal-missjoni, inti tista’ tgħix ħajtek b’ tali mod li tkun aktar den tal-fiduċja tal-Mulej u s-sħubija tal-Ispirtu.