Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Lulju 2012
Nuru li Aħna Dixxipli permezz tal-Imħabba u s-Servizz
Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
Tul il-ħajja mortali Tiegħu, Ġesù Kristu wera mħabbtu għall-oħrajn billi għen lil dawk kollha ta’ madwaru. Huwa qal, “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom” (Ġwanni 13:35). Huwa tana l-eżempju u jridna “ngħinu lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna [tagħna]” (Mosiah 4:16). Huwa talab lid-dixxipli tiegħu sabiex jgħinuh fil-ministeru Tiegħu, filwaqt li tahom l-opportunità sabiex jaqdu lill-oħrajn u jsiru aktar bħalu.1
Is-servizz tagħna bħala għalliema taż-żjajjar jixbah ferm il-ministeru tas-Salvatur tagħna meta aħna nuru mħabbitna lejn dawk li mmorru ngħallmu fi djarhom billi nagħmlu dan li ġej:2
-
Niftakru isimhom u isem il-membri tal-familja tagħhom u nsiru nafuhom aktar mill-viċin.
-
Inħobbuhom mingħajr ma niġġudikawhom.
-
Nieħdu ħsiebhom u nsaħħu l-fidi tagħhom “wieħed, wieħed u waħda, waħda,” kif għamel is-Salvatur (3 Nephi 11:15).
-
Nistabbilixxu ħbiberija sinċiera magħhom u nżuruhom fi djarhom u f’ postijiet oħra.
-
Nagħtu kas ta’ kull waħda minn ħutna. Niftakru jum għeluq sninhom, il-gradwazzjonijiet tagħhom, il-magħmudijiet u l-anniversarji taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll mumenti oħra li huma speċjali għalihom.
-
Nilħqu lill-membri l-ġodda u lil dawk anqas attivi.
-
Nilħqu lil dawk li jinsabu weħidhom jew għandhom bżonn il-faraġ.
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
“It-Testment il-Ġdid jinkludi fih rakkonti ta’ nisa, uħud imsemmija bl-isem u oħrajn le, li eżerċitaw il-fidi tagħhom f’ Ġesù Kristu. … Dawn in-nisa saru dixxipli eżemplari. … [Huma] ivvjaġġaw ma’ Ġesù u t-Tnax-il Appostlu Tiegħu. Huma taw minn dak li kellhom biex jassistuh fil-ministeru Tiegħu. Wara l-mewt u l-Qawmien mill-Imwiet Tiegħu, [huma] komplew ikunu dixxipli mill-aktar fidili.”3
Pawlu kiteb dwar mara jisimha Febi li kienet “qaddejja tal-knisja” (Romans 16:1). Huwa talab lin-nies sabiex jgħinuha u qalilhom “agħtuha kull ma teħtieġ mingħandkom: għax hi stess kienet ta’ għajnuna għal ħafna” (Romans 16:2). “It-tip ta’ servizz mogħti minn Febi u minn nisa oħra tat-Testment il-Ġdid ikompli llum permezz tal-membri tas-Soċjetà tal-Għajnuna— mexxejja, għalliema taż-żjajjar, ommijiet u oħrajn li jservu ta’ għajnuna kbira għal ħaddieħor.”4
© 2012 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/11. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/11. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, July 2012. Maltese. 10367 159