2012
Inservu fit-Tempju
Awwissu 2012


Żgħażagħ

Inservu fit-Tempju

Meta għalaqt 17-il sena, bdejt naħseb serjament dwar il-futur tiegħi, u tlabt lil Missieri tas-Smewwiet dwar x’ nista’ nagħmel sabiex inħejji ruħi ħalli nkun nista’ mmur missjoni u nirċievi s-Saċerdozju Meklisedeku. Ħassejt li kelli nibda mmur it-tempju aktar ta’ spiss għaliex huwa d-dar tal-Mulej u huwa l-post fejn inkun nista’ nħossni aktar viċin Missieri tas-Smewwiet.

Għalhekk iddeċidejt li l-mira tiegħi kienet sa tkun li f’ sena nagħmel 1,000 magħmudija. Verament ħassejt il-bżonn li nwettaq l-għan li kelli; jiena bdejt insum sabiex insir naf jekk dan kienx verament dak li kelli nagħmel. Missieri tas-Smewwiet weġibni, u kull nhar ta’ Sibt bdejt immur fit-Tempju Messikan ta’ Tampico.

Wara li kont għamilt mal-500 magħmudija, jiena ddeċidejt li għan ieħor tiegħi kien se jkun li nirriċerka l-istorja tal-familja dwar l-antenati tiegħi, u tant spiċċajt ħadt gost nagħmel ir-riċerka li ma kontx inkun nista’ norqod għax kont inkun għadni qed infittex l-ismijiet. Sibt 50 isem u tmien ġenerazzjonijiet tal-istorja tal-familja tiegħi; kont ta’ għajnuna sabiex twettqet il-ħidma tat-tempju għal kull wieħed u waħda minnhom.

Spiċċajt għamilt ’il fuq minn 1,300 magħmudija, iggradwajt mis-siminarju, irċevejt is-Saċerdozju Mekisedeku u issa qed naqdi bħala missjunarju full-time, li kienet waħda mill-akbar xewqat ta’ ħajti.

Ipprintja