2012
Il-Maħfra Ġġib il-Ferħ
Ottubru 2012


Tfal

Il-Maħfra Ġġib il-Ferħ

Il-President Uchtdorf jgħallem li għandna naħfru lill-membri tal-familja tagħna. Ara kif l-għażliet li għamlu Joseph u Anna affettwaw lill-familji tagħhom.

Joseph u oħtu ċ-ċkejkna, Anna, qed jitolbu flimkien. Lil Joseph, Anna taħtaflu l-ġugarell. X’ għandu jagħmel Joseph?

Joseph jirrabja ma’ Anna. Anna tibki. Omm Joseph tikkastigah talli ġġieled ma’ oħtu. Joseph jiddispjeċih talli għamel għażla ħażina.

Joseph jaħfer lil Anna u jsib ġugarell ieħor biex jilgħab. It-tnejn li huma jieħdu gost jilagħbu flimkien. Ommhom kuntenta li Joseph kien ħanin ma’ oħtu u żamm il-paċi fil-familja. Joseph iħossu ferħan talli għażel li jaħfer.

Aktar tard, Joseph u Anna għandhom bżonn jgħinu lil ommhom tħejji l-ikla tal-familja. Joseph ma jgħinhiex. X’ għandha tagħmel Anna?

Anna tgerger m’ ommha. Anna targumenta li sa jkollha tagħmel ix-xogħol kollu weħidha. Waqt l-ikla kulħadd imdejjaq minħabba l-argumenti.

Anna taħfer lil Joseph u tgħin tħejji l-ikla. Ommhom grata tal-għajnuna ta’ Anna. Kollha jgawdu l-ikla tal-familja flimkien. Anna tħossha tajba li għażlet li taħfer.

L-għażliet tiegħek li taħfer kif jaffettwaw il-ferħ tal-familja tiegħek?

Ipprintja