2012
Talb u Paċi
Ottubru 2012


Żgħażagħ

Talb u Paċi

Lejla waħda kont argumentajt ma’ ommi u wara ħassejtni verament ħażin. Għalhekk iddeċidejt li nitlob. Għalkemm ma kontx f’ burdata tajba u ma ridtx inkun “spiritwali,” kont naf li permezz tat-talb kont sa nħossni aktar ferħan u anqas argumentattiv. Wara li ommi telqet mill-kamra, bdejt nitlob. “Għażiż Missier tas-Smewwiet, ġejt quddiemek illejla għaliex …” Le. Ftaħt għajnejja u serraħt dirgħajja; ħassejtni stramb b’ dak li bdejt ngħid. Erġajt ippruvajt. “Missier tas-Smewwiet, għandi bżonn …” Erġajt ħassejtni l-istess. Ħassejt Satana iħeġġiġni sabiex nieqaf nitlob lill-Missier tas-Smewwiet għall-għajnuna.

Fil-pront ħassejtni mnebbaħ li għandi ngħid grazzi! Hekk għamilt, u l-ħsibijiet bdew inixxu minn ġo moħħi dwar il-bosta ħwejjeġ li tant kelli nirringrazzja lil Missieri tas-Smewwiet għalihom. Meta spiċċajt nirringrazzjah, bdejt niddiskuti l-problema li kelli.

Wara ħassejt paċi mill-isbaħ ġewwa fija, is-sentiment spiritwali ħelu li naf li Missierna tas-Smewwiet u l-ġenituri tiegħi kienu jħobbuni u li jiena bint Alla. Kont kapaċi nitlob maħfra lil ommi u naċċetta l-apoloġija tagħha.

Ipprintja